|
12.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 154/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 10/2008
ta' l-1 ta' Frar 2008
li temenda l-Anness IX (Is-servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE tat-8 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat (2) għandha tiġi inkorporata f'dan il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 29g (Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness IX tal-Ftehim:
|
“29ga. |
32007 L 0014: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE tat-8 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 27).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2007/14/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Frar 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 1 ta' Frar 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 124, 8.5.2008, p. 26.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.
DIKJARAZZJONI MILL-ISTATI TA' L-EFTA DWAR ID-DECIŻJONI Nru 10/2008 LI TINKORPORA D-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/14/KE FIL-FTEHIM
“Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE tat-8 ta' Marzu 2007 li tistipola r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' xi poviżjonijiet tad-Direttiva 2004/109/EC dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'relazzjoni ma' l-informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ fis-suq regolat jitratta f'diversi Artikoli b'rekwiżiti ekwivalenti għall-pajjiżi terzi. L-inkorporazzjoni ta' din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.”