|
7.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1112
tal-25 ta’ Ġunju 2021
li temenda d-Deċiżjoni 2013/767/UE fir-rigward tal-estensjoni tal-mandat tal-organizzazzjonijiet membri tal-gruppi ta’ djalogu ċivili li tittratta kwistjonijiet koperti mill-politika agrikola komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/767/UE (1) waqqfet qafas għal djalogu ċivili fi kwistjonijiet koperti mill-politika agrikola komuni, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tat-TUE. |
|
(2) |
L-organizzazzjonijiet membri tal-gruppi ta’ djalogu ċivili (2) (CDGs) inħatru għal mandat ta’ seba’ snin, li jiskadi f’Lulju 2021. Madankollu, il-ħtieġa li jiġġedded il-mandat ta’ dawk l-organizzazzjonijiet membri taħbat mal-fażi finali tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-politika agrikola komuni l-ġdida li se tkun applikabbli mill-2023. Barra minn hekk, l-eżitu tar-riforma tal-politika agrikola komuni, li se tkun segwita mill-adozzjoni ta’ serje ta’ atti ta’ implimentazzjoni u atti delegati, jenħtieġ li jkollhom impatt fuq l-istruttura l-ġdida tas-CDGs. |
|
(3) |
Is-sistema eżistenti tas-CDGs taqbel mal-arkitettura attwali tal-leġiżlazzjoni agrikola tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-mandat tal-organizzazzjonijiet membri jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2022, b’segwitu għar-raġunament tar-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jiżgura tranżitu lejn il-politika agrikola komuni l-ġdida u estenda l-biċċa l-kbira tar-regoli applikabbli attwalment sal-aħħar tal-2022. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-kompożizzjoni tas-CDGs tibqa’ l-istess matul il-perjodu ta’ estensjoni tal-mandat tal-organizzazzjonijiet membri tagħhom. Madankollu, jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet membri jkunu ħielsa li jiddeċiedu jekk jixtiqux jirtiraw is-sħubija tagħhom matul dak il-perjodu. |
|
(5) |
Sabiex tissaħħaħ l-operabbiltà tas-CDGs matul il-perjodu ta’ estensjoni tal-mandat tal-organizzazzjonijiet membri tagħhom, u f’konformità mal-prattika standard għall-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu f’idejha l-kariga ta’ President tas-CDGs. Barra minn hekk, ċerti arranġamenti fir-rigward tal-aġenda u tal-minuti tal-laqgħat, jenħtieġ li jkunu allinjati mal-prattika segwita fi gruppi ta’ esperti oħra bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza. |
|
(6) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/767/UE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/767/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3, jitħassar il-paragrafu 2; |
|
(2) |
fl-Artikolu 4(5), il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Il-mandat tal-organizzazzjonijiet membri għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2022. Organizzazzjoni membru tista’ tiġi sostitwita fi grupp fejn:”; |
|
(3) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/767/UE tas-16 ta’ Diċembru 2013 li twaqqaf qafas għal djalogu ċivili fi kwistjonijiet koperti mill-politika agrikola komuni u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/391/KE (ĠU L 338, 17.12.2013, p. 115).
(2) Mil-lat ta’ istituzzjoni, il-Gruppi ta’ Djalogu Ċivili huma gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni fis-sens tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3301.
(3) Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022 (ĠU L 437, 28.12.2020, p. 1).