<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-26/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0026</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:579">EU:C:2019:579</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190710">10.7.2019</DATE> – Kawża C‑26/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Federal Express Corporation Deutsche Niederlassung</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2913/92</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 202 u 203</KEYWORD><KEYWORD>Dazji doganali fuq l-importazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Tnissil ta’ dejn doganali minħabba nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(1)(d) u Artikolu 30</KEYWORD><KEYWORD>VAT fuq l-importazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Fatt taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>importazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> ta’ merkanzija</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżit ta’ dħul ta’ merkanzija fiċ‑ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment ta’ din il-merkanzija lejn Stat Membru li mhux dak li fih tnissel id-dejn doganali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑26/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hessisches Finanzgericht (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hessen, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20171102">2 ta’ Novembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20180116">16 ta’ Jannar 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Federal Express Corporation Deutsche Niederlassung</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Frankfurt am Main,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot, President tal-Awla, C. Toader, A. Rosas, L. Bay Larsen u M. Safjan (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: D. Dittert, Kap ta’ Diviżjoni,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20181205">5 ta’ Diċembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Federal Express Corporation Deutsche Niederlassung, minn R. Welzel u U. Reimer, Steuerberater,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Hauptzollamt Frankfurt am Main, minn U. Beck, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn K. Georgiadis u M. Tassopoulou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Clotuche-Duvieusart u B.‑R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20190227">27 ta’ Frar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1)(d) u tal-Artikolu 30 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>It-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Federal Express Corporation u Deutsche Niederlassung (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>FedEx<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u l-Hauptzollamt Frankfurt am Main (l-Uffiċċju Prinċipali tad-Dwana fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Uffiċċju prinċipali tad-dwana fil-Ġermanja<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) dwar l-obbligu li titħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fil-Ġermanja wara t-tnissil ta’ dejn doganali fuq l-importazzjoni bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20131009">9 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="269" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 269, p. 1</REF.DOC.OJ>; rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="90" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 287, p. 90</REF.DOC.OJ>) ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE> li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="302" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, L 302, p. 1</REF.DOC.OJ>) mill-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE>. Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, ir-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="363" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 363, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), jibqa’ applikabbli għal din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 40 tal-Kodiċi Doganali kien jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tkun preżentata lid-dwana mill-persuna li ġabitha f’dak it-territorju jew, jekk xieraq, mill-persuna li tassumi r-responsabbiltà għat-trasport tal-merkanzija wara li tkun hekk daħlet, ħlief merkanzija trasportata b’mezzi ta’ trasport li jkunu biss fi transitu fl-ilmijiet territorjali jew fl-ispazju ta’ l-arja tat-territorju doganali tal-Komunità mingħajr waqfien f’dan it-territorju. Il-persuna li tippreżenta l-merkanzija għandha tagħmel riferiment għad-dikjarazzjoni fil-qosor jew għad-dikjarazzjoni doganali li kienet ġiet preżentata qabel fir-rigward tal-merkanzija.