Official Journal L 068 , 16/03/2000 P. 0022 - 0045
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 562/2000 tal-15 ta’ Marzu 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħażna tal-laħam taċ-ċanga IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u tal-vitella [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 27(4), l-Artikolu 41 u l-Artikolu 47(8) tiegħu, Billi: (1) Mill-1 ta’ Lulju 2002, wara perjodu transitorju taż-żmien li matulu l-arranġamenti ta’ qabel għax-xiri għall-ħażna jridu jissoktaw japplikaw, ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jintroduċi skema waħda ta’ xiri għall-ħażna sabiex tieħu l-post ta’ l-arranġamenti tax-xiri għall-ħażna pprovvduti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1633/98 [3]. Minħabba l-iskema l-ġdida, irid jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2456/93 ta’ l-1 ta’ Settembru 1993 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 rigward il-miżuri speċjali ta’ l-intervent għal-laħam taċ-ċanga [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2304/98 [5]. Meta ssir din l-emenda, għall-għan taċ-ċarezza, dan ir-Regolament għandu jiġi abbozzat mill-ġdid. Sabiex tiġi żgurata bidla mingħajr xkilijiet tar-Regolament il-ġdid, id-disposizzjonijiet fis-seħħ bhalissa għandhom jisoktaw jinżammu sat-tieni sejħa għall-offerti ta’ Marżu tas-sena 2000. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1627/89 tad-9 ta’ Ġunju 1989 dwar ix-xiri għall-ħażna tal-laħam taċ-ċanga bis-sejħa għall-offerti [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 34/2000 [7], għandu wkoll jiġi mħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 2002. (2) Barra minn hekk, ċerti regoli tqa’ applikazzjoni għandhom jiġu ssupplimentati jew iddikjarati b’mod iżjed ċar sabiex jiġu kkunsidrati l-esperjenza miksuba u l-problemi speċifiċi ffaċċjati qabel fil-mod li fih kien jitħaddem l-intervent pubbliku. Dawn ir-regoli essenzjalment tekniċi għandhom x’jaqsmu b’mod partikolari mal-preżentazzjoni, it-teħid, l-ispezzjoni u l-magazzinaġġ tal-prodotti mixtrija għall-ħażna. (3) Ġaladarba l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jipprovdi sabiex l-arranġamenti għax-xiri għall-ħażna jissoktaw japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2002, għandhom jiġu ddikjarati d-disposizzjonijiet transitorji li jistabbilixxu regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni speċifiċi għall-dawn l-arranġamenti. (4) L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jorbot il-ftuħ ta’ l-intervent pubbliku mal-prezz medju tas-suq fi Stat Membru jew f’reġjun ta’ Stat Membru. Iridu għalhekk jiġu stabbiliti regoli għal kalkolu tal-prezzijiet tas-suq fl-Istati Membri, b’mod partikolari rigward il-kwalitajiet li jridu jiġu wżati u l-għoti tal-piż, il-koeffiċjenti li jridu jintużaw għall-kambju tagħhom sabiex jaqilbuhum fil-kwalità t’ referenza tal-grad 3 u l-mekkaniżmi għall-ftuħ u l-għeluq tax-xiri għall-ħażna. (5) Il-kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà jridu jaqtgħu barra dawk il-prodotti li mhumiex rappreżentattivi tal-produzzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru u li ma jilħqux ir-regoli dwar is-saħħa u dawk veterinarji li jkunu fis-seħħ kif ukoll dawk li huma itqal piż normalment imfittex fis-suq. L-eliġibbiltà tal-karkassi taċ-ċanga tal-grad O3, li jistgħu jinxtraw għall-ħażna fl-Irlanda, għandhom jiġu estiżi wkoll għall-Irlanda ta’ Fuq sabiex jiġi pprevenut it-tagħwiġ fil-kummerċ li jista’ jiddisturba s-suq tal-laħam taċ-ċanga f’din il-parti tal-Komunità. (6) Għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar l-identifikazzjoni tal-karkassi eliġibbli li jeħtieġu illi n-numru tal-qatla jiġi ttimbrat fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ kull waħda mill-erba’ partijiet tal-karkassa. Rigward il-preżentazzjoni, il-karkassi għandhom jiġu maqtugħa b’mod uniformi sabiex jiġi ffaċilitat d-disponiment tal-qagħtat, jittejjeb il-kontroll fuq it-tneħħija tal-għadam u b’riżultat ta’ dan jiġi żgurat illi l-qagħtat jilħqu l-istess definizzjoni f’kull parti tal-Komunità. Għal dak il-għan, il-karkassi għandhom jiġu mqattgħin għad-dritt u l-kwarti ta’ quddiem u l-kwarti ta’ wara għandhom jiġu ddefeniti bhala ta’ ħames kustilji jew ta’ tmien kustilji sabiex jitnaqqas għal minimu n-numru tal-qatgħat u tal-biċċiet mingħajr għadam u sabiex isir l-aħjar użu tal-prodotti miksuba. (7) Sabiex tiġi pprevenuta l-ispekulazzjoni li tista’ tgħawweġ is-sitwazzjoni tas-suq, kull wieħed mill-partijiet interessati għandu jkun jista’ jissottometti offerta waħda għal kull kategorija bi tweġiba għal kull sejħa għall-offerti. Sabiex jiġi pprevenut l-użu tar-rappreżentanti, l-espressjoni "partijiet interessati" għandha tiġi ddefenita bhala waħda li tinkludi biss il-kategorija ta’ l-operaturi li huma tradizzjonalment involuti fl-intervent bis-saħħa ta’ l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. (8) Bil-ħsieb ta’ l-esperjenza miskuba fil-qasam tas-sottomissjoni ta’ l-offerti, għandhom isiru disposizzjonijiet sabiex il-partijiet interessati jieħdu parti fis-sejħiet għall-offerti, fejn xieraq, fuq il-bażi tal-kuntratti konklużi ma’ l-aġenziji ta’ l-intervent skond il-kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet. (9) Għandhom jiġu stabbiliti regoli iżjed preċiżi dwar il-deposizzjoni tal-garanziji fi flus korrenti sabiex l-aġenziji ta’ l-intervent jkunu jistgħu jaċċettaw garanziji b’ċekk. (10) Wara l-projbizzjoni ta’ l-użu ta’ kull materjal ta’ riskju speċifikat u sabiex titqies iż-żieda riżultanti fl-ispejjeż u t-tnaqqis fid-dħul fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, iż-żieda li tapplika għall-prezz medju tas-suq u wżata għalbiex tistabbilixxi l-prezz massimu tax-xiri għall-ħażna għandhom jitqiegħdu fl-istess linja mill-1 ta’ Lulju 2002 fuq l-ogħla ammont f’dan iż-żmien. (11) Safejn u sakemm jirrigwarda l-kunsinna tal-prodotti, fid-dawl ta’ l-esperjenza, l-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jiġu awtorizzati, fejn japplikai, li jnaqqsu l-limitu taż-żmien għall-kunsinna tal-prodotti sabiex tiġi pprevenuta l-koinċidenza tal-kunsinni li jkollhom x’jaqsmu ma’ żewġ sejħiet għall-offerti suċċessivi. (12) Ir-riskji li jkun hemm l-irregolaritajiet huma partikolarment għolja meta l-karkassi mixtrija għall-ħażna jkollhom il-għadam imneħħi sistematikament. L-impjanti tat-tkessieħ u tat-tqattigħ taċ-ċentri ta’ l-intervent għandhom għalhekk ikunu meħtieġa li jkunu independenti mill-biċċeriji u minn dawk fil-kwistjoni li jkunu ssottomettew l-offerta tagħhom b’suċċess. Sabiex tkun jista’ tiġi trattata kull diffikultà prattika li tista’ jinqala’ f’ċerti Stati Membri, jistgħu jiġu permessi derogi minn dak il-prinċipju, sakemm il-kwantitajiet ta’ mingħajr għadam jiġu limitati b’mod strett u l-kontrolli mwettqa fuq it-teħid għall-kontroll jippermettu illi l-laħam li jkun tneħħhielu l-għadam jiġi ttraċċjat u li jiġu eliminati kemm jista’ jkun il-manipulazzjonijiet. Fid-dawl ta’ l-aħħar investigazzjonijiet, għandha ssir enfasi akbar fuq il-kontrolli tal-fdalijiet tas-sustanzi pprojbiti fil-laħam, u b’mod partikolari dawk is-sutanzi li għandhom azzjoni ormonali. (13) Dawk il-prodotti biss li jilħqu l-ħtiġiet tal-kwalità u tal-preżentazzjoni stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kummissjoni jistgħu jittieħdu għall-kontroll mill-aġenziji ta’ l-intervent. L-esperjenza turi illi għandhom jiġu stabbiliti ċerti regoli ddettaljati għat-teħid tal-kontroll u għall-verifika. Għandhom isiru dispożizzjonijiet b’mod partikolari sabiex jiġi mwettaq spezzjon preliminari fil-biċċerija sabiex jiġi eliminat il-laħam ineliġibbli fi stadju kmieni. Sabiex tittejjeb il-fiduċja fil-proċedura għall-aċċettazzjoni tal-prodotti kkunsinnati, għandhom jiġu impjegati uffiċjali kkwalifikati li l-imparzjalità tagħhom tkun iggarantita bl-indipendenza tagħhomm mill-partijiet interessati fil-kwistjoni u bir-rotazzjoni perjodika tagħhom. Il-punti li jridu jiġu koperti bl-ispezzjonijiet għandhom jiġu speċifikati wkoll. (14) Bil-ħsieb li jittejbu l-kontrolli mill-aġenziji tal-intervent fuq it-teħid taħt kontroll tal-prodotti, id-disposizzjonijiet tal-proċedura applikata, b’mod partikolari, biex jiġu ddefeniti l-kunsinni, għall-ispezzjonijiet preliminari u għall-kontroll tal-piż tal-prodotti mixtrija għall-ħażna għandhom jiġu magħmula iżjed ċari. Għal dak il-għan, id-disposizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tat-tneħħija tal-għadam mill-laħam mixtri għall-ħażna u t-twarrib tal-prodotti għandhom jkunu iżjed stretti. Dan japplika wkoll għall-ispezzjonijiet tal-prodotti matul il-ħażna. (15) Id-disposizzjonijiet li japplikaw għall-karkassi jridu jistabbilixxu b’mod partikolari il-mod kif jiġu mdendla u jispeċifikaw kull ħsara jew tqandil li x’aktarx jaffettwaw il-kwalità kummerċjali tal-prodotti jew li jniġġsuhom li jridu jiġu evitat waqt il-proċessar. (16) Il-proċedura tal-friżar għandha effett dirett fuq il-kwalità u l-priservazzjoni tal-laħam maħżun. Il-laħam bil-għadma għandu jiġi ffriżat bil-qawwa tar-riħ fl-istat mhux imgeżwer minnufih wara li jkun ġie aċċettat u ma għandux jiġi mgeżwer sakemm minnufih wara dan. (17) Sabiex jiġi żgurat li tneħħija tal-għadam tiġi mwettqa kif suppost, l-impjanti tat-tqattigħ għandu jkollhom maġembhom friżatur jew iżjed li jkessħu bil-qawwa tar-riħ. Id-derogi minn din il-ħtieġa għandhom jinżammu għall-minimu assolut. Għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-monitoraġġ fiżiku kostanti u kontinwu tat-tneħħija tal-għadam, b’mod partikolari billi jinħtieġ illi l-kontrolluri jkunu indipendenti u li jistabbilixxu numru minimu tal-kontrolli li jridu jitwettqu. (18) Ir-regoli dwar il-ħażna tal-qagħtat trid tgħinhom li jiġu identifikati faċilment. