Official Journal L 277 , 03/10/1973 P. 0001 - 0001
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 4 P. 0123
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 4 P. 0123
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2682/73 tal-1 ta’ Ottubru 1973 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija b’konsegwenza ta’ l-Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-Komunità IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu; Wara li kunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni; Billi l-Komunità u t-Turkija stabbilew Protokoll Supplimentari dwar l-aġġustamenti li għandhom isiru fil-Ftehim u b’hekk inħolqot Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija konsegwentement għall-Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-Komunità: Billi, sakemm jidħol fis-seħħ il-Protokoll, hu mixtieq li jiġu implimentati kemm jista’ jkun malajr permezz ta’ Ftehim Temporanju ċerti dispożizzjonijiet ta’ dak il-Protokoll li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, konsegwentement għall-Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-Komunità, flimkien mad-Dikjarazzjonijiet annessi ma’ l-Att Finali, huma hawnhekk konklużi u approvati f’isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim u ta’ l-Att Finali hu anness hawnhekk. Artikolu 2 Fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 13 tal-Ftehim li reġa’ ġie msemmi fl-Artikolu 1 dwar il-Komunità il-President tal-Kunsill għandu jgħarraf lill-Parti Kontraenti l-oħra li l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim ġew mitmuma [1]. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fl-1 ta’ Ottubru 1973. F’isem il-Kunsill Il-President I. Nørgaard [1] Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għandha tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. --------------------------------------------------