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 50 tal-Kodiċi Doganali kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Sakemm tkun assenjata trattament jew użu approvat mid-dwana, merkanzija preżentata lid-dwana għandha, wara dik il-preżentazzjoni, ikollha l-istatus ta’ merkanzija f’ħażna temporanja. Dik il-merkanzija ser tkun deskritta aktar ‘l isfel bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>merkanzija f’ħażna temporanja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 91(1)(a) tal-Kodiċi Doganali kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-proċess ta’ transitu estern għandu jippermetti l-moviment minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Komunità ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>merkanzija mhux tal-Komunità, mingħajr ma dik il-merkanzija tkun suġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni u ħlasijiet oħra jew għal miżuri ta’ politika kummerċjali.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 202(1) u (2) tal-Kodiċi Doganali kien redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="202.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dejn doganali fuq l-importazzjoni għandu jiġi inkors permezz ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-introduzzjoni kontra l-liġi fit-territorju doganali tal-Komunità ta’ merkanziji soġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-introduzzjoni kontra l-liġi f’parti oħra ta’ dak it-territorju ta’ dawk il-merkanziji li jkunu jinsabu f’żona ħielsa jew maħżen ħieles.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu, introduzzjoni kontra l-liġi tfisser kull introduzzjoni li tmur kontra d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 38 sa 41 u t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 177.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="202.002"><NO.PARAG>2</NO.PARAG><ALINEA>Id-dejn doganali għandu jiġi inkors fil-mument meta l-merkanziji jiġu introdotti kontra l-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 203(1) u (2) tal-Kodiċi Doganali kien jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="203.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dejn doganali fuq l-importazzjoni għandu jiġi inkors permezz:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tat-tneħħija kontra l-liġi mis-sorveljanza doganali ta’ merkanziji soġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="203.002"><NO.PARAG>2</NO.PARAG><ALINEA>Id-dejn doganali għandu jiġi inkors fil-mument meta l-merkanziji jitneħħew minn taħt is-sorveljanza doganali.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva tal-VAT</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva tal-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT:</P><P>[…]</P><P>l-importazzjoni ta’ oġġetti [merkanzija].<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 30 ta’ din id-direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/><QUOT.START CODE="2019" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Importazzjoni ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> għandha tfisser id-dħul fil-Komunità ta’ merkanzija li ma tinsabx f’ċirkolazzjoni ħielsa fit-tifsira ta’ l-Artikolu 24 tat-Trattat.</ALINEA><ALINEA>Minbarra t-transazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, id-dħul fil-Komunità ta’ merkanzija li tinsab f’ċirkolazzjoni ħielsa, li ġejja minn territorju terz li jifforma parti mit-territorju doganali tal-Komunità, għandu jitqies bħala l-importazzjoni ta’ merkanzija.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 60 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Il-post ta’ importazzjoni ta’ merkanzija għandu jkun l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab il-merkanzija meta tidħol fil-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 61 tal-istess direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Bħala deroga mill-Artikolu 60, fejn, malli tidħol fil-Komunità, merkanzija li mhijiex f’ċirkolazzjoni ħielsa titqiegħed taħt wieħed mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 156, jew taħt arranġamenti għal importazzjoni temporanja b’eżenzjoni totali minn dazju ta’ importazzjoni, jew taħt arranġamenti ta’ transitu esterni, il-post ta’ importazzjoni ta’ tali merkanzija għandu jkun l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-merkanzija ma tibqax koperta minn dawk l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet.</ALINEA><ALINEA>B’mod simili, meta, mad-dħul fil-Komunità, merkanzija li hija f’ċirkolazzjoni ħielsa titpoġġa taħt waħda mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 276 u 277, il-post ta’ l-importazzjoni għandu jkun l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-merkanzija ma tibqax koperta minn dawk l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 70 tad-Direttiva dwar il-VAT huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-avveniment li jagħti lok għal ħlas għandu jseħħ u l-VAT għandha tiġi imposta meta l-merkanzija tkun impurtata.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 71 ta’ din id-direttiva jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="071.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta, mad-dħul fil-Komunità, il-merkanzija titqiegħed taħt wieħed mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet msemmija fl-Artikoli 156, 276 u 277, jew taħt arranġamenti ta’ importazzjoni temporanji b’eżenzjoni totali tad-dazju fuq l-importazzjoni, jew taħt arranġamenti ta’ trażitu esterni, l-avveniment li jagħti lok għal ħlas iseħħ u l-VAT għandha tiġi imposta biss meta l-merkanzija ma tibqax taħt dawk l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, meta l-merkanzija impurtata tkun soġġetta għad-dazji doganali, jew għal imposti agrikoli jew għal xi piżijiet li għandhom effett ekwivalenti li ġew stabbiliti skont politika komuni, l-avveniment li jagħti lok għal ħlas għandu jseħħ u l-VAT għandha tiġi imposta meta jseħħ l-avveniment li jagħti lok għal ħlas fir-rigward ta’ dawk id-dazji u dawk id-dazji jsiru dovuti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="071.002"><NO.PARAG>2</NO.PARAG><ALINEA>Meta merkanzija impurtata ma tkunx soġġetta għall-ebda mid-dazji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, rigward l-avveniment li jagħti lok għal ħlas u l-mument meta l-VAT issir dovuta, japplikaw id-dispożizzjonijiet li jkun hemm fis-seħħ li jirregolaw id-dazji doganali.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Umsatzsteuergesetz (il-Liġi dwar it-Taxxa dwar id-Dħul mill-Bejgħ), tal-<DATE ISO="20050221">21 ta’ Frar 2005</DATE> (BGBl. 2005 I, p. 386), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>UStG<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), jipprovdi, fl-inċiż 4 tal-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>It-tranżazzjonijiet li ġejjin huma suġġetti għat-taxxa:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>l-importazzjonijiet ta’ merkanzija fil-Ġermanja […] (taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ fuq l-importazzjoni);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(2) tal-UStG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Tnissil tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>L-Artikolu 21(2) japplika għat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ mill-importazzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 21(2) tal-UStG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Regoli speċjali dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ mill-importazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Ir-regoli applikabbli għat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ huma applikabbli, b’analoġija, għat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ mill-importazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-Einfuhrumsatzsteuer-Befreiungsverordnung (ir‑Regolament Federali dwar l-Eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ mill-importazzjoni), tal-<DATE ISO="19920811">11 ta’ Awwissu 1992</DATE> (BGBl. 1992 I, p. 1526), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Rimbors jew maħfra<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fil-paragrafu 1 tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>It-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ mill-importazzjoni tiġi rrimborsata jew maħfura fil-każijiet previsti fl-Artikoli 235 sa 242 tal-Kodiċi Doganali, u dawn id-dispożizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħhom għandhom japplikaw b’analoġija.