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jridu b’mod partikolari jieħdu l-miżuri meħtieġa rigward il-kapaċità tat-traċċjar u l-ħażna bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat id-disponiment sossegwenti tal-prodotti mixtrija għall-ħażna, billi titqies kull ħtieġa li jkollha x’taqsam ma’ l-istat tas-saħħa veterinarja ta’ l-bhejjem minn fejn jiġu l-prodotti. Barra minn hekk, bil-ħsieb li tittejjeb il-ħażna tal-qatgħat u li tiġi ssimplifikata l-identifikazzjoni, il-pakkjar għandu jkun standardizzat u il-qatgħat għandhom ikunu msemmija bl-isem sħiħ jew bin-numru tagħhom tal-kodiċijiet Komunitarji. (19) Id-disposizzjonijiet dwar il-pakkjar fil-kaxex tal-kartun, fuq il-pjattaformi jew fil-gaġeġ għandhom isiru iżjed stretti sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni u tiġi imtejba l-priservazzjoni tal-prodotti fil-ħażna, sabiex titqawwa l-ġlieda kontra l-frodi u jiġi mtejjeb l-aċċess għall-prodotti rigward l-ispezzjon u d-disponiment tagħhom. (20) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali tal-Laħam taċ-Ċanga u tal-Vitella, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Skop Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar ix-xiri għall-ħażna tal-laħam taċ-ċanga kif ipprovvdut fl-Artikoli 27 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. KAPITOLU I IX-XIRI GĦALL-ĦAŻNA Taqsima 1 Regoli ġenerali Artikolu 2 Ir-reġjuni ta’ l-intervent fir-Renju Unit Ir-Renju Unit għandhu jikkonsisti f’żewġ reġjuni ta’ l-intervent kif ġej: - ir-reġjun I: il-Gran Britannja, - ir-reġjun II: l-Irlanda ta’ Fuq. Artikolu 3 Il-ftuħ u l-għeluq tax-xiri għall-ħażna bis-sejħa għall-offerti L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 għandu japplika skond ir-regoli li ġejjin: (a) bil-ħsieb li jiġi aċċertat illi jitwettqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu: - il-prezz medju tas-suq skond il-kategorija eliġibbli fi Stat Membru jew f’reġjun tiegħu għandu jqis il-prezzijiet tal-kwalitajiet U,R, u O, imfissra skond il-kwalità R3 billi jintużaw il-koeffiċjenti ffissati fl-Anness I, fl-Istat Membru jew ir-reġjun interessati, - il-prezzijiet medji tas-suq għandhom jiġu rreġistrati skond il-kondizzjonijiet u rigward il-kwalitajiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 295/96 [8], - il-prezz medju tas-suq skond il-kategorija eliġibbli fi Stat Membru jew f’reġjun tiegħu għandu jkun il-medju tal-prezzijiet tas-suq għall-kwalitajiet kollha riferiti fit-tieni inċiż, ippeżat bil-proporzjoni li kull wieħed minnhom jirrapreżenta rigward il- qtil totali f’dan l-Istat Membru jew dan ir-reġjun; (b) id-deċiżjonijiet għall ftuħ tax-xiri għall-ħażna għandhom isiru skond il-kategorija u l-Istat Membru jew ir-reġjun tiegħu fuq il-bażi taż-żewġ prezzijiet tas-suq ta’ kull ġimgħa l-iżjed riċenti rreġistrati; (c) id-deċiżjonijiet għall-għeluq tax-xiri għall-ħażna għandhom isiru skond il-kategorija u l-Istat Membru jew reġjun tiegħu fuq il-bażi taż-żewġ prezzijiet tas-suq ta’ kull ġimgħa l-iżjed riċenti rreġistrati; Artikolu 4 Kondizzjonijiet għall-eliġibilità tal-prodotti 1. Il-prodotti elenkati fl-Anness II u li jidħlu fil-kategoriji li ġejjin iddefeniti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1208/81 [9] jistgħu jinxtraw għall-ħażna: (a) il-laħam tal-bhejjem żagħżagħ maskili mhux ikkastrati li huma taħt il-għomor ta’ sentejn (il-Kategorija A); (b) il-laħam tal-bhejjem maskili kkastrati (il-Kategorija Ċ). 2. I-karkassi u n-nofs karkassi jistgħu jinxtraw biss meta: (a) ikunu kisbu l-marka tas-saħħa riferita fil-Kapitolu XI ta’ l-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE [10]; (b) ma jkollhom l-ebda karatteristika li trendihom mhux tajba għall-ħażna jew għall-użu sussegwenti; (c) ma jiġux minn bhejjem maqtula b’riżultat ta’ miżuri ta’ emerġenza; (d) joriġinaw fil-Komunità fit-tifsira ta’ l-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [11]; (e) ikunu mnissla minn bhejjem imrobbija skond il-ħtiġiet veterinarji; (f) ma jaqbżux il-livelli massimi tar-radjoattività permessi skond ir-Regolamenti Komunitarji. Il-livell ta’ tniġġis radjoattiv tal-prodott għandu jiġi mmonitorjat biss jekk is-sitwazzjoni tkun teħtieġ dan u għat-tul taż-żmien meħtieġ biss. It-tul taż-żmien u l-iskop ta’ kull kontroll meħtieġa għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999; (g) jiġu minn karkassi li ma jiżnux iżjed minn 340 kg. 3. Il-karkassi u n-nofs karkassi jistgħu jinxtraw biss fejn dawn ikunu: (a) ippreżentati, metaproprjat, wara li jkunu tqattgħu fi kwarti bl-ispejjeż għall-parti fil-kwistjoni, skond l-Anness III; il-partijiet kollha tal-karkassa għandhom jiġu spezzjonati sabiex tiġi stmata l-konformità mal-kondizzjonijiet meħtieġa tal-punt 2 ta’ dan l-Anness; in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-ħtiġiet għandu jirriżulta f’rifjut; meta kwart ta’ bhima jiġi rrifjutat minħabba n-nuqqas ta’ l-osservanza ta’ dawn il-kondizzjonijiet tal-preżentazzjoni u b’mod partikolari fejn preżentazzjoni mhux sodisfaċenti ma tistax tiġi mtejba matul il-proċedura ta’ l-aċċettazzjoni, il-kwart l-ieħor ta’ l-istess nofs karkassa għandu jiġi rrifjutat ukoll; (b) ikklassifikati skond l-iskala Komunitarja pprovvduta fir-Regolament (KEE) Nru 1208/81; l-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jirrifjutaw kull prodott li huma ma jqisux li ġie kklasifikat skond din l-iskala wara li jkunu wettqu spezzjon iddettaljat tal-partijiet kollha tal-karkassa; (c) identifikati, l-ewwel, bil-marki li jindikaw il-kategorija, il-klassi ta’ konformità u l-grad tal-kisi bix-xaħam u, it-tieni, b’numru ta’ l-identifikazzjoni jew tal-qatla. Il-marki li jindikaw il-kategorija, il-klassi tal-konformità u l-kisi tax-xaħam għandhom ikunu perfettament leġibbli u għandhom jiġu ttimbrati bl-użu ta’ linka li mhix tossika, li ma terħix u li ma titħassarx skond proċedura approvata mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali; l-ittri w iċ-ċifri jridu ikunu mill-anqas 2 cm għolja. Il-marki għandhom jiġu magħmula fuq il-muskolu tal-ġenbejn fil-livell tar-raba’ għadma tas-sinsla tal-ġemb fuq il-kwarti ta’ wara u bejn wieħed u ieħor minn 10 sa 30 ċm mit-tarf l-imqatta’ ta’ l-isternu fuq il-kwarti ta’ quddiem. In-numru ta’ l-identifikazzjoni jew tal-qatla għandu jiġi mmarkat fin-nofs tan-naħa ta’ ġewwa ta’ kull kwart bl-użu ta’ timbru jew b’pinna tal-markar li ma jitħassarx awtorizzati mill-aġenzija ta’ l-intervent. Artikolu 5 Ċentri ta’ l-intervent 1. Iċ-ċentri ta’ l-intervent għandhom jiġu magħżula mill-Istati Membri bil-ħsieb li tiġi żgurata l-effikaċja tal-miżuri ta’ l-intervent. Il-faċilitajiet f’dawn iċ-ċentri jridu jippermettu: (a) li jittieħed taħt kontroll il-laħam tal-għadma; (b) li jiġi ffriżat il-laħam kollu li jrid jiġi ppriservat mingħajr iżjed proċessar; (c) il-ħażna ta’ dan il-laħam għal mill-anqas tliet xhur taħt kondizzjonijiet teknikament sodisfaċenti. 2. Dawk iċ-ċentri ta’ l-intervent biss li l-impjanti tagħhom tat-tqattigħ u tat-tkessiħ mhumiex konnessi mal-biċċerija u/jew ma’ l-applikant li jkun kiseb l-offerta u li huma mħaddma, immaniġġjati u mgħammra b’impjegati indipendenti minn dawn ta’ l-aħħar jistgħu jiġu magħżula għall-laħam tal-għadma maħsub għat tneħħija tal-għadam. Fil-każ ta’ diffikultajiet prattiċi, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-ewwel subparagrafu, sakemm jirrestrinġu l-kontrolli fil-ħin ta’ l-aċċettazzjoni skond l-Artikolu 17(5); f’dan il-każ, l-aġenziji ta’ l-intervent għandhom, mingħajr preġudizzju għal ħtiġiet veterinarji, jiġu awtorizzati li jwettqu t-tneħħija tal-għadam mil-laħam taċ-ċanga kollu mixtrij jew ta’ parti minnu meta l-kwantità mixtrija kull ġimgħa ma taqbiżx il-1000 tunellata metrika fil-ġimgħa, u sa’ 50 % ta’ kull kwantità mixtrija għall-ħażna kull ġimgħa li taqbeż dan l-ammont. Artikolu 6 Iffriżar bil-qawwa tar-riħ tal-laħam taċ-ċanga tal-għadma 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-priservazzjoni sodisfaċenti tal-għadam fil-kwarti maħżuna u sabiex jillimitaw it-telf fil-piż. It-temperatura interna għandha tiġi mnaqqsa sa’ jew iktar baxxa minn -7 °C fi żmien 36 siegħa waqt il-friżar bil-awwa tar-riħ. 2. Bil-ħsieb li jiġu ffriżati, il-kwarti tal-għadma fihom għandhom jiġu mdendla ġo friżi li jiffriżaw bil-qawwa tar-riħ minnufih wara l-aċċettazzjoni. Artikolu 7 It-tgeżwir tal-laħam taċ-ċanga tal-għadma Minnufih wara l-friżar bil-qawwa tar-riħ, il-laħam tal-għadma għandu jitgeżwer fil-politilin jew fil-polipropilin ta’ mill-anqas 0,05 mm ħxuna, addattat għat-tgeżwir ta’ l-oġġetti tal-ikel, u fi stokinetti magħmula mill-qoton jew minn materjal sintetiku suffiċjentement reżistenti, hek illi l-laħam (inkluż ix-xikel ta’ l-ispalla) ikun kopert għal kollox b’dawn it-tgeżwiriet. Artikolu 8 Il-ħażna tal-laħam taċ-ċanga tal-għadma 1. L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jiżguraw illi l-kwarti ta’ quddiem u l-kwarti ta’ wara jiġu maħżuna separatament u li jkunu jistgħu jiġu identifikati faċilment skond is-sejħa għall-offerti u skond ix-xahar tal-ħażna. 2. L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jiġu awtorizzati li jaħżnu separatament il-kwarti ta’ quddiem tal-laħam tal-għadma li jitqiesu tal-kwalità u ta’ preżentazzjoni addattata għall-iskopijiet industrijali. F’dawn il-każijiet, il-kwarti maħżuna għandhom ikunu jistgħu jiġu identifikati faċilment u għandhom jinżammu reġistri separati għalihom. Taqsima 2 Sejħiet għall-offerti u t-teħid fil-kontroll Artikolu 9 Ftuħ u l-għeluq tas-sejħiet għall-offerti 1. L-avviżi għas-sejħiet għall-offerti, l-emendi għalihom u l-għeluq tagħhom għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mhux iżjed tard mis-Sibt ta’ qabel il-jum tal-għeluq għas-sottomissjoni ta’ l-offerti. 2. Meta jinħarġu s-sejħiet għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz minimu li iktar baxx minnu l-offerti ma jiġux aċċettati. Artikolu 10 Preżentazzjoni u notifiki tas-sejħiet għall-offerti Matul il-perjodu taż-żmien kopert bis-sejħa għall-offerti, iż-żmien li fih jistgħu jsiru s-sottomissjonijiet ta’ l-offerti għandu jkun sa’ nofs in-nhar (ħin ta’ Brussel) tat-tieni u r-raba’ nhar ta’ Tlieta ta’ kull xahar, għajr għat-tieni nhar ta’ Tlieta ta’ Awissu u r-raba’ nhar ta’ Tlieta ta’ Diċembru li fihom a għandha ssir l-ebda sottomissjoni ta’ l-offerti. Jekk it-Tlieta tinzerta festa pubblika, l-għeluq taż-żmien għandu jitmexxa l-quddiem b’24 siegħa. Fi żmien 24 siegħa mit-temma taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-offerti, l-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-offerti li jkunu rċevew. Artikolu 11 Kondizzjonijiet li jridu jintlaħqu għall-offerti 1. Jistgħu jissottomettu l-offerti: (a) il-biċċeriji tal-bhejjem tal-fart approvati skond l-Artikolu 3(1)(A)(a) tad-Direttiva 64/433/KEE, ikun xi jkun l-istatus legali tagħhom; u (b) il-kummerċjanti tal-bhejjem tar-rziezet jew tal-laħam li jkollhom il-qtil midħul għalih fihom hemm f’isimhom u li huma mdaħħla f’reġistru nazzjonali tal-VAT. 2. Bi tweġiba għas-sejħiet għall-offerti, il-partijiet interessati għandhom jissottomettu l-offerti tagħhom lill-aġenziji ta’ l-intervent ta’ l-Istati Membri fejn dawn ikunu nħarġu, jew billi jiddepożitaw offerta bil-miktub u b’irċevuta jew b’kull mezz ieħor tal-komunikazzjoni bil-miktub aċċettat mill-aġenzija ta’ l-intervent, b’avviż tar-rċevuta. Is-sottomissjoni ta’ l-offerti tista’ tkun bla ħsara għall-kuntratti bil-kondizzjonijiet stabbiliti mill-aġenziji ta’ l-intervent skond l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom. 3. Il-partijiet interessati jistgħu jissottomettu biss offerta waħda għal kull kategorija bi tweġiba għal kull sejħa għall-offerti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi dawk li jitfgħu l-offerti jkunu independenti minn xulxin f’dak li jirrigwarda l-maniġġjar, l-impjegati u t-tħaddim tagħhom. Meta jkun hemm indikazzjonijiet serji għall-kuntrarju jew li l-offerti ma jkunux skond il-fatti ekonomiċi, l-offerti għandhom jitqiesu li jistgħu jiġu aċċettati biss meta minn jagħmel l-offerta jippreżenta xiehda xierqa tal-konformità mat-tieni subparagrafu. Meta jiġi stabbilit illi wieħed li jitfa’ offerta jkun issottometta iżjed minn offerta waħda, l-offerti kollha tiegħu għandhom jiġu meqjusa bħala li ma jistgħux jiġu aċċettati. 