|
11.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 411/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10454 — Omers/Goldman Sachs/Amedes)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 411/05)
1.
Fit-30 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
OMERS Infrastructure European Holdings 2 B.V. (“OMERS”, in-Netherlands), ikkontrollata minn OMERS Administration Corporation (“OAC”, il-Kanada) |
|
— |
Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerka) |
|
— |
Antin Amedes Holdco GmbH (“Amedes”, il-Ġermanja). |
OMERS and Goldman Sachs jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Amedes kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
OMERS: pjattaforma Ewropea ta’ investiment għall-investimenti fl-infrastruttura mill-OAC, fond tal-pensjoni Kanadiż, li tiġġestixxi portafoll globali diversifikat ta’ stokks u bonds kif ukoll proprjetà immobbli, infrastruttura u investimenti ta’ ekwità privata, |
|
— |
Goldman Sachs: ditta ta’ servizzi bankarji globali għall-investiment, ġestjoni ta’ titoli u tal-investimenti, |
|
— |
Amedes: provvista ta’ servizzi ta’ laboratorju kliniku fil-Ġermanja, il-Belġju u l-Awstrija, kif ukoll servizzi tal-kura tas-saħħa fil-Ġermanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10454 — Omers/Goldman Sachs/Amedes
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).