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’Jannar 2008, FedEx wasslet merkanzija li toriġina minn Iżrael, mill-Messiku u mill-Istati Uniti (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>merkanzija inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>), suġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni, lejn varji destinazzjonijiet fil-Greċja, id-destinazzjoni finali tagħhom. Din il-merkanzija ġiet ittrasportata fi 18-il lott differenti (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>18-il lott<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), bl-ajruplan, sa Frankfurt am Main (il-Ġermanja), fejn tgħabbiet f’ajruplan ieħor sabiex tiġi ttrasportata lejn il-Greċja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20081023">23 ta’ Ottubru 2008</DATE>, l-Uffiċċju Doganali tal-Ajruport ta’ Ateni (il-Greċja) informa lill-Uffiċċju prinċipali tad-dwana fil-Ġermanja li t-18-il lott kienu ġew ittrasportati lejn il-Greċja bi ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din l-informazzjoni, l-Uffiċċju prinċipali tad-dwana fil-Ġermanja rrileva li 14 mit-18-il lott ma kinux ġew ippreżentati lid-dwana fil-Ġermanja skont l-Artikolu 40 tal-Kodiċi Doganali u kkonkluda li dawn il-lottijiet kienu ddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea b’mod irregolari. Huwa għaldaqstant qies li, b’applikazzjoni tal-Artikolu 202 tal-Kodiċi Doganali, l-importazzjoni irregolari ta’ dawn il-lottijiet kienet nisslet dejn doganali fuq l-importazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għal 3 mit-18-il lott, l-Uffiċċju prinċipali tad-dwana fil-Ġermanja qies li l-merkanzija kkonċernata kienet f’ħażna temporanja mal-wasla tagħha fl-ajruport ta’ Frankfurt am Main, li kienet ġiet ittrasportata lejn Ateni mingħajr ma kienet tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern Komunitarju u li, għalhekk, kienet tneħħiet mill-post tal-ħażna mingħajr awtorizzazzjoni. Fil-każ tal-aħħar lott, ġie kkonstatat li l-moviment tal-merkanzija lejn Ateni kienet saritlu preċedentement proċedura ta’ tranżitu estern debitament ikkomunikata minn Pariġi (Franza) lil Frankfurt am Main, iżda li din il-merkanzija kienet ukoll tneħħiet mill-post tal-ħażna mingħajr awtorizzazzjoni. Għal dawn l-erba’ lottijiet, l-Uffiċċju doganali ewlieni fil-Ġermanja qies li n-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali nissel dejn doganali fuq l-importazzjoni, fuq il-bażi tal-Artikolu 203 tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>B’riżultat ta’ dan, għat-18-il lott, l-Uffiċċju doganali prinċipali fil-Ġermanja adotta ħames avviżi ta’ ġbir tad-dazju fuq l-importazzjoni, fit-30 ta’ Novembru u fl-<DATE ISO="20101201">1 ta’ Diċembru 2010</DATE>, fil-konfront ta’ FedEx. L-istess uffiċċju qies li, għal dawn il-lottijiet, il-VAT fuq l-importazzjoni, ikklassifikata fil-Ġermanja bħala taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ mill-importazzjoni, kienet dovuta għar-raġuni li, taħt l-Artikolu 21(2) tal-UStG, ir-regoli applikabbli għad-dazji doganali huma applikabbli b’analoġija għal din it-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>FedEx ħallset id-dazji fuq l-importazzjoni u t-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ mill-importazzjoni li rriżultaw minn dawn il-ħames avviżi. Madankollu, f’Novembru 2011, din il-kumpannija talbet ir-rimbors ta’ dawn id-dazji u ta’ din it-taxxa għar-raġuni, b’mod partikolari, li dawn kienu suġġetti għal taxxa doppja, li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, FedEx allegat li l-merkanzija inkwistjoni, wara li waslet f’Ateni, ġiet irrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u li d-dazji fuq l-importazzjoni, inkluża t-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ mill-importazzjoni Griega, kienu nġabru. B’avviżi tad-9 u tal-<DATE ISO="20130410">10 ta’ April 2013</DATE>, l-Uffiċċju prinċipali tad-dwana fil-Ġermanja ċaħad dawn it-talbiet għal rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Wara proċeduri ta’ kontestazzjoni mressqa minn FedEx kontra dawn l-avviżi, l-amministrazzjoni fiskali emendat ir-rati tat-taxxa li kienu ġew applikati fiż-żewġ avviżi tat-30 ta’ Novembru u tal-<DATE ISO="20101201">1 ta’ Diċembru 2010</DATE> u wettqet rimbors parzjali tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ mill-importazzjoni relatata ma’ dawn iż-żewġ avviżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140613">13 ta’ Ġunju 2014</DATE>, FedEx ressqet rikors kontra dawn il-ħames avviżi quddiem il-Hessisches Finanzgericht (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hessen, il-Ġermanja). Waqt is-seduta, FedEx irrinunzjat għall-atti għal dak li jirrigwarda d-dazji doganali fuq l-importazzjoni, iżda kompliet fit-talba tagħha fir-rigward tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ mill-importazzjoni. F’dan ir-rigward, hija sostniet li din it-taxxa hija taxxa fuq il-konsum li hija ta’ piż biss fuq merkanzija li fil-fatt tiġi kkunsmata fit-territorju nazzjonali. Billi l-merkanzija inkwistjoni