4. L-offerti għandhom jiddikjaraw: (a) l-isem u l-indirizz ta’ min jitfa’ l-offerta; (b) il-kwantità offruta, espressa f’tunnellati metriċi, għall-prodotti tal-kategoriji speċifikati fl’avviż tas-sejħa għall-offerti; (c) il-prezz ikkwotat skond l-Artikolu 18(3), espress għal kull 100 kg ta’ prodotti tal-kwalità R3 fl-Euro maqtugħ għad-dritt għal mhux iżjed minn żewġ ċifri deċimali. 5. L-offerti għandhom ikunu validi biss jekk: (a) ikollhom x’jaqmu ma’ mill-anqas 10 tunnellati metriċi; (b) ikunu akkumpanjati b’impenn bil-miktub minn min jitfa’ l-offerta li jikkonforma mad-disposizzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mas-sejħa għall-offerti fil-kwistjoni; u (c) tiġi pprovduta prova illi sad-data tal-għeluq għas-sottomissjoni ta’ l-offerti, min jitfa’ l-offerta jkun iddepożita garanzija fuq l-offerta kif ipprovvdut fl-Artikolu 12 rigward is-sejħa għall-offerti fil-kwistjoni. 6. L-offerti ma jistgħux jiġu rtirati wara li tkun għalqet it-temma taż-żmien għas-sottomissjoni speċifikata fl-Artikolu 10. 7. L-offerti għandhom ikunu kunfidenzjali. Artikolu 12 Garanziji 1. Iż-żamma ta’ l-offerti wara t-temma taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-offerti u l-kunsinna tal-prodotti lill-maħżen innominat mill-l-aġenzija ta’ l-intervent fiż-żmien stabbilit fl-Artikolu 16(2) għandhoma jikkostitwixxu ħtiġiet ewliena, li t-twettiq tagħhom għandu jiġi żgurat permezz tad-depożitu ta’ garanzija ta’ 30 EUR għal kull 100kg. Il-garanziji għandhom jiġu ddepożitati għand l-aġenzija ta’ l-intervent fl-Istat Membru li fih l-offerta tkun ġiet issottomessa. 2. Il-garanziji għandhom jiġu ddepożitati biss fil-għamla ta’ flus korrenti kif iddefinit fl-Artikolu 13 u l-Artikolu 14(1) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [12]. 3. Fil-każ ta’ l-offerti li ma jiġux aċċettati, il-garanziji għandhom jiġu rrilaxxjati hekk kif jiġi ppubblikat ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti. Fil-każ ta’ l-offerti li jiġu aċċettati, il-garanziji għandhom jiġu rrilaxxjati mat-tkomplija tat-teħid taħt il-kontroll tal-prodotti, mingħajr preġudizzju għall- l-Artikolu 17(7). Artikolu 13 Assenjazzjoni 1. Fid-dawl ta’ l-offerti rċevuti bi tweġiba għal kull sejħa għall-offerti u skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, il-prezz massimu għall-ħażna li jkollu x’jaqsam mal-kwalità R3 għandu jiġi ffissat għal kull kategorija; fejn iċ-ċirkostanzi partikolari hekk jeħtieġu, jista’ jiġi ffissat prezz differenti minn Stat Membru jew reġjun tiegħu sabiex jirrifletti l-prezzijiet medji tas-suq irreġistrati. 2. Tista’ tittieħed deċiżjoni li ma tingħata l-ebda assenjazzjoni. 3. Jekk il-kwantitatjiet totali offruti bi prezz egwali jew iktar baxx mill-prezz massimu jaqbżu l-kwantitajiet li jridu jintxtraw għall-ħażna, il-kwantitajiet assenjati jistgħu jiġu mnaqqsa għal kull kategorija billi jiġu applikati l-koeffiċjenti tat-tnaqqis, li jridu jonqsu b’ammont li jiżdied progressivament mad-differenzjal tal-prezz u mal-kwantitajiet koperti bl-offerti. Fejn iċ-ċirkostanzi partikolari hekk jeħtieġu, dawn il-koeffiċjenti tat-tnaqqis jistgħu ivarjaw skond l-Istat Membru jew reġjun tiegħu bil-ħsieb li jiġi żgurat illi l-mekkaniżmi ta’ l-intervent jiffunzjona kif jixraq. Artikolu 14 Prezz massimu għax-xiri għall-ħażna 1. L-offerti ma għandhomx jiġu kkunsidrati jekk il-prezz ikkwotat ikun ogħla mill-prezz medju tas-suq irreġistrat skond il-kategorija f’kull Stat Membru jew reġjun tiegħu, ikkonvertit għall-kwalità R3 bl-użu tal-koeffiċjenti ddikjarati fl-Anness I, flimkien ma’ 10 Ewro għal kull 100 kg piż tal-karkassa. 2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-offerti għandhom jiġu rrifjutati jekk il-prezz ikkwotat ikun ogħla mill-prezz massimu riferit fl-Artikolu 13 għas-sejħa għall-offerta fil-kwistjoni. 3. Meta l-prezz tax-xiri għall-ħażna assenjat lil dawk li jitfgħu l-offerti jkun ogħla mill-prezz tas-suq kif riferit fil-paragrafu 1, il-prezz assenjat għandu jiġi aġġustat billi jiġi mmoltipplikat bil-koeffiċjent miksub billi tiġi applikata l-formola A fl-Anness IV. Madankollu, dan il-koeffiċjenti ma jistax: (a) ikun iżjed minn 1; (b) jirriżulta fi tnaqqis fil-prezz assenjat li jkun ikbar mid-differenza bejn dan il-prezz u l-prezz medju tas-suq. Jekk Stat Membru jkollu fil-pussess tiegħu informazzjoni ta’ min jogħqod fuqha u jkollu l-mezzi xierqa għalbiex jivverifikaha, dan l-Istat jista’ jiddeċiedi li jikkalkola il-koeffiċjent għal kull wieħed li jitfa’ l-offerta billi juża l-formola B fl-Anness IV. 4. Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mis-sejħiet għall-offerti ma għandhomx ikun trasferibbli. Artikolu 15 Limitazzjoni tax-xiri għall-ħażna Meta l-aġenziji għall-intervent ta’ l-Istati Membri jiġu offruti l-laħam fi kwantitajiet ikbar minn dawk li jistgħu jieħdu taħt kontroll minnufih, dawn l-aġenziji jistgħu jillimitaw ix-xiri għall-ħażna għall-kwantitajiet li jistgħu jieħdu taħt kontroll fit-territorju tagħhom jew f’wieħed mir-reġjuni tagħhom ta’ l-intervent. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ugwaljanza għall-aċċess lill-partijiet kollha fil-kwistjoni fil-każ ta’ dijn il-limitazzjoni. Artikolu 16 Notifiki lil dawk li jkunu rebħu l-offerta u tal-kunsinna 1. L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jgħarrfu minnufih lill dawk li jkunu tefgħu l-offerta b’mod individwali bir-riżultat ta’ l-offerti tagħhom. L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom joħorġu ordnijiet innumerati tal-kunsinni minnufih lil dawk li jkunu rebħu l-offerta, fejn jiddikjaraw: (a) il-kwantità li trid tiġi kkunsinnata; (b) il-prezz li bih tiġi magħmula l-assenjazzjoni ta’ l-offerta; (c) l-iskeda għall-kunsinna tal-prodotti; (d) iċ-ċentru jew iċ-ċentri ta’ l-intervent fejn trid issir il-kunsinna. 2. Dawk li jirbħu l-offerti għandhom jikkunsinnaw il-prodotti mhux iżjed tard minn 17-il jum kalendarju wara l-ewwel jum ta’ xogħol wara l-pubblikazzjoni tar-regolament li jiffissa il-prezz massimu tax-xiri għall-ħażna u l-kwantitajiet tal-laħam taċ-ċanga li jridu jinxtraw għall-ħażna. Madankollu, il-Kummissjoni tista’, skond il-kwantitajiet assenjati, testendi l-perjodu taż-żmien b’ġimgħa. Il-kunsinni jistgħu jiġu mqassma f’iżjed minn kunsinna waħda. B’żieda ma’ dan, iċ-ċentri ta’ l-intervent jistgħu, meta jkunu qegħdin jagħmlu l-iskeda għall-kunsinna tal-prodotti, inaqqsu dan il-perjodu taż-żmien għal mhux anqas minn 14-il jum kalendarju. Artikolu 17 It-teħid taħt kontroll 1. L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jieħdu taħt kontroll: (a) il-laħam bil-għadam maħsub sabiex jinħażen mingħajr iżjed proċessar jew għat-tneħħija parzjali tal-għadam jew fil-post ta’ l-użin fl-entratura tal-maħżen tal-friża taċ-ċentru ta’ l-intervent jew fil-post ta’ l-użin fl-entratura ta’ l-impjant tat-tqattigħ taċ-ċentru ta’ l-intervent; (b) il-laħam bil-għadam maħsub għat-tneħħija tal-għadam fil-post ta’ l-użin fl-entratura ta’ l-impjant tat-tqattigħ taċ-ċentru ta’ l-intervent. Il-prodotti għandhom jiġu kkunsinnati f’kunsinni ta’ kwantità bejn il-10 u l-20 tunnellata metrika. Madankollu, il-kwantità tista’ tkun taħt il-10 tunnellati metriċi biss jekk il-bilanċ finali ta’ l-offerta oriġinali jew jekk l-offerta oriġinali tkun ġiet imniżżla lura fl-iskala għal taħt il-10 tunnellati metriċi. Il-prodotti kkunsinnati għandhom jiġu aċċettati u meħuda taħt kontroll bla ħsara għall-verifika mill-aġenzija ta’ l-intervent li dawn jikkonformaw mal-ħtiġiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-konformità mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2)(e) u b’mod partikolari in-nuqqas tas-sustanzi pprojbiti skond l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE [13] għandhom jiġu vverifikati permezz ta’ l-analiżi ta’ kampjun, li d-daqs u l-analiżi tiegħu huma stabbiliti fil-leġislazzjoni veterinarja rilevanti. 2. Meta l-ebda spezzjon preliminari ma jiġi mwettaq minnufih qabel it-tagħbija fil-post tat-tagħbija tal-biċċerija u qabel il-ġarr lejn iċ-ċentru ta’ l-intervent, in-nofs karkassi għandhom jiġu identifikati kif ġej: (a) meta jkunu sempliċiment immarkati, dawn il-marki jridu jikkonformaw ma’ l-Artikolu 4(3)(c), u għandu jimtela dokument li jispeċifika l-identifikazzjoni jew in-numru tal-qatla u d-data tal-qatla li għandhom x’jaqsmu man-nofs karkassa; (b) meta dawn ikunu wkoll ittikkettjati, it-tikketti għandhom jridu jikkonformaw ma’ l-Artikolu 1(2), (3) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 344/91 [14]. Meta n-nofs karkassi jiġu mqattgħin fi kwarti, dan it-tqattigħ fi kwarti għandu jitwettaq skond l-Anness III. Bil-ħsieb li jiġu aċċettati, il-kwarti għandhom jiġu ggruppati skond il-karkassa jew in-nofs karkassa fil-ħin li jittieħdu taħt kontroll. Meta n-nofs karkassi ma jiġux imqattgħa fi kwarti qabel il-ġarr tagħhom lejn iċ-ċentru ta’ l-intervent, dawn għandhom jitqattgħu skond l-Anness III mal-wasla tagħhom. Fil-punt ta’ l-aċċettazzjoni, kull kwart għandu jiġi identifikat b’tikketta li tikkonforma ma’ l-Artikolu 1(2), (3) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 344/91. It-tikketti għandhom juru wkoll il-piż tal-kwart u n-numru tal-kuntratt; it-tikketti għandhom jiġu mwaħħla direttament mal-għerq tal-qasba tas-sieq/xikel ta’ l-ispalla fuq il-ġenb tal-kwart ta’ quddiem tal-kwart ta’ wara jew mal-għerq tal-faxxa tal-għonq mingħajr ma jintuża rbit tal-metall jew tal-plastik. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24(2), it-tikketti għandhom jibqgħu mehmuża mal-kwarti matul il-perjodu kollu taż-żmien tal-ħażna. Sa fejn hu possibbli, għandha titneħħa kull tikketta mehmuża qabel. Il-proċedura ta’ l-aċċettazzjoni għandha tinvolvi kontroll sistematiku fuq il-preżentazzjoni, il-klassifika, il-piż u t-tikkettjar ta’ kull kwart ikkunsinnat. It-temperatura ta’ kwart ta’ wara ta’ kull karkassa għandha tiġi kkontrollata wkoll. B’mod partikolari l-ebda karkassa ma għandha tiġi aċċettata meta din taqbeż il-piż massimu stabbilit fl-Artikolu 4(2)(g). 3. Spezzjoni preliminari tista’ tiġi mwettqa minnufih qabel it-tagħbija fil-post tat-tagħbija tal-biċċerija u għandu tkopri l-piż, il-klassifika, il-preżentazzjoni u t-temperatura tan-nofs karkassi. B’mod partikolari l-ebda karkassa ma għandha tiġi aċċettata meta din taqbeż il-piż massimu stabbilit fl-Artikolu 4(2)(g). Il-prodotti rrifjutati għandhom jiġu mmarkati ta’ hekk u ma jistgħux jerġgħu jiġu ppreżentati għall-ispezzjon preliminari jew għall-aċċettazzjoni. