|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2191 |
29.9.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2191
tat-28 ta’ Settembru 2026
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) u (2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005. |
|
(2) |
Fl-14 ta' Lulju 2026, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-KSNU żied sitt persuni u żewġ entitajiet mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. Erbgħa minn dawk il-persuni u waħda minn dawk l-entitajiet huma diġà elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005. Għalhekk jenħtieġ li jitneħħew mill-Anness Ia u jiġu inklużi fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 1183/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat f'konformità mal-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
|
(2) |
l-Anness Ia huwa emendat f'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1183/oj.
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “a) Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 3(1)”:
|
|
(2) |
l-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “b) Lista ta' entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1)”:
|
ANNESS II
L-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-taqsima “A. Persuni”, jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:
|
|
(2) |
fit-taqsima “B. Entitajiet”, titħassar l-entrata għall-entità li ġejja:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2191/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)