ntbagħtet lejn il-Greċja mingħajr ma ddaħħlet fiċ-ċirkwit ekonomiku Ġermaniż, ma setgħetx titqies li ġiet importata fil-Ġermanja u li b’hekk din kienet tranżazzjoni taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Qorti tar-rinviju għandha għalhekk dubji dwar jekk, wara n-nuqqasijiet ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali msemmija fil-punti 21 u 22 ta’ din is-sentenza, li nisslu dejn doganali fuq l-importazzjoni, il-VAT fuq l-importazzjoni tnisslitx fil-Ġermanja għal dak li jirrigwarda l-merkanzija inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju ssemmi l-punt 65 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Eurogate Distribution u DHL Hub Leipzig</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑226/14 u C‑228/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:405">EU:C:2016:405</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tirreferi għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>riskju<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> ta’ dħul fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni Ewropea. Din il-qorti tirrileva li, jekk dak il-kunċett għandu jiġi applikat, f’każijiet fejn merkanzija mdaħħla fit-territorju tal-Unjoni ma tkunx tqiegħdet taħt proċedura doganali jew tkun tneħħiet mis-sistema li taħtha tkun tqiegħdet, għandu jiġi eżaminat biss jekk ikunx hemm riskju li dik il-merkanzija tidħol fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni fit-territorju fiskali tal-Istat Membru kkonċernat. F’dan il-każ, għandu jitqies li riskju bħal dan kien jeżisti minħabba li l-merkanzija inkwistjoni, minħabba d-dħul irregolari jew it-tneħħija tagħha mis-superviżjoni doganali, ma kinitx jew ma baqgħetx taħt din is-sorveljanza. B’mod partikolari, il-merkanzija mdaħħla illegalment fit-territorju doganali tal-Unjoni setgħet tneħħiet bil-moħbi u tiġi kkunsmata mingħajr ma tiġi ntaxxata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170601">1 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Wallenborn Transports</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑571/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:417">EU:C:2017:417</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Latvijas Dzelzceļš</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑154/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:392">EU:C:2017:392</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-VAT fuq l-importazzjoni, fil-każ ta’ Stat Membru li fit-territorju fiskali tiegħu tkun iddaħħlet il-merkanzija fl-Unjoni, titnissilx biss meta l-merkanzija tidħol fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni anki fit-territorju fiskali tal-imsemmi Stat Membru. F’dan il-każ, ikun hemm dħul fiċ-ċirkwit ekonomiku biss meta l-merkanzija tkun ġiet irrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali jew meta nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali<?PAGE NO="7"?> jwassal għal preżunzjoni li l-merkanzija tkun iddaħħlet fiċ-ċirkwit ekonomiku u li tista’ tkun suġġetta għall-konsum jew għall-użu. Dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet biss jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>importazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hessisches Finanzgericht (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hessen, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>1)</NO.P><TXT>Importazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) u tal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud tippreżupponi li l-merkanzija introdotta fit-territorju tal-Unjoni tidħol fis-sistema ekonomika tal-Unjoni jew huwa suffiċjenti li jeżisti sempliċi riskju li din il-merkanzija tidħol f’din is-sistema?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ fejn importazzjoni tippreżupponi d-dħul tal-merkanzija fis-sistema ekonomika tal-Unjoni:</TXT><P>Merkanzija introdotta fit-territorju tal-Unjoni tidħol awtomatikament fis-sistema ekonomika tal-Unjoni fil-każ fejn, minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni doganali, din ma titqiegħed taħt l-ebda skema fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tad-Direttiva 2006/112 jew, għalkemm tkun ċertament inizjalment tqiegħdet taħt tali skema, minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni doganali, sussegwentement ma tibqax suġġetta għal din l-iskema, jew, fil-każ ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni doganali, id-dħul fis-sistema ekonomika tal-Unjoni jista’ jkun suġġett għall-kundizzjoni li jista’ jiġi preżunt li, minħabba dan il-ksur, il-merkanzija tkun daħlet fis-sistema ekonomika tal-Unjoni fit-territorju fiskali tal-Istat Membru li fih twettaq il-ksur u setgħet kienet is-suġġett ta’ konsum jew ta’ użu?