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom ikopru kunsinni ta’ sa 20 tunellata metrika ta’ nofs karkassi kif stabbilit mill-aġenzija ta’ l-intervent. Meta jiġi rrifjutat iżjed minn 20 % tan-numru totali tan-nofs karkassi f’kull kunsinna spezzjonata, il-kunsinna kollha għandha tiġi rrifjutata skond il-paragrafu 6. Qabel ma n-nofs karkassi jiġu ttrasportati lejn iċ-ċentru ta’ l-intervent, għandhom jiġu mqattgħin fi kwarti skond l-Anness III. Kull kwart għandu jintiżen sistematikament u jiġi identifikat b’tikketta li tikkonforma ma’ l-Artikolu 1(2), (3) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 344/91. It-tikketti għandhom juru wkoll il-piż tal-kwart u n-numru tal-kuntratt; it-tikketti għandhom jiġu mehmuża direttament mal-għeruq tal-qasba tas-sieq/xikel ta’ l-ispalla fuq il-kwarti ta’ quddiem u l-kwarti ta’ wara jew mal-għerq tal-faxxa tal-għonq mal-ġenb tal-kwart ta’ quddiem u ta’ wara mingħajr l-użu ta’ rbit tal-metall jew tal-plastik. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24(2), it-tikketti għandhom jibqgħu mehmuża mal-kwarti matul il-perjodu kollu taż-żmien tal-ħażna. Safejn ikun possibbli, għandha tiġi mneħħija kull tikketta mehmuża qabel. Il-kwarti minn kull karkassa għandhom jiġu mbagħad iggruppati għall-għanijiet tal-proċedura ta’ l-aċċettazzjoni skond il-karkassa jew in-nofs karkassa fil-ħin tat-teħid taħt kontroll. Lista tal-kontroll li tagħti d-dettalji kollha tan-nofs karkassi jew tal-kwarti, inkluż in-numru tan-nofs karkassi jew tal-kwarti ppreżentati u li jkunu ġew jew aċċettati jew irrifjutati, għandha takkumpanja kull kunsinna sal-post ta’ l-aċċettazzjoni. Il-lista tal-kontroll għandha tiġi mgħoddija lill-uffiċjal ta’ l-aċċettazzjonijiet. Għandu jiġi mehmuż siġill mal-mezz tat-trasport qabel ma dan iħalli l-biċċerija; in-numru tas-siġill għandu jidher fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa jew fuq il-lista tal-kontroll. Il-proċedura ta’ l-aċċettazzjoni għandha tinkludi l-kontrolli tal-preżentazzjoni, tal-klassifika, tal-pis, tat-tikkettjar u tat-temperatura tal-kwarti kkunsinnati. 4. L-ispezzjoni preliminari u l-aċċettazzjoni tal-prodotti offruti għall-intervent għandhom jiġu mwettqa minn uffiċjal ta’ l-aġenzija ta’ l-intervent jew minn persuna awtorizzata minn din ta’ l-aħħar li jkun klassifikatur ikkwalifikat, li ma jkunx involut fil-klassifika fil-biċċerija u li jkun għal kollox indipendenti minn dak li jkun rebaħ l-offerta. Din l-indipendenza għandha tiġi żgurata b’mod partikolari bir-rotazzjoni perjodika ta’ dawn l-uffiċjali bejn iċ-ċentri ta’ l-intervent. Fil-ħin tat-teħid taħt kontroll, il-piż totali tal-kwarti f’kull kunsinna għandu jiġi rreġistrat u ir-reġistrazzjoni għandha tinżamm mill-aġenzija ta’ l-intervent. Meta l-piż tal-laħam li jrid jiġi maħżun bil-għadam jiddifferixxi tant minn dak indikat fil-lista tal-kontroll hekk illi tiġi ddubitata l-eżattezza tal-piż fil-lista tal-kontroll, il-piż ta’ kull kwart għandu jiġi ċċekkjat sistematikament u, jekk meħtieġ, għandhom jiġu mehmuża tikketta ġdida li turi l-piż arrwali aċċettat u tagħrif ieħor meħtieġ mill-uffiċjal ta’ l-aċċettazzjoni. Safejn hu possibbli, għandha titneħħa kull tikketta mehmuża qabel. Dokument li jirreġistra id-dettalji kollha tal-piż u tan-numru tal-prodotti ppreżentati u li jkunu ġew jew aċċettati jew irrifjutati għandu jimtela mill-uffiċjal ta’ l-aċċettazzjoni. 5. Il-ħtiġiet li jirrigwardaw l-identifikazzjoni, il-kunsinna u l-kontrolli tat-teħid tal-laħam bil-għadam maħsub li jitneħħielu l-għadam fiċ-ċentri ta’ l-intervent li ma jilħqux il-ħtiġiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(2) għandhom jinkludu dan li ġej: (a) fil-ħin tat-teħid taħt kontroll kif riferit fil-paragrafu 1, il-kwarti ta’ quddiem u ta’ wara għat-tneħħija tal-għadam għandhom jiġu identifikati bl’ittri "INT" immarkati fuq kemm in-naħiet ta’ ġewwa u kemm ta’ barra skond l-istess regoli bhal dawk stabbiliti fl-Artikolu 4(3)(c) dwar il-għoti tal-marki dwar il-kategorija u n-numru tal-qatla u il-postijiet fejn iridu jsiru dawn il-marki; madankollu, l-ittri "INT" għandhom jiġu mmarkati fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ kull kwart fil-livell tat-tielet jew ir-raba’ kustilji tal-kwart ta’ quddiem u fuq is-seba’ jew tminn kustilji tal-kwarti ta’ wara; (b) ix-xaħam tas-sakku għandu jibqa’ mwaħħal sal-ħin tat-teħid tal-kontroll u jrid jitneħħa qabel ma jsir l-użin; (c) il-prodotti kkunsinnati għandhom jiġu magħżula f’kunsinni kif iddefinit fil-paragrafu 1. Meta l-karkassi jew il-kwarti mmarkati "INT" jinstabu ‘l barra miż-żoni rriżervati għalihom, l-Istat Membru għandu jiftaħ inkjesta, jieħu l-miżuri xierqa u jgħarraf lill-Kummissjoni b’dan. 6. Meta jiġu rrifjutati iżjed minn 20 % ta’ kunsinna ppreżenta, f’dak li hu n-numru tan-nofs karkassi jew tal-kwarti ppreżentati, il-kunsinna kollha għandha tiġi rrifjutata u l-prodotti kollha għandhom jiġu mmarkati hekk illi ma jistgħux jerġgħu jiġu ppreżentati għall-ispezzjon preliminari jew għall-aċċettazzjoni. 7. Jekk il-kwantità attwalment ikkunsinnata u aċċettata tkun inqas mill-kwantità assenjata, il-garanzija għandha: (a) tiġi rrilaxxjata kollha meta d-differenza ma tkunx iżjed minn 5 % jew 175 kg; (b) għajr fil-każijiet ta’ forza maġġuri, tiġi ssekwestrata: - f’pari minnha, li tikkorrispondi mal-kwantitajiet mhux ikkunsinnati jew mhux aċċettati meta d-differenza ma tkunx iżjed minn 15 %, - kollha kemm hi fil-każijiet l-oħra, skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85. Artikolu 18 Il-Prezz li jrid jitħallas lill-dawk li jkunu rebħu l-offerti 1. Mill-45 jum wara t-tkomplija tat-teħid taħt kontroll tal-prodotti sal-65 jum wara dan, l-aġenzija ta’ l-intervent għandha tħallas lil dawk li jkunu rebħu l-offerta l-prezz ikkwotat fl-offerti tagħhom. 2. Dik il-kwantità biss li tkun ġiet attwalment ikkunsinnata w aċċettata għandha tiġi mħallsa. Madankollu, jekk il-kwantità attwalment ikkunsinnata u aċċettata tkun ikbar mill-kwantità assenjata, għandha tiġi mħallsa biss il-kwantità assenjata. 3. Meta jittieħdu taħt kontroll kwalitajiet oħra għajr il-kwalità R3, il-prezz li jrid jitħallas lil dawk li jkunu rebħu l-offerta għandu jiġi aġġustat billi jiġi applikat il-koeffiċjent għall-kwalità mixtrija għall-ħażna kif iddikjarat fl-Anness I. 4. Ix-xiri għall-ħażna tal-laħam bil-għadam għandu jkun mingħajr prezz fil-post ta’ l-użin fl-entratura tal-maħżen tal-friża taċ-ċentru ta’ l-intervent. Il-prezz tax-xiri għall-ħażna tal-laħam li jkun kollu kemm hu maħsub għat-tneħħija tal-għadam għandu jkun il-prezz ħieles fil-post ta’ l-użin fl-entratura ta’ l-impjant tat-tqattigħ taċ-ċentru ta’ l-intervent. L-ispejjeż tal-ħatt għandhom jinġarru minn dak li jkun rebaħ l-offerta. Artikolu 19 Ir-Rata tal-kambju Ir-rata li trid tiġi applikata għall-ammont riferit fl-Artikolu 14 u l-prezz li bih tkun ġiet magħmula l-assenjazzjoni għandhom ikunu r-rata tal-kambju li tkun tapplika fil-jum tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jiffissa l-prezz massimu tax-xiri għall-ħażna u tal-kwantitajiet tal-laħam taċ-ċanga li jridu jinxtraw għall-ħażna skond is-sejħa għall-offerti fil-kwistjoni. KAPITOLU II TNEĦĦIJA TAL-GĦADAM MILL-LAĦAM MIXTRI GĦAL-ĦAŻNA MILL- AĠENZIJI TA’ L-INTERVENT Artikolu 20 Awtorizzazzjoni għat-tneħħija tal-għadam L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom ikunu awtorizzati li jneħħu l-għadam kollu jew parti minnu mill-laħam li jkun inxtara għall-ħażna. Artikolu 21 Kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-tneħħija tal-għadam 1. It-tneħħija tal-għadam tista’ ssir biss fl-impjanti tat-tqattigħ approvati skond l-Artikolu 3(1)(B)(a) tad-Direttiva 64/433/KEE u b’wieħed jew iżjed friżaturi bil-qawwa tar-riħ li jmissu miegħu. Fuq it-talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tikkonċedi deroga għal perjodu limitat taż-żmien mill-obbligi koperti bl-ewwel subparagrafu; meta tkun qiegħda tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-iżviluppi korrenti f’dak li hu impjant u tagħmir, saħħa u ħtiġiet tal-kontroll u l-għan ta’ l-armonizzazzjoni gradwali f’dan il-qasam. 2. Il-qatgħat mingħajr għadam għandhom jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/433/KEE u l-kondizzjonijiet meħtieġa fl-Annes V ta’ dan ir-Regolament. 3. It-tneħħija tal-għadam ma tistax tibda qabel ma jkun tlesta it-teħid tal-kunsinna in kwistjoni taħt kontroll. 4. L-ebda laħam ieħor ma jista’ jkun preżenti fis-sala tat-tqattigħ meta l-laħam taċ-ċanga ta’ l-intervent kun qiegħed jitneħħielu l-għadam, jew meta jkun qiegħed jiġi mqatta’ jew ippakkjat. Madankollu, il-laħam tal-majjal jista’ jkun preżenti fis-swali tat-tqattigħ fl-istess ħin li fihom ikun hemm il-laħam taċ-ċanga, sakemm dan jiġi pproċessat fl-linja differenti tal-produzzjoni. 5. L-attivitajiet kollha tat-tneħħija tal-għadam għandhom isiru bejn is-7 ta’ filgħodu u s-6 ta’ filgħaxija; it-tneħħija tal-għadam ma għandiex issir nhar ta’ Sibt, fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi. Dawn is-sigħat jistgħu jiġu estiżi għal sa sagħtejn, sakemm l-awtoritajiet ta’ l-ispezzjon ikunu preżenti. Jekk it-tneħħija tal-għadam ma tistax titlesta fil-jum tat-teħid taħt kontroll, għandhom jitwaħħlu siġilli mill-awtoritajiet kompetenti mal-kmamar tal-friża fejn il-prodotti ikunu qegħdin jiġu maħżuna u dawn jistgħu jinkisru biss mill-istess awtoritajiet meta terġa’ tibda t-tneħħija tal-għadam. Artikolu 22 Kuntratti u Speċifikazzjonijiet 1. It-tneħħija tal-għadam għandha ssir b’kuntratt u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-aġenziji ta’ l-intervent skond l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom. 2. L-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jistiabbilixxu l-ħtiġiet ta’ l-impjanti tat-tqattigħ, jispeċifikaw l-impjant u t-tagħmir meħtieġa u għandhom jiżguraw illi jkunu mħarsa r-regoli Komunitarji dwar it-tħejjija tal-qatgħat. Għandhom b’mod partikolari jistabbilixxu l-kondizzjonijiet iddettaljati li jkopru t-tneħħija tal-għadam, jispeċifikaw il-metodu tat-tħejjija, tat-tneħħija tax-xtur, tal-pakkjar, tal-friża u tal-priservazzjoni tal-qatgħat bil-għan li jittieħdu taħt kontroll mill-aġenzija ta’ l-intervent. L-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-aġenziji ta’ l-intervent jistgħu jinkisbu mill-indirizzi fl-Anness VI. Artikolu 23 Monitoraġġ tat-tneħħija tal-għadam 1. L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jiżguraw illi titwettaq il-monitoraġġ fiżiku ma jaqta’ xejn fil-ħidmiet kollha tat-tneħħija tal-għadam. Dan il-monitoraġġ jista’ jiġi ddelegat lill-korpi li huma għal kollox indipendenti mill-kummerċjanti, il-biċċiera u l-imħażen fil-kwistjoni. F’dawn il-każijiet, l-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jiżguraw illi l-uffiċjali tagħhom iwettqu spezzjoni għall-għarrieda tat-tneħħija tal-għadam mill-laħam kopert b’kull offerta. Matul dawn l-ispezzjonijiet, għandhom jitwettqu kontrolli bl-addoċċ fuq il-pakki tal-qatgħat qabel u wara l-friża u l-kwantitajiet użati għandhom jiġi pparagunati min-naħa l-waħda mal-kwantitajiet tal-prodotti u minn-naħa l-oħra mal-għadam, ix-xaħam u l-qagħtat. Dawn il-kontrolli għandhom ikopru mill-anqas 5 % ta’ pakki mimlija matul il-jum b’qatgħa partikolari u, fejn ikun hemm biż-żejjed pakki, minimu ta’ ħames kaxex għall-kull qatgħa. 