European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6223

2.12.2025

P10_TA(2025)0110

L-għoti tal-ekwivalenza lill-Moldova u lill-Ukrajna għall-ispezzjonijiet fuq il-post u l-produzzjoni taż-żrieragħ

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2025 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fir-Repubblika tal-Moldova fuq l-għelejjel li jipproduċu ż-żrieragħ tal-pjanti tal-għalf, tal-ekwivalenza taż-żrieragħ tal-pjanti tal-għalf prodotti fir-Repubblika tal-Moldova, tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fl-Ukrajna fuq l-għelejjel li jipproduċu ż-żrieragħ tal-pitravi u l-għelejjel li jipproduċu ż-żrieragħ tal-pjanti taż-żejt, u tal-ekwivalenza taż-żrieragħ tal-pitravi u taż-żrieragħ tal-pjanti taż-żejt prodotti fl-Ukrajna (COM(2024)0052 – C9-0026/2024 – 2024/0027(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2025/6223)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0052),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0026/2024),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

—

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta’ April 2025, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 60 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A10-0043/2025),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)   ĠU C, C/2024/3386, 31.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3386/oj.


P10_TC1-COD(2024)0027

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' Mejju 2025 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2025/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fir-Repubblika tal-Moldova fuq l-għelejjel tal-pjanti tal-għalf li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf prodotta fir-Repubblika tal-Moldova, u fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fl-Ukrajna fuq l-għelejjel tal-pitravi li jipproduċu ż-żerriegħa u fuq l-għelejjel tal-pjanti taż-żejt li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa tal-pitravi u taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt prodotta fl-Ukrajna

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni (UE) 2025/1228.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6223/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)