<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(1)(d) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva dwar il-VAT għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, meta merkanzija tiddaħħal fit-territorju tal-Unjoni, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>importazzjoni ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jirreferi biss għad-dħul fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni ta’ din il-merkanzija jew jekk dak il-kunċett ikoprix ukoll ir-riskju ta’ dħul ta’ din il-merkanzija f’dan iċ-ċirkwit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest legali u fattwali li tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha, u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tagħti deċiżjoni fuq talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali biss jekk ikun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma jkollha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190328">28 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Cogeco Communications</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑637/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:263">EU:C:2019:263</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva tal-VAT, l-importazzjonijiet ta’ merkanzija huma suġġetti għall-VAT. L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 30 ta’ din id-direttiva jgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Importazzjoni ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> għandha titqies li tkun id-dħul fil-Komunità ta’ merkanzija li ma tinsabx f’ċirkolazzjoni ħielsa fis-sens tal-Artikolu 24 KE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li l-VAT hija taxxa fuq il-konsum, hija tapplika għall-merkanzija u għas-servizzi li jidħlu fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni u jkunu jistgħu jiġu kkunsmati (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Latvijas Dzelzceļš</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑154/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:392">EU:C:2017:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, mill-kliem stess tad-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta b’mod ċar li l-merkanzija inkwistjoni ġiet ittrasportata lejn il-Greċja, id-destinazzjoni finali tagħha, fejn ġiet ikkunsmata. Konsegwentement, huwa paċifiku li din il-merkanzija daħlet fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni, fis-sens tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif indika l-Avukat Ġenerali fil-punt 43 tal-konklużjonijiet tiegħu, f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali, il-kwistjoni, dwar jekk l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>riskju<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> li merkanzija tiddaħħal fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni huwiex biżżejjed sabiex jitqies li l-merkanzija tkun ġiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>importata<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) u tal-Artikolu 30 tad-Direttiva tal-VAT, kienet tidher li hija ta’ natura ipotetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, l-ewwel domanda ma hijiex ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti nazzjonali tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(1)(d) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva dwar il-VAT għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, meta merkanzija tiddaħħal fit-territorju tal-Unjoni, ikun biżżejjed li l-merkanzija tkun il-kawża ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali fi Stat Membru partikolari, li tnissel dejn doganali fuq l-importazzjoni, sabiex jitqies li l-imsemmija merkanzija tkun daħlet fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 60 tad-Direttiva tal-VAT, l-importazzjoni ta’ merkanzija titwettaq fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab il-merkanzija fil-mument li tiddaħħal fil-Komunità. L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 ta’ din id-direttiva jipprevedi li, bħala deroga mill-Artikolu 60, fejn, malli tidħol fil-Komunità, merkanzija li ma tkunx f’ċirkolazzjoni ħielsa titqiegħed taħt wieħed mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 156 tal-imsemmija direttiva jew taħt arranġamenti għal importazzjoni temporanja b’eżenzjoni totali minn dazju fuq l-importazzjoni, jew taħt arranġamenti ta’ tranżitu estern, l-importazzjoni