2. Il-kwarti ta’ quddiem u ta’ wara għandu jkollhom l-għadam tagħhom imneħħi separatament. Rigward kull jum tat-tneħħija tal-għadam: (a) għandu jsir paragun bejkn in-numri tal-qagħtat u tal-pakki mimlija; (b) għandha tiġi kkompletata formola li turi separatament il-produzzjoni tat-tneħħija tal-għadam għall-kwarti ta’ quddiem u għall-kwarti ta’ wara. Artikolu 24 Kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw it-tneħħija tal-għadam 1. Matul it-tneħħija tal-għadam, it-tneħħija tax-xtur u l-pakkjar u qabel il-friża, it-temperatura interna tal-laħam taċ-ċanga ma għandha fl-ebda ħin taqbeż il-+ 7 °C. Il-qatgħat ma jistgħux jiġu ttrasportati qabel ma jkunu ffriżati bil-qawwa tar-riħ, għajr skond id-derogi pprovvduti fl-Artikolu 21(1). 2. It-tikettjar kollu u l-materjal barrani kollu għandhom jiġu mneħħija għal kollox minnufih qabel ma tibda t-tneħħija tal-għadam. 3. Għandhom jiġu mneħħija bit-tindif il-għadam, il-faxxa tal-għonq u l-faxxa tad-dahar (il-paddy whack) u t-tessuti rozzi konnettivi kollha. It-tneħħija tax-xtur mill-qatgħat trid tkun limitat għat-tneħħija tax-xaħam, tal-qarquċa, tal-għeruq, tal-kapsoli tal-ġogi w t-tneħħija tax-xtur l-oħra speċifikati. Irid jitneħħa kull tessut tan-nerv u limfatiku li jidher. 4. L-arterji l-kbar u l-emboli u ż-żoni maħmuġa jridu jitneħħew bl-attenzjoni u bl-innqas tneħħija possibbli tax-xtur. Artikolu 25 Ippakkjar tal-qagħtat 1. Il-qagħtat għandhom jiġu ppakkjati minnufih wara li jkun tneħħielhom il-għadam hekk illi li l-ebda parti mill-laħam ma tiġi f’kuntatt dirett mal-pakk, skond il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness V. 2. Il-politilena wżata għalbiex tiksi l-pakki u il-folji jew il-boroż tal-politilena wżati għalbiex igeżwru l-qagħtat iridu jkun ta’ mill-0,05 mm fil-ħxuna u addattati għat-tgeżwir ta’ l-oġġetti tal-ikel. 3. Il-pakki, il-paliti u l-gaġeġ użati jridu jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VII. Artikolu 26 Ħażna tal-qagħtat L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jiżguraw illi l-laħam ċ-ċanga kollu mingħajr għadam mixtrij għall-ħażna jiġi maħżun separatament u jkun faċli li jiġi identifikat skond is-sejħa għall-offerti, il-qatgħa u ix-xahar tal-ħażna. Il-qatgħat miskuba għandhom jiġu maħżuna f’imħażen tal-friża lokati fit-teritorju ta’ l-Istat Membru li jkun qiegħed jeżerċita l-ġuriżdizzjoni fuq l-aġenzija ta’ l-intervent. Għajr għad-derogi speċifiċi pprovvduti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, dawn l-imħażen tal-friża għandhom ikunu kapaċi li jżommu l-laħam taċ-ċanga mingħajr għadam kollu allokat mill-aġenzija ta’ l-intervent għal mill-anqas tliet xhur f’kondizzjonijiet teknikament sodisfaċenti. Artikolu 27 Spejjeż għat-tneħħija tal-għadam Il-kuntratti riferiti fl-Artikolu 22(1) u l-ħlasijiet magħmula skond dan l-Artikolu għandhom ikopru l-ħidmiet u l-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari: (a) l-ispejjeż ta’ kull trasport tal-prodotti bil-għadma lejn l-impjant tat-tqattigħ wara l-aċċettazzjoni; (b) tneħħija tal-għadam, it-tneġġija tax-xtur, l-ippakkjar u l-friżar bil-qawwa tar-riħ; (c) il-ħażna, it-tagħbija u l-ġarr tal-qatgħat iffriżati u t-teħid tagħhom taħt kontroll mill-aġenziji ta’ l-intervent fl-imħażen tal-friża nnominati minnhom; (d) l-ispejjeż tal-materjali, b’mod partikolari dawk tal-ippakkjar; (e) il-valur ta’ kull għadm, biċċa xaħam u xtur mitluqa fl-impjanti tat-tqattigħ mill-aġenziji ta’ l-intervent. Artikolu 28 Il-limiti taż-żmien It-tneħħija tal-għadam, it-tneħħija tax-xtur u l-pakkjar għandhom jitlestew fi żmien għaxart ijiem kalendarji mill-qatla. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw limiti iqsar taż-żmien. Il-friża bil-qawwa tar-riħ għandha jittwettaq minnufih wara l-ippakkjar, li għandhu f’kull każ jibda fl-istess jum; il-kwantità tal-laħam li jkun tneħħielu l-għadam ma tistax taqbeż il-kapaċità ta’ kuljum tal-friżaturi bil-qawwa tar-riħ. It-temperatura interna tal-laħam li jkun tneħħilu l-għadam għandha tiġi mnaqqsa għal - 7 °C jew iktar fi żmien 36 siegħa matul il-friżar bil-qawwa tar-riħ. Artikolu 29 Rifjut tal-prodotti 1. Meta l-kontrolli speċifikati fl-Artikolu 23(1) jiżvelaw il-kontravenzjonijiet mill-impjant tat-tneħħija tal-għadam ta’ l-Artikoli 20 sa 28 rigward qatgħa partikolari, dawn il-kontrolli għandhom jiġu estiżi għalbiex ikopru 5 % oħra tal-pakki mimlija matul il-jum fil-kwistjoni. Meta jiġu miksufa iktar kontravenzjonijiet, għandhom jiġu ċċekkjati kampjuni addizjonali li jammontaw għal 5 % tan-numru totali tal-pakki tal-qatgħat rilevanti. Meta, fir-raba’ kontroll tal-5 %, mill-anqas 50 % tal-pakki jinstabu li jiksru dawn l-artikoli, għandha tiġi ċċekkjata l-produzzjoni kollha ta’ din il-qatgħa matul din il-ġurnata. Madankollu, il-kontroll tal-produzzjoni tal-jum kollu ma għandhiex tkun meħtieġa jekk mill-anqas 20 % tal-pakki ta’ qatgħa partikolari jinstabu f’kontravenzjoni. 2. Meta, fuq il-bażi tal-paragrafu 1, inqas minn 20 % tal-pakki ta’ qatgħa partikolari jinstabu li jkunu qegħdin f’kontravenzjoni, il-kontenut kollhu ta’ dawk il-kaxex għandu jiġi rrifjutat u l-ebda pagament ma ghandu jsir fir-rigward tagħhom; l-impjant tat-tneħħija tal-għadam għandu jħallas lill-aġenzija ta’ l-intervent ammont egwali għall-prezz li jidher fl-Anness rigward il-qatgħat li jkunu ġew irrifjutati. Jekk mill-anqas 20 % tal-pakki ta’ qatgħa partikolari jinstabu li jkunu f’kontravenzjoni, għandha tiġi rrifjutata l-produzzjoni kollha tal-ġurnata rigward din il-qatgħa partikolari mill-aġenzija tal-intervent u l-ebda ħlas ma għandu jkun dovut; l-impjant tat-tqattigħ tal-għadam għandu jħallas lill-aġenzija ta’ l-intervent ammont egwali għall-prezz muri fl-Anness VIII għall-qatgħat li jkunu ġew irrifjutati. Jekk mill-anqas 20 % tal-pakki ta’ qatgħat varji prodotti matul il-jum jinstabu li jkunu f’kontravenzjoni, għandha tiġi rrifjutata l-produzzjoni kollha tal-ġurnata mill-aġenzija ta’ l-intervent u l-ebda ħlas ma għandu jkun dovut; l-impjant tat-tneħħija tal-għadam għandu jħallas lill-aġenzija ta’ l-intervent ammont egwali għall-prezz li jitħallas mill-aġenzija lill-dak li jkun rebaħ l-offerta skond ma l-Artikolu 18 għal-prodotti oriġinali bil-għadma mixtrija għall-ħażna u li, wara li jkun tneħħielhom il-għadam, jiġu rrifjutati, b’dan il-prezz jiġi miżjud b’20 %. Meta japplika t-tielet subparagrafu, l-ewwel u t-tieni subparagrafi ma għandhomx japplikaw. 3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, fejn b’riżultat ta’ negliġenza serja jew ta’ frodi l-impjant tat-tqattigħ ikun naqas li jħares l-Artikoli 20 sa 28: - il-prodotti kollha miksuba wara t-tneħħija tal-għadam matul il-jum li fih jiġi ġie stabbilit in-nuqqas ta’ konformità mad-disposizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom jiġu rrifjutati mill-aġenzija ta’ l-intervent u l-ebda ħlas ma għandu jkun mistħoqq, - l-impjant tat-tqattigħ tal-għadam għandu jħallas lill-aġenzija ta’ l-intervent ammont egwali għall-prezz li jrid jitħallas mill-aġenzija lill-dak li jkun rebaħ l-offerta skond l-Artikolu 18 għall-prodotti oriġinali bil-għadam u li, wara li jkun tneħħielhom il-għadam, ikunu ġew irrifjutati skond l-ewwel vers inċiż, bil-prezz jiġi miżjud b’20 %. KAPITOLU III KONTROLLI FUQ IL-PRODOTTI U N-NOTIFIKI. Artikolu 30 Ħażna tal-prodotti u l-kontrolli fuqhom 1. L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jiżguraw illi l-laħam kopert b’dan ir-Regolament ikun hekk imqiegħed u maħżun illi jkun aċċessibbli faċilment u skond id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 8(1) u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 26. 2. It-temperatura tal-ħażna ma tistax togħla iżjed minn - 17 °C. 3. L-Istati Membri għandhom jiħedu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-priservazzjoni sodisfaċenti, f’dak li jirrigwarda l-kwalità u kwantità, tal-prodotti maħżuna u għandhom ibiddlu l-imballaġġ bil-ħsara minnufih. Għandhom jipprovdu kopertura kontra r-riskji rilevanti b’assigurazzjoni fil-għamla ta’ obbligu kuntrattwali fuq dawk li jieħdu ħsieb il-ħażna jew kopertura komprensiva fuq ir-responsabbiltà miġrura mill-aġenzija ta’ l-intervent; l-Istati Membri jistgħu ukoll jaġixxu bhala assikuraturi tagħhom infushom. 4. Matul il-ħażna, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli regolari fuq kwantitajiet sinifikanti tal-prodotti maħżuna wara l-assenjazzjonijiet tas-sejħiet għall-offerti magħmula matul ix-xahar. Matul dawn il-kontrolli, kull prodott misjub li ma jħarisx il-ħtiġiet kif stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jiġi rrifjutat u mmarkat bhala ta hekk. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-penalitajiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, jekk ikun meħtieġ, jirkupraw il-ħlasijiet mill-partijiet responsabbli. Dawn il-kontrolli għandhom jitmexxew minn uffiċjali li ma jirċevux ordnijiet mid-dipartiment li jixtri l-laħam għall-ħażna. 5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa rigward it-traċċjabbiltà u l-ħażna sabiex jgħinu lill-prodotti maħżuna li jitneħħew mill-ħażna u jiġu sossegwentement disponuti minnhom b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun, fil-waqt li tingħata kunsiderazzjoni b’mod partikolari lil kull ħtieġa li jkollha x’taqsam ma’ l-istat tas-saħħa veterinarja tal-bhejjem fil-kwistjoni. Artikolu 31 Notifiki 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kull bidla fil-lista taċ-ċentri ta’ l-intervent u, meta possibbli, bil-kapaċità tagħhom tal-friżar u l-ħażna. 2. Fi żmien għaxart ijiem kalendarji mit-tlestija ta’ kull perjodu tat-teħid taħt kontroll, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni permezz tat-telex jew tal-fax bil-kwantitajiet ikkunsinnati u aċċettati għall-intervent. 3. Sa mhux iżjed tard mill-21 jum ta’ kull xahar, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni rigward ix-xahar ta’ qabel bi: (a) il-kwantitajiet mixtrija għall-ħażna f’kull ġimgħa u f’kull xahar, imqassma skond il-prodott u l-kwalità u skond l-iskala Komunitarja għall-klassifika tal-karkassi stabbilità bir-Regolament (KEE) Nru 1208/81; (b) il-kwantitajiet ta’ kull prodott mingħajr għadam jew bil-għadam kopert b’kuntratti tal-bejgħ konklużi fix-xahar interessat; (c) il-kwantitajiet ta’ kull prodott mingħajr għadam jew bil-għadam kopert bl-ordnijiet ta’ l-irtirar jew b’dokumenti simili maħruġa fix-xahar interessat; (d) il-ħażniet li jkun għadhom mhux impenjati u l-ħażniet fiżiċi ta’ kull prodott bil-għadma fit-tmiem tax-xahar interessat, flimkien mad-dettalji dwar it-tul taż-żmien li fih il-ħażniet mhux impenjati kienu fil-ħażna. 4. Sa mhux iżjed tard mit-tmiem ta’ kull xahar, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni rigward ix-xahar ta’ qabel bi: (a) il-kwantitajiet ta’ kull prodott mingħajr għadma miksub mill-laħam taċ-ċanga bil-għadma mixtrija matul ix-xahar interessat; (b) il-ħażniet mhux impenjati u l-ħażniet fiżiċi ta’ kull prodott bil-għadam imneħħi fi tmiem ix-xahar interessat, flimkien mad-dettalji dwar it-tul ta’ żmien li fih il-ħażniet mhux impenjatużi kienu fil-ħażna. 5. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu: (a) "ħażniet mhux impenjati" ifissru l-ħażniet li jkunu għadhom mhumiex koperti b’kuntratt tal-bejgħ; (b) "ħażniet fiżiċi" ifissru l-ħażniet mhux impenjati flimkien mal-ħażniet koperti b’kuntratt tal-bejgħ imma li jkunu għadom ma tteħdux taħt kontroll. KAPITOLU IV DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI Artikolu 32 Perjodu taż-żmien ta’ l-applikazzjoni Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2002 rigward ix-xiri għall-ħażna b’sejħa għall-offerti kif riferit fl-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. Artikolu 33 Ftuħ u sospensjoni tax-xiri għall-ħażna b’sejħa għall-offerti 1. Sabiex jiġi żgurat illi jiġu mwettqa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47(3) sa (7) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 għall-kwalitajiet varji jew għall-gruppi tal-kwalitajiet, il-prezzijiet medji tas-suq għandhom jiġu rreġistrati skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 295/96. 2. Fejn jinteressa grupp tal-kwalitajiet, il-prezz medju tas-suq komunitarju għandu jiġi kkalkolat skond l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 295/96. Il-prezz medju tas-suq jew il-prezz ta’ l-intervent fi Stat Membru jew f’reġjun ta’ Stat Membru għandhom ikunu l-medju tal-prezzijiet tas-suq jew ta’ l-intervent għal kull waħda minn dawn il-kwalitajiet, imqassma skond il-proporzjon li kull wieħed minnhom jirrapreżenta fi-total tal-qtil f’dan l-Istat Membru jew f’dan ir-reġjun. Il-prezz medju Komunitarju ta’ l-intervent għandu jkun il-medju tal-prezzijiet tal-intervent għal kull wieħed minn dawn il-kwalitajiet, imqassam skond il-proporzjon li kull wieħed minnhom jirrappreżenta fit-total Komunitarju tal-qtil. Il-prezzijiet tas-suq imsemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandhom jiġu kkalkolati għall-kwalitajiet eliġibbli għall-intervent, ikkonvertiti għall-kwalità R3 bl-użu tal-koeffiċjenti ddikjarati fl-Anness I. 3. Il-ftuħ, is-sospenzjoni u il-ftuħ mill-ġdid tax-xiri għall-ħażna għandhom jiġu deċiżi fuq il-bażi taż-żewġ prezzijiet tas-suq l-iżjed riċenti irreġistrati fl-Istati Membri, jew fir-reġjunijiet ta’ l-Istati Membri, għajr għas-sospenzjoni tal-miżura pprovvduta fl-Artikolu 47(5) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 fejn ikun biżżejjed l-aħħar prezz irreġistrat ta’ kull ġimgħa. Artikolu 34 Kondizzjonijiet li jridu jintlaħqu għall-offerti Bi tweġiba għas-sejħiet għall-offerti, il-partijiet interessati għandhom jissottomettu l-offerta tagħhom lill-aġenziji ta’ l-intervent ta’ l-Istati Membri fejn kienu maħruġa, jew billi tiġi ddepożitata offerta bil-miktub u bl-irċevuta tagħha jew b’kull mezz ieħor ta’ komunikazzjoni bil-miktub aċċettati mill-aġenżija ta’ l-intervent, u bill-għoti ta’ rċevuta. Is-sottomissjoni l-offerti tista’ tkun bla ħsara għall-kuntratti bil-kondizzjonijiet stabbiliti mill-aġenziji ta’ l-intervent u skond l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom. Għandhom jiġu ssottomessi offerti separati għal kull wieħed mit-tipi tas-sejħa għall-offerti. Artikolu 35 Garanziji Iż-żamma ta’ l-offerti wara t-temma tal-perjodu ta-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-offerti u l-kunsinna tal-prodotti fil-maħżen innominat mill-aġenzija ta’ l-intervent fil-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 16(2) għandha tikkostitwixxi l-ħtiġiet primarji, li t-twettiq tagħhom għandu jiġi żgurat billi tiġi ddepożitata garanzija ta’ 36 Ewro 36 għal kull 100 kg. Il-garanziji għandhom jiġu ddepożitati għand l-aġenzija ta’ l-intervent fl-Istat Membru li fih l-offerta tiġi ssottomessa. Artikolu 36 Prezz massimu tax-xiri għall-ħażna Fil-każ tas-sejħiet għall-offerti skond l-Artikolu 47(3) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, l-offerti m’għandhomx jiġu kkunsidrati jekk il-prezz ikkwotat ikun ogħla mill-prezz medju tas-suq irreġistrat fi Stat Membru jew fir-reġjuni ta’ stat Membru skond il-kwalità, kkonvertita fil-kwalità R3 bl-użu ta’ koeffiċjenti stabbiliti fl-Anness I, flimkien ma 10 Ewro 10 għall kull 100kg ta’ piż tal-karkassa. Madankollu, fil-każ ta’ Stati Membri jew reġjuni ta’ Stat Membru li jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47(5) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, l-ammont miżjud għandu jkun ta’ 6 Ewro għal kull 100 kg. KAPITOLU V DISPOSIZZJONIJIET FINALI Artikolu 37 Revoka 1. Ir-Regolament (KEE) Nru 2456/93 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ April 2000. Madankollu, għandu jissokta japplika għall-proċeduri ta’ l-offerti li jkunu nfetħu qabel din id-data. Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jiġu interpretati bhala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b’konnessjoni ma’ l-iskeda tal-korrelazzjoni fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament. 2. Ir-Regolament (KEE) Nru 1627/89 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 2002. Artikolu 38 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mill-ewwel sejħa għall-offerti ta’ April tal-2000, għajr għall-Artikolu 3, l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 14(1) li għandhom jibdew japplikaw biss mill-1 ta’ Lulju 2002. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Marzu 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21. [2] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24. [3] ĠU L 210, tat-28.7.1998, p. 17. [4] ĠU L 225, ta’ l-4.9.1993, p. 4. [5] ĠU L 288, tas-27.10.1998, p. 3. [6] ĠU L 159, tal-10.6.1989, p. 36. [7] ĠU L 5, tat-8.1.2000, p. 34. [8] ĠU L 39, tas-17.2.1996, p. 1. [9] ĠU L 123, tas-7.5.1981, p. 3. [10] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. [11] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. [12] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5. [13] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 3. [14] ĠU L 41, ta’ l-14.2.1991, p. 15. -------------------------------------------------- ANNESS I 0,914 Il-Koeffiċjenti tal-konverżjoni | Il-Kwalitajiet | Il-Koeffiċjenti | U2 | 1,058 | U3 | 1,044 | U4 | 1,015 | R2 | 1,015 | R3 | 1,000 | R4 | 0,971 | O2 | 0,956 | O3 | 0,942 | O4 | -------------------------------------------------- ANEXO II –BILAG II –ANHANG II –ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ II –ANNEX II –ANNEXE II –ALLEGATO II –BIJLAGE II –ANEXO II –LIITE II –BILAGA II Productos admisibles para la intervención –Produkter, der er kvalificeret til intervention –Interventionsfähige Erzeugnisse –Προϊόντα επιλέξιμα για την παρέμβαση –Products eligible for intervention –Produits éligibles à l’intervention –Prodotti ammissibili all’intervento –Producten die voor interventie in aanmerking komen –Produtos elegíveis para a intervenção –Interventiokelpoiset tuotteet –Produkter som kan bli föremål för intervention BELGIQUE/BELGIË Carcasses, demi-carcasses:Hele dieren, halve dieren: - Catégorie A, classe U2/ - Categorie A, klasse U2 - Catégorie A, classe U3/ - Catégorie A, klasse U3 - Catégorie A, classe R2/ - Catégorie A, klasse R2 - Catégorie A, classe R3/ - Categorie A, klasse R3 DANMARK Hele og halve kroppe: - Kategori A, klasse R2 - Kategori A, klasse R3 DEUTSCHLAND Ganze oder halbe Tierkörper: - Kategorie A, Klasse U2 - Kategorie A, Klasse U3 - Kategorie A, Klasse R2 - Kategorie A, Klasse R3 ΕΛΛΑΔΑ Ολόκληρα ή μισά σφάγια - Κατηγορία Α, κλάση R2 - Κατηγορία Α, κλάση R3 ESPAÑA Canales o semicanales: - Categoría A, clase U2 - Categoría A, clase U3 - Categoría A, clase R2 - Categoría A, clase R3 FRANCE Carcasses, demi-carcasses: - Catégorie A, classe U2 - Catégorie A, classe U3 - Catégorie A, classe R2 - Catégorie A, classe R3 - Catégorie C, classe U2 - Catégorie C, classe U3 - Catégorie C, classe U4 - Catégorie C, classe R3 - Catégorie C, classe R4 - Catégorie C, classe O3 ÍRELAND Carcases, half-carcases: - Category C, class U3 - Category C, class U4 - Category C, class R3 - Category C, class R4 - Category C, class O3 ITALIA Carcasse e mezzene: - Categoria A, classe U2 - Categoria A, classe U3 - Categoria A, classe R2 - Categoria A, classe R3 LUXEMBOURG Carcasses, demi-carcasses: - Catégorie A, classe R2 - Catégorie C, classe R3 - Catégorie C, classe O3 NEDERLAND Hele dieren, halve dieren: - Categorie A, klasse R2 - Categorie A, klasse R3 ÖSTERREICH Ganze oder halbe Tierkörper: - Kategorie A, Klasse U2 - Kategorie A, Klasse U3 - Kategorie A, Klasse R2 - Kategorie A, Klasse R3 PORTUGAL Carcaças ou meias-carcaças - Categoria A, classe U2 - Categoria A, classe U3 - Categoria A, classe R2 - Categoria A, classe R3 FINLAND Carcasses, half-carcasses: - Category A, class R2 - Category A, class R3 SWEDEN Carcasses, half-carcasses: - Category A, class R2 - Category A, class R3 UNITED KINGDOM I. Great Britain Carcasses, half-carcasses: - Category C, class U3 - Category C, class U4 - Category C, class R3 - Category C, class R4 II. Northern Ireland Carcases, half-carcases: - Category C, class U3 - Category C, class U4 - Category C, class R3 - Category C, class R4 - Category C, class O3 -------------------------------------------------- ANNESS III Disposizzjonijiet li japplikaw għall-karkassi, għan-nofs karkassi u għall-kwarti 1. Il-karkassi u nofs karkassi, friski jew imkessħa (Kodiċi tan-NM bin-numru 0201), tal-bhejjem maqtula mhux iżjed minn sitt ijiem u mhux anqas minn jumejn qabel. 2. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) karkassa: il-ġisem kollu tal-bhima maqtula mdendla mill-ġanċ tal-biċċerija min-nerv tax-xikel ta’ l-ispalla wara t-tneħħtija tad-demm, it-tneħħija ta’ l-imsaren u t-tqaxxir tal-ġilda, ppreżentat: - mingħajr ir-ras u mingħajr is-saqajn; ir-ras trid tkun separata mill-karkassa mill-ġog atlojdo-oċċipitali u s-saqajn għandhom jiġu maqtugħa mill-ġogi karpometakarpali u tarsometatarsali, - mingħajr l-organi li jinstabu fil-vojt toraċiku u’ abdominali, u mingħajr il-kliewi, ix-xaħam tal-kliewi u x-xaħam pelviku, - mingħajr l-organi sesswali u l-muskoli mwaħħlin magħhom, - mingħajr il-falda l-irqieqa u l-falda l-ħoxna, - mingħajr id-denb u l-ewwel għadma tal-koċċide, - mingħajr in-nerv il-qawwi lijgħaddi minn ġos-sinsla, - mingħajr ix-xaħam tas-sakku u mingħajr ix-xaħam tal-laħam tal-falda li jmiss miegħut, - mingħajr il-linea alba faxxjali tal-muskolu abdominali, - mingħajr ix-xaħam fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-għolja tal-koxxa, - mingħajr il-vina ġugulari u x-xaħam li jmiss magħha, - bil-għonq maqtugħ skond il-ħtoġiet veterinarji, mingħajr it-tneħħija tal-muskolu tal-għonq, - ix-xaħam tal-brisketta ma jridxgħandux ikun eħxejn minn 1ċm; (b) nofs karkassa: il-prodott miksub mis-separazzjoni tal-karakssa kif riferit fil-(a) b’mod simetriku min-nofs tal-għadam ċervikali, dorsali, lumbari u sakrali u min-nofs ta’ l-isternum u s-simfisi iskjopubliku. Matul il-proċessar tal-karkassi, il-għadam dorsali u lumbari ma jidux ikunu żlogati b’mod gravi; il-muskoli u nervaturi assoċjati ma jridu juru l-ebda ħsara mis-srieraq jew is-skieken; (c) kwarti ta’ quddiem: - maqtugħin mill-karkassa wara li tkun birdet, - qatgħa dritta ta’ ħames kustilji; (d) kwarti ta’ wara: - maqtugħin mill-karkassa wara li tkun birdet, - qatgħa dritta ta’ tmien kustilji. 