02016R1810 — MT — 12.03.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1810

tat-12 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota

(ĠU L 276 13.10.2016, p. 9)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/430 tal-10 ta' Marzu 2017

  L 66

11

11.3.2017




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1810

tat-12 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota



Artikolu 1

1.  Għandhom jinħarġu liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota li għalih ikunu tressqu applikazzjonijiet mit-3 sas-7 ta' Ottubru 2016 għall-kwantitajiet mitlubin, immultiplikati b'perċentwali ta' aċċettazzjoni ta' 33,246381 %.

2.  L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota mressqin fl-10, fil-11, fit-12, fit-13 u fl-14 ta' Ottubru 2016 b'dan qed jiġu rrifjutati.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.