|
6.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/28 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2009/175/PESK
tal-5 ta’ Marzu 2009
li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta’ Lulju 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq (1), b’implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1483(2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU). |
|
(2) |
Fit-22 ta' Diċembru 2008, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 1859 (2008) li biha ddeċieda inter alia li jestendi sal-31 ta' Diċembru 2009 l-arranġamenti għall-iddepożitar fil-Fond Għall-Iżvilupp tal-Iraq ta' dħul mill-kummerċ tal-esportazzjoni ta' żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali, u dwar l-immunità minn proċeduri legali ta' ċerti assi Iraqqini, kif imsemmija fir-Riżoluzzjoni 1483 (2003) tal-KSNU u fir-Riżoluzzjoni 1546 (2004) tal-KSNU. |
|
(3) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK għandha għalhekk tiġi emendata. |
|
(4) |
Hija neċessarja azzjoni mill-Komunità sabiex jiġu implementati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:
fl-Artikolu 7, it-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
“L-Artikoli 4 u 5 għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2009.”.
Artikolu 2
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ŘÍMAN