ta’ din il-merkanzija titwettaq fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-merkanzija ma tibqax taħt dawn l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-Artikolu 70 tad-Direttiva tal-VAT jistabbilixxi l-prinċipju li l-fatt taxxabbli jseħħ u t-taxxa ssir dovuta malli l-merkanzija tiġi importata. L-Artikolu 71(1) tad-Direttiva tal-VAT jipprevedi, b’mod partikolari, fl-ewwel subparagrafu tiegħu, li meta l-merkanzija taqa’, wara d-dħul tagħha fl-Unjoni, taħt il-proċedura tal-ħażna doganali, il-fatt taxxabbli u l-eżiġibbiltà tat-taxxa jseħħu biss fil-mument meta l-merkanzija toħroġ minn din il-proċedura. Madankollu, it-tieni subparagrafu ta’ dan l-artikolu jirrigwarda s-sitwazzjoni partikolari li fiha, għall-merkanzija importata li tkun suġġetta għal dazji doganali, għal taxxi agrikoli jew għal taxxi li jkollhom effett ekwivalenti fil-kuntest ta’ politika komuni, il-fatt taxxabbli jseħħ u t-taxxa ssir dovuta fil-mument meta jseħħu l-fatt taxxabbli u l-eżiġibbiltà ta’ dawn id-dazji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-VAT fuq l-importazzjoni u d-dazji doganali juru karatteristiċi essenzjali simili inkwantu huma jitnisslu minħabba l-importazzjoni fl-Unjoni u l-importazzjoni sussegwenti tal-merkanzija fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Istati Membri. Dan ix-xebh, barra minn minn hekk, huwa kkonfermat mill-fatt li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71(1) tad-Direttiva tal-VAT jawtorizza lill-Istati Membri jorbtu l-fatt taxxabbli u l-eżiġibbiltà tal-VAT mal-importazzjoni ma’ dawn id-dazji doganali (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840228">28 ta’ Frar 1984</DATE>, <NAME.CASE>Einberger</NAME.CASE>, <NO.CASE>294/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:81">EU:C:1984:81</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Harry Winston</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑273/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:466">EU:C:2013:466</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta b’mod ċar li, matul is-sena 2008, kwantità ta’ merkanzija minn pajjiżi terzi, li hija suġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni, ġiet ittrasportata sal-Ġermanja, sabiex imbagħad tiġi ttrasportata lejn il-Greċja, id-destinazzjoni finali tagħha. Parti minn din il-merkanzija ma ġietx ippreżentata lill-awtoritajiet doganali Ġermaniżi u għalhekk iddaħħlet b’mod irregolari fit-territorju doganali tal-Unjoni. Il-bqija tal-merkanzija ddaħħlet legalment f’dan it-territorju, fil-Ġermanja, iżda sussegwentement ġiet ittrasferita lejn il-Greċja billi tneħħiet mis-superviżjoni doganali, bi ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Ma huwiex ikkontestat li, fil-kawża prinċipali, dawn in-nuqqasijiet ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali fil-Ġermanja nisslu dejn doganali fuq l-importazzjoni fil-konfront tal-kumpannija li daħħlet il-merkanzija inkwistjoni fit-territorju tal-Unjoni, fuq il-bażi, rispettivament, tal-Artikolu 202(1)(a) u tal-Artikolu 203(1) tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, dejn tal-VAT jista’ jiżdied mad-dejn doganali jekk l-aġir illegali li jkun ħoloq dan id-dejn tal-aħħar jippermetti li jiġi preżunt li l-merkanzija kkonċernata tkun iddaħħlet fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni u tkun setgħet ġiet ikkunsmata, li jibda l-fatt taxxabbli tal-VAT (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Eurogate Distribution u DHL Hub Leipzig</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑226/14 u C‑228/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:405">EU:C:2016:405</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170601">1 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Wallenborn Transports</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑571/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:417">EU:C:2017:417</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fil-każ fejn il-merkanzija suġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni titneħħa mis-superviżjoni doganali f’żona ħielsa u ma tibqax f’din iż-żona, bħala prinċipju hemm lok għall-preżunzjoni li din tkun iddaħħlet fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170601">1 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Wallenborn Transports</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑571/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:417">EU:C:2017:417</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minn naħa, fir-rigward tal-merkanzija inkwistjoni li