3. Il-prodotti speċifikati fil-punti 1 u 2 jridu jiġu minn karkassi li jkun tneħħielhom demmhom sewwa, ta’ bhima li tkun ġiet misluħa kif jixraq, bil-wiċċ tal-karkassa ma jidhrulu l-ebda qxur, jew ikun imtebba’ jew imbenġel; ix-xaħam tal-wiċċ ma jridx ikun imtqatta’ jew imneħħi f’ebda livell sinifikanti. Il-plewra tridx tkun mingħajr ħsara għajr sabiex tiffaċilita d-dendil. Il-karkassi ma jridu ikunu mħammġa bl-ebda kawża ta’ tinġiż, b’mod partikolari bil-ħmieġ ta’ l-imsaren jew tbajja’ sinifikanti tad-demm. 4. Il-prodotti speċifikati fil-punt 2(ċ) u (d) iridu jiġu minn karkassi jew nofs karkassi li jissodisfaw il-ħtiġiet fil-punt 2(a) u (b). 5. Il-prodotti kif speċifikati fil-punti 1 u 2 iridu jiġu mkessħa minnufih wara l-qatla u għal mill-inqas 48 siegħa sabiex it-temperatura interna fl-aħħar tal-perjodu taż-żmien tat-tkessiħ ma taqbiżx il- + 7 °C. Din it-temperatura għandha tinżamm sakemm dawn jiġu meħuda taħt kontroll. -------------------------------------------------- ANNESS IV Il-koeffiċjenti riferiti fl-Artikolu 14(3) Il-Formola A Il-Koeffiċjent n = Fejn: a = il-medju tal-prezzijiet medji tas-suq irreġistrat fl-Istat Membru jew tar-reġjun tiegħu fil-kwistjoni għall-ġimgħatejn jew it-tliet ġimgħat li jiġu wara dik tad-deċiżjoni dwar l-assenjazzjoni ta’ l-offerta, b = il-prezz medju rreġistrat fl-Istat Membru jew fir-reġjun tiegħu fil-kwistjoni, kif riferit fl-Artikolu 14(1), li japplika għas-sejħa għall-offerti interessata. Il-Formola B Il-Koeffiċjent n’ = Fejn: a’ = il-medju tal-prezzijiet tax-xiri imħallas minn min jitfa’ l-offerta għall-bhejjem ta’ l-istess kwalità u kategorija bħal dawk li jkunu ġew ikkunsidrati għall-kalkolu tal-prezz medju tas-suq matul il-ġimgħatejn jew it-tliet ġimgħat wara dik li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni ta’ l-assenjazzjoni ta’ l-offerta, b’ = il-medju tal-prezzijiet tax-xiri mħallsa minn min ikun tefa’ l-offerti għall-bhejjem li jkunu ġew ikkunsidrati għall-kalkolu tal-prezz medju tas-suq matul il-ġimgħatejn użati sabiex jiġi stabbilit il-prezz medju tas-suq li japplika għas-sejħa għall-offerti interessata. -------------------------------------------------- ANNESS V Speċifikazzjonijiet għat-tneħħija tal-għadam għall-intervent 1. IL-QATGĦAT MILL-PARTI TA’ WARA 1.2. Deskrizzjoni tal-qatgħat 1.2.1. Ix-xikel ta’ l-ispalla għall-intervent (il-kodiċi INT bin-numru 11) It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: neħħi b’qasma li tgħaddi mill-ġog tar-riġel u tissepara mill-għolja tal-koxxa u l-kustilja tal-flett billi ssegwi l-qasma naturali, u tħalli l-muskolu tal-għarqub mqabbad max-xikel ta’ l-ispalla. Neħħi l-għadam tax-xikel ta’ l-ispalla (it-tibja u l-għakża bejn id-difer u l-għakża tas-sieq fir-riġel warrani tal-bhima). It-tneħħija tax-xtur: ttneħħi t-truf tal-għeruq lura sal-laħam. It-tgeżwir u l-ippakkjar: dawn il-qatgħat iridu jiġu mgeżwra individwalment fil-politilene qabel ma jiġu ppakkjati fil-kaxex tal-kartun infurrati bil-politilene. 1.2.2. Il-ġenb l-oħxon għall-intervent (il-kodiċi INT bin-numru 12) It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: issepara mill-għolja tal-koxxa b’qasma dritta ‘l isfel sa u tul il-linja tal-femore u mill-kustilja tal-flett billi tissokta taqta’ l-isfel matul il-linja tal-qasma naturali. Il-kappell għandu jitħalla mwaħħal b’mod naturali. It-tneħħija tax-xtur: neħħi l-galletta ta’ l-irkoppa, il-kapsula tal-ġog u l-għerq. Il-kisja tax-xaħam fuq barra ma jrid jaqbeż fl-ebda post il-1ċm. It-tgeżwir u l-pakkjar: dawn il-qatgħat iridu jiġu imgeżwra individwalment fil-politilene qabel ma jiġu ppakkjati f’kaxex tal-kartun infurrati bil-politilene. 1.2.3. Il-għolja tal-koxxa għall-intervent (il-kodiċi INT bin-numru 13) It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: issepara mill-kustilja tal-flett u mix-xikel ta’ l-ispalla b’qasma li ssegwi l-linja naturali tal-qasma u aqla mill-femore. Neħħi l-għadma tal-koxxa warranija mad-denb. It-tjeħħija tax-xtur: neħħi t-tarf ta’ wara l-organu ġenitali, il-kartilaġni li jmiss miegħu u l-glandola ta’ l-iskrotu (l-ingwinal superfiċjali). Neħħi l-qarquċa u t-tessuti konnettivi li assoċjati mal-għadma pelvika. Il-kisja tax-xaħam fuq barra ma għandha fl’ebda post taqbeż il-1ċm. It-tgeżwir u l-pakkjar: dawn il qatgħat iridu jiġu mgeżwra individwalment fil-politilene u qabel ma jiġu ppakkjati f’kaxex tal-kartun infurrati bil-politilene. 1.2.4. Il-kustilja tal-flett (il-kondiċi INT bin-numru 14) għall-intervent It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: issepara mill-għolja tal-koxxa u mix-xikel ta’ l-ispalla b’qasma li ssegwi il-linja naturali tal-qasma. Neħħi l-femore. It-tneħħija tax-xtur: neħħi l-qarquċa t-tqila tali tmiss mai-ġog tal-għadma, il-għoqda limfatika popiteali, ix-xaħam ta’ magħha u n-nerv. Il-kisja tax-xaħam fuq in-naħa ta’ barra ma għandu fl-ebda punt post jaqbeż il-1ċm. It-tgeżwir u l-pakkjar: dawn il-qatgħat iridu jiġu mgeżwra individwalment fil-politilene qabel ma jiġu ppakkjati f’kaxex tal-kartun infurrati bil-politilene. 1.2.5. Il-flett (il-kodiċi INT bin-numru 15) għall-intervent It-tqattigħ: neħħi t-tul kollhu tal-flett billi tħoll r-ras (il-butt end) mill-għadma tal-ġenbejn (l-ilium) u billi timxi matul il-flett li jmiss mal-għadam, biex b’hekk teħles il-flett mill-ġenbejn. It-tneħħija tax-xtur: neħħi l-glandola u neħħi x-xaħam. Ħalli s-silverskin u l-muskolu tal-katużina intatti u mqabbda għal kollox. Għandha tingħata attenzjoni speċjali fit-tqattigħ, fit-tneħħija tax-xtur u fil-pakkjar ta’ din il-qatgħa ta’ valur. It-tgeżwir u l-ippakkjar: il-flettijiet iridu jiġu ppakjati bir-reqqa għat-tul tagħhom, bit-truf l-irqaq mat-truf il-ħoxnin alternattivament, bis-silverskin ‘il fuq, u ja jridux jiġu mitwija. Dawn il-qatgħat iridu jiġu mgeżwra individwalment fil-politilene qabel ma jiġu ppakkjati f’kaxex tal-kartun infurrati bil-politilene. 1.2.6. Il-parti maġenb id-denb (il-kodiċi INT bin-numru 16) għall-intervent It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: issepara minn mas-silverside/il-ġenb oħxon b’qatgħa dritta minn punt ta’ bejn wieħed u ieħor 5ċm mit-tarf ta’ wara tal-ħames għadma ta’ l-ossu sagru, billi tgħaddi minn bejn wieħed u ieħor 5 ċm mit-tarf ta’ quddiem tal-għadma tal-koxxa warranija tad-denb, filwaqt li toqgħod attent li ma taqtax il-ġenb l-oħxon. Issepara mill-ġenbejn b’qatgħa bejn l-aħħar għadma lumbari u l-ewwel għadma sakrali, billi teħles it-tarf ta’ quddiem tal-għadma pelvika. Neħħi l-għadam u il-qarquċa. It-tneħħija tax-xtur: neħħi r-roqgħa tax-xaħam fuq in-naħa ta’ ġewwa taħt il-muskolu tal-għajn. Il-kisja tax-xaħam fuq barra ma għandha fl’ebda post jaqbeż il-1ċm. Għandha tingħata attenzjoni speċjali waqt it-tqattigħ, it-tneħħija tax-xtur u l-pakkjar ta’ din il-qatgħa ta’ valur. It-tgeżwir u l-ippakkjar: dawn il-qatgħat iridu jiġu mgeżwra individwalment fil-politilene qabel ma jiġu ppakkjati f’kaxex tal-kartun infurrati bil-politilene. 1.2.7. Il-lonza (il-kodiċi INT bin-numru 17) għall-intervent It-tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara min-naħa ta’ maġenb id-denb b’qatgħa dritta bejn il-għadam tal-ġenb ta’ l-aħħar għadma lumbari u l-ewwel għadsma sakrali. Issepara mill-kustilja ta’ quddiem (ta’ ħames għadmiet) b’qatgħa dritta bejn il-ħdax u l-għaxar kustilji. Neħħi għal kollox il-għadmit tas-sinsla. Neħħi l-kustilji u il-feather bones permezz ta’ sheeting out. It-tneħħija tax-xtur: neħħi kull speċi ta’ qarquċa li jkun baqa wara li jkun tneħħa l-għadam. L-għerq għandu jitneħħa. Il-kisi ta’ grass estern ma għandu fl’ebda punt jeċċedi 1ċm. Għandha tittieħed kura speċjali fit-tqattigħ, it-tneħħija tax-xtur u l-ippakkjar ta’ din il-qatgħa ta’ valur. Tgeżwir u ippakkjar: dawn il-qatgħat għandhom jiġu mgeżwra individwalment fil-politilena qabel ma jiġu ppakkjati f’kaxex tal-kartun infurrati bil politilena. 1.2.8. Intervent tal-ġenb (kodiċi INT 18) Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: neħħi l-ġenb kollu minn mat-tmien kustilja maqtugħa dritta tal-kwart ta’ wara b’qatgħa mill-punt fejn il-ġenb ikun ġie mitfuħ lura, billi segwi l-linja naturali l-isfel madwar il-wiċċ tal-muskoli ta’ wara sa punt li hu orizzontali għan-nofs ta’ l-aħħar vertebra tal-ġenb. Kompli aqta’ l-isfel f’linja dritta parallela mal-fillit, tul it-tlettax u is-sitt kulstilja t-tnejn inklużi matul linja li tgħaddi parallellament mat-tarf dorsali tal-kolonna vertebrali, sabiex il-qatgħa l-isfel kollha ma’ tkunx iżjed minn 5cm mill-ponta laterali tal-muskolu tal-għajn. Neħħi l-għadam u il-qarquċa kollha permezz ta’ sheeting out. Il-ġemb kollu għandu jibqa f’biċċa waħda. Tneħħija tax-xtur: neħħi t-tessuti konnettivi l-ħorox li jgħattu l-goose skirt, filwaqt li tħalli l-goose skirt intatt. Ittrimmja x-xaħam sabiex il-persentaġġ totalli tal-grass (estern u interstizjali) li jidher ma jeċċedix it-30 %. Tgeżwir u ippakkjar: il-ġemb kollu jista’ jiġi mitwi darba għall-ippakkjar biss. Ma għandux jiġi maqtugħ jew irrumblat. Meta ppakkjati, il-parti ta’ ġewwa u il-goose skirt għandhom ikunu jidhru sew. Qabel l-ippakkjar kull kaxxa għandha tiġi nfurrata bil-politlena sabiex ikunu jistgħu jitgeżwru kompletament il-qatgħat. 1.2.9. Intervent tal-kustilja ta’ quddiem (ħames għadmiet) (kodiċi INT 19) Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: din il-qatgħa għandha tiġi sseparata minn mal-lonza b’qatgħa dritta bejn il-ħdax u l-għaxar kustilja u għandha tinkludi is-sitt u l-għaxar kustilji t-tnejn inklużi. Neħħi l-muskoli ta’ bejn il-kustilji u il-plewra f’folja irqieqa mal-għadam tal-kustilji. Neħħi s-sinsla u l-qarquċa, inkluż it-tarf tal-ikapula. Tneħħija tax-xtur: neħħi l-backstrap (ligamentum nuchae). Il-kisi ta’ grass estern ma għandu fl’ebda punt jeċċedi 1cm. Il-kappell għandu jitħalla mqabbad. Tgeżwir u ppakkjar: dawn il-qatgħat għandhom jiġu mgeżwra individwalment fil-politilena qabel ma jiġu ppakkjati f’kaxex tal-kartun infurrati bil politilena. 2. QATGĦAT TAL-KWART TA’ QUDDIEM 2.1. Deskrizzjoni tal-qatgħat 2.1.1. Intervent tal-qasba tas-sieq (kodiċi INT 21) Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: neħħi b’qatgħa madwar il-ġog li jissepara l-qasba tas-sieq (radius) u il-clod-bone (humerus). Neħħi l-qasba tas-sieq (radius). Tneħħija tax-xtur: ittrimmja t-truf tal-għeruq lura sal-laħam. Tgeżwir u ppakkjar: dawn il-qatgħat għandhom jiġu mgeżwra individwalment fil-politilena qabel ma jiġu ppakkjati f’kaxex tal-kartun infurrati bil politilena. Il-qasbiet tas-sieq m’għandhomx jiġu ppakkjati mal-ixkla ta’ l-ispalel. 