ma ddaħħlitx legalment fit-territorju doganali tal-Unjoni, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 44 u 45 ta’ din is-sentenza, hemm lok, bħala prinċipju, li jiġi preżunt li din daħlet fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni fit-territorju tal-Istat Membru li fih kienet iddaħħlet fl-Unjoni, jiġifieri fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-merkanzija inkwistjoni mneħħija mis-superviżjoni doganali, din tneħħiet, fil-Ġermanja, mill-proċedura doganali li taħtha kienet tqiegħdet. Għaldaqstant, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 44 u 45 ta’ din is-sentenza, hemm ukoll lok li wieħed jippreżumi li hija daħlet fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif indika l-Avukat Ġenerali fil-punti 56 u 68 tal-konklużjonijiet tiegħu, preżunzjoni bħal din tista’ tiġi kkonfutata jekk jiġi stabbilit li, minkejja n-nuqqasijiet ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali, li jinvolvu t-tnissil ta’ dejn doganali fuq l-importazzjoni fl-Istat Membru fejn ikunu twettqu dawn in-nuqqasijiet, tkun iddaħħlet merkanzija fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, li fih din il-merkanzija kienet maħsuba għall-konsum. F’dan il-każ, il-fatt taxxabbli għall-VAT fuq l-importazzjoni jseħħ f’dan l-Istat Membru l-ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta b’mod ċar li, jekk il-merkanzija inkwistjoni kienet il-kawża ta’ nuqqasijiet ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali fit-territorju Ġermaniż, din ġiet ittrasferita minn ajruplan għal ieħor f’dan it-territorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Ċertament, minħabba dawn in-nuqqasijiet ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali, il-merkanzija inkwistjoni, li kienet materjalment tinsab fit-territorju tal-Unjoni, ma kinitx iktar taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet doganali Ġermaniżi, li kienu mċaħħda mill-possibbiltà li jikkontrollaw il-moviment ta’ din il-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li huwa stabbilit li l-merkanzija inkwistjoni ġiet ittrasportata lejn il-Greċja, id-destinazzjoni finali tagħha, fejn ġiet ikkunsmata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għalhekk, f’każ bħal dak fil-kawża prinċipali, in-nuqqasijiet ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali fit-territorju Ġermaniż ma jikkostitwixxux, fihom innifishom, element suffiċjenti sabiex jitqies li l-merkanzija inkwistjoni tkun daħlet fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, f’każ bħal dan, il-merkanzija daħlet fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni fl-Istat Membru tad-destinazzjoni finali tagħha u li, għalhekk, il-VAT fuq l-importazzjoni relatata mal-merkanzija tnisslet f’dak l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, ir-risposta għat-tieni domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 2(1)(d) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva dwar il-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta tiddaħħal merkanzija fit-territorju tal-Unjoni, ma jkunx biżżejjed li l-merkanzija kienet is-suġġett ta’ nuqqasijiet ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali fi Stat Membru partikolari, li jkunu nisslu dejn doganali fuq l-importazzjoni f’dan l-Istat Membru, sabiex jitqies li l-merkanzija tkun daħlet fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni f’dak l-Istat Membru, meta jiġi stabbilit li l-istess merkanzija tkun ġiet ittrasferita lejn Stat Membru ieħor, id-destinazzjoni finali tagħha, fejn tkun ġiet ikkunsmata, u l-VAT fuq l-importazzjoni marbuta ma’ din il-merkanzija b’hekk tkun tnisslet fl-Istat Membru l-ieħor.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(1)(d) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2006/112/KE tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta tiddaħħal merkanzija fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, ma jkunx biżżejjed li l-merkanzija kienet is-suġġett ta’ nuqqasijiet ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali fi Stat Membru partikolari, li jkunu nisslu dejn doganali fuq l-importazzjoni f’dan l-Istat Membru, sabiex jitqies li l-merkanzija tkun daħlet fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni f’dak l-Istat Membru, meta jiġi stabbilit li l-istess merkanzija tkun ġiet ittrasferita lejn Stat Membru ieħor, id-destinazzjoni finali tagħha, fejn tkun ġiet ikkunsmata, u l-VAT fuq l-importazzjoni marbuta ma’ din il-merkanzija b’hekk tkun tnisslet fl-Istat Membru l-ieħor.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>