2.1.2. Intervent tal-ispalla (kodiċi INT 22) Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara l-ispalla minn mal-kwart ta’ quddiem billi taqta linja li ssegwi l-linja naturali madwar it-tarf tal-ispalla u il-qarquċa u it-tarf tal-iskapula, filwaqt li tkompli taqta madwar il-linja sabiex l-ispalla tiġi merfugħa mill-ħofra naturali tagħha. Neħħi l-iskapula. Il-muskolu tal-ġewnaħ taħt l-iskapula għandu jiġi mitfugħ lura iżda imħolli mqabbad sabiex tkun tista’ ssir tneħħija totali tal-għadma. Neħħi l-clod-bone (humerus). Tneħħija tax-xtur: neħħi l-qarquċa, in-nervaturi u il-kapsuli tal-ġogi. Ittrimmja x-xaħam sabiex il-persentaġġ totalli tax-xaħam (estern u interstizjali) li jidher ma jeċċedix l-10 %. Tgeżwir u ppakkjar: dawn il-qatgħat għandhom jiġu mgeżwra individwalment fil-politilena qabel ma jiġu ppakkjati f’kaxex tal-kartun infurrati bil politilena. 2.1.3. Intervent tal-laħam tas-sider (codiċi INT 23) Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara mill-kwart ta’ quddiem billi taqta linja dritta perpendikolari man-nofs ta’ l-ewwel kustilja. Neħħi l-muskoli ta’ bejn il-kustilji permezz ta’ "sheeting out", bil-kustilji, l-għadma tas-sider u l-qarquċa. Id-deckle għandu jitħalla mwaħħal mal-laħam tas-sider. Ix-xaħam ta’ taħt id-deckle u l-isternu għandu jitneħħa. Tneħħija tax-xtur: ittrimmja x-xaħam sabiex il-persentaġġ totali tal-grass (estern u interstizjali) li jidher ma jeċċedix it-30 %. Tgeżwir u ippakkjar: kull qatgħa għandha tiġi imgeżwra individwalment fil-politilena u ppakkjata fil-kartun infurrat bil-politilena sabiex il-qatgħat ikunu jistgħu jitgeżwru kompletament. 2.1.4. Intervent tal-kwart ta’ quddiem (kodiċi INT 24) Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: il-qatgħa li tibqa wara t-tneħħija tal-laħam tas-sider, tal-ispalla u tal-qasba tas-sieq hi kklassifikata bhala kwart ta’ quddiem. Neħħi l-għadam tal-kustilji permezz ta’ sheeting out. L-għadam tal-għonq għandhom jitneħħew b’mod komplet. Iċ-chain muscle għandu jitħalla mqabbad ma’ din il-qatgħa. Tneħħija tax-xtur: nervaturi, kapsuli tal-ġogi u l-qarquċa għandhom jitneħħew. Ittrimmja l-grass sabiex il-persentaġġ totali tal-grass (estern u interstizjali) li jidher ma jeċċedix l-10 %. Tgeżwir u ppakkjar: dawn il-qatgħat għandhom jiġu mgeżwra individwalment fil-politilena qabel ma jiġu ppakkjati f’kaxex tal-kartun infurrati bil politilena. -------------------------------------------------- ANEXO VI —BILAG VI —ANHANG VI —ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ VI —ANNEX VI —ANNEXE VI —ALLEGATO VI —BIJLAGE VI —ANEXO VI —LIITE VI —BILAGA VI Direcciones de los organismos de intervención —Interventionsorganernes addresser —Anschriften der Interventionsstellen —Διευθύνσsεις του οργανισμού παρέμβασης —Addresses of the intervention agencies —Adresses des organismes d’intervention —Indirizzi degli organismi d’intervento —Adressen van de interventiebureaus —Endereços dos organismos de intervenção —Interventieoelinten osoitteet —Interventionsorganens addresser Belgique/België Bureau d’intervention et de restitution belge Rue de Trèves 82 B-1040 Bruxelles Belgisch Interventie- en Restitutiebureau Trierstraat 82 B-1040; telex BIRB BRUB 24076/65567 Brussel Tel. (32-2) 287 24 11; telex BIRB BRUB 24076/65567; fax (32-2) 230 25 33/280 03 07 Danmark Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri EU-Direktoratet Kampmannsgade 3 DK-1780; telex 151317 DK København V tlf. (45) 33 92 70 00; telex 151317 DK; fax (45) 33 92 69 48, (45) 33 92 69 23 Bundesrepublik Deutschland Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung (BLE) Postfach 180203, D-60083 Frankfurt am Main Adickesallee 40, D-60322 Frankfurt am Main Tel. (49) 69 15 64-704/705; Telex 411727; Telefax (49) 69 15 64-790/985 Ελλάδα ΔΙΔΑΓΕΠ Αχαρών 241 GR-10176 Αθήνα,Τηλ. (01) 86 56 439, τέλεξ 221735, φαξ: 86 70 503 España FEGA (Fondo Español de Garantía Agraria) Beneficencia 8 E-28005; télex: FEGA 23427 E Madrid Tel.: (34) 913 47 65 00, 913 47 63 10; télex: FEGA 23427 E; fax (34) 915 21 98 32, 915 22 43 87 France Ofival 80, avenue des Terroirs-de-France F-75607 Paris Cedex 12 Tél.: (33-1) 44 68 50 00; télex: 215330; télécopieur: (33-1) 44 68 52 33 Ireland Department of Agriculture and Food (Mezogazdasági és Élelmezésügyi Minisztérium) Johnston Castle Estate Country Wexford Ireland Tel. (353-53) 634 00; fax (353-53) 428 42 Italia AGEA (Agenzia per le erogazioni in agricoltura) Via Palestro, 81 I-00185; telex 61 30 03 Roma Tel. 49 49 91; telex 61 30 03; fax 445 39 40/445 19 58 Lussemburgu Service d’économie rurale, section "cheptel et viande" 113-115, rue de Hollerich L-1741; télex: 2537 Lussemburgu Tél.: (352) 478/44; télex: 2537 Nederland Ministerie van Landbouw, Natuurbeheer en Visserij Laser Regio Zuidoost Slachthuisstraat 71 Postbus 965 6040 AZ Roermond Nederland Tel. (31-475) 35 54 44; fax (31-475) 31 89 39 Österreich AMA Agrarmarkt Austria Dresdner Straße 70 A-1201; Telefax (431) 33 15 12 97 Wien Tel. (431) 33 15 12 20; Telefax (431) 33 15 12 97 Portugal INGA — Instituto Nacional de Intervenção e Garantia Agrícola Rua Fernando Curado Ribeiro, n.o 4 6.o E P-1600; fax (351) 217 51 86 15 Lisboa Tel.: (351) 217 51 85 00; fax (351) 217 51 86 15 Finland Ministry of Agriculture and Forestry (Mezogazdasági és Erdészeti Minisztérium) Intervention Unit (Intervenciós Egység) PL 232 (Kluuvikatu 4A)00171 Helsinki Finnország P. 358-9 16 01; F. 358-9 16 09760 Sweden Statens Jordbruksverk (Swedish Board of Agriculture) Intervention Division S-551 82; telex 70991 SJV-S Jönköping Tfn (46-36) 15 50 00; telex 70991 SJV-S; fax (46-36) 71 95 11 United Kingdom Intervention Board Executive Agency PO Box 1AW Hampshire Court Newcastle-upon-Tyne NE99 1AW United Kingdom Tel. (44-191) 273 96 96; fax (44-191) 226 18 39 -------------------------------------------------- ANNESS VII Disposizzjonijiet applikabbli għall-kaxex tal-kartun, paliti u gaġeġ I. Kaxex tal-kartun 1. Il-kaxex tal-kartun għandhom ikunu ta’ forma u pis standard u b’saħħitom biż-żejjed biex jirreżistu l-istivar fil-paliti. 2. Il-kaxex tal-kartun użati ma jistgħux juru l-isem tal-biċċerija jew tal-impjant tat-tqattigħ li minnhom ikunu ġejjin il-prodotti. 3. Il-kaxex tal-kartun għandhom jintiżnu individwalment wara li jkunu intlew; kaxex tal-kartun mimlijin b’pis iffissat minn qabel m’humiex awtorizzati. 4. Il-pis nett tal-qatgħat għal kull kaxxa tal-kartun ma jistax jeċċedi 30kg. 5. Dawk il-qatgħat biss ta’ l-istess tip identifikati bl-isem sħiħ tagħhom jew bil-kodiċi tal-Komunità u li jiġu mill-istess kategorija ta’ bhima jistgħu jitqiegħdu fl-istess kaxxa tal-kartun; kaxex tal-kartun ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanzi jikkontjenu biċċiet tal-grass jew bċejjeċ oħra. 6. Il-kaxex tal-kartun għandhom ikollhom is-siġilli li ġejjin: - tikketti tal-aġenzija ta’ l-intervent fiż-żewġ trufijiet, - tikketti ta’ l-ispezzjoni uffiċjali veterinarja fin-nofs ta’ quddiem u ta’ wara, iżda fuq quddiem biss fil-każ ta’ kaxex monobloc. Dawn it-tikketti għandu jkollhom numru tas-serje u għandhom jiġu mwaħħla b’tali mod li dawn jiġu distrutti hekk kif il-kaxxa tal-kartun tinfetaħ. 7. It-tikketti ta’ l-aġenzija ta’ l-intervent għandhom juru n-numru tal-kuntratt, it-tip u in-numru ta’ qatgħat, il-pis nett u d-data tal-ippakkjar; it-tikketti m’għandhomx ikunu inqas minn 20 X 20 cm; it-tikketti tal-ispezzjoni veterinarja għandhom juru n-numru ta’ l-approvazzjoni tal-impjant tat-tqattigħ. 8. In-numri tas-serje fuq it-tikketti imsemmija fil-punt 6 għandhom jiġu rreġistrati fir-rigward ta’ kull kuntratt u għandu jkun possibbli li jiġi pparagunat in-numru tal-kaxex tal-kartun użati u tat-tikketti maħruġa. 9. Il-kaxex tal-kartun għandhom ikun marbuta b’erba’ ċineg, tnejn għat-tul u tnejn għall-wisa ppustjati bejn wieħed u ieħor 10cm minn kull kantuniera. 10. It-tikketti mqattgħin matul l-ispezzjoni għandhom jiġu sostitwiti b’tikketti enumerati skond is-serje, tnejn għal kull kaxxa tal-kartun, maħruġa mill-apenzija ta’ l-intervent lill-awtoritajiet kompetenti. II. Paliti u gaġeġ 1. Kaxex tal-kartun li għandhom x’jaqsmu ma sejħiet għal-offerti differenti u li jkunu jinstabu fihom qatgħat differenti għandhom jiġu maħżuna fuq paliti separati skond is-sejħa għall-offerta jew skond ix-xahar jew il-qatgħa; dawn il-paliti għandhom jiġu identifikati b’tikketti li juru n-numru u is-sejħa għall-offerti, it-tip ta’ qatgħa, il-pis nett tal-prodott, il-pis tare u n-numru ta’ kaxex tal-kartun għal kull qatgħa. 2. Kwarti tal-għadma minn sejħiet għall-offerti diversi għandhom jiġu maħżuna skond is-sejħa għall-offerti jew skond ix-xahar f’gaġeġ separati għall-kwarti ta’ quddiem u għall-kwarti ta’ wara; dawn il-kontenituri għandhom jiġu identifikati b’tikketti li juru n-numru tas-sejħa għall-offerti, in-numru tal-klassifikazzjoni tal-kwarti, maqsuma f’kwarti ta’ quddiem u f’kwarti ta’ wara, il-pis nett tagħhom u il-pis tare. 3. Il-post fejn jinstabu l-paliti u l-gaġeġ għandu jiġu muri fil-maħżen. -------------------------------------------------- ANNESS VIII Prezzijiet individwali ta' qatgħat tal-intervent li jkunu ġew irrifjutati għall-għanijiet ta' l-Artikolu 29(2) (EUR/tonne) | Il-flett għall-intervent | 22 000 | Il-lonza għall-intervent | 14 000 | Il-għolja tal-koxxa għall-intervent Il-parti maġenb id-denb għall-intervent | 10 000 | Il-kustilja tal-flett Il-ġenb l-oħxon għall-intervent Intervent tal-kustilja ta' quddiem (ħames għadmiet) | 8 000 | Intervent ta' l-ispalla Intervent tal-kwart ta' quddiem | 6 000 | Intervent tal-laħam tas-sider Ix-xikel ta' l-ispalla għall-intervent Intervent tal-qasba tas-sieq | 5 000 | Intervent tal-ġenb | 4 000 | -------------------------------------------------- ANNESS IX Skeda ta’ korrelazzjoni Regulation (EEC) No 2456/93 | This Regulation | Artikolu 1 | Artikolu 1 | Artikolu 2 | Artikolu 2 | Artikolu 3 | Artikolu 3 | Artikolu 4 | Artikolu 4 | Artikolu 5 | Artikolu 5 | Artikolu 6 | Artikolu 6 | Artikolu 7 | Artikolu 7 | Artikolu 8 | Artikolu 8 | Artikolu 9 | Artikolu 9 | Artikolu 10 | Artikolu 10 | Artikolu 11 | Artikolu 11 | Artikolu 12 | Artikolu 12 | Artikolu 13 | Artikolu 13 | Artikolu 14 | Artikolu 14 | Artikolu 15 | Artikolu 15 | Artikolu 16 | Artikolu 16 | Artikolu 17 | Artikolu 17 | Artikolu 18 | Artikolu 18 | Artikolu 19 | Artikolu 19 | Artikolu 20 | Artikolu 20 | Artikolu 21 | Artikolu 21 | Artikolu 22 | Artikolu 22 | Artikolu 23 | Artikolu 23 | Artikolu 24 | Artikolu 24 | Artikolu 25 | Artikolu 25 | Artikolu 26 | Artikolu 26 | Artikolu 27 | Artikolu 27 | Artikolu 28 | Artikolu 28 | Artikolu 29 | Artikolu 29 | – | Artikolu 30 | – | Artikolu 31 | – | Artikolu 32 | – | Artikolu 33 | Artikolu 30 | Artikolu 34 | Artikolu 31 | Artikolu 35 | Artikolu 32 | Artikolu 36 | Artikolu 33 | Artikolu 37 | Anness I | – | Anness II | Anness I | Anness III | Anness II | Anness IV | – | Anness V | Anness III | Anness VI | Anness IV | Anness VII | Anness V | Anness VIII | Anness VI | Anness IX | Anness VII | Anness X | Anness IX | Anness XI | Anness VIII | --------------------------------------------------