|
22.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/4 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8401 — Johnson & Johnson/Actelion)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 128/03)
|
1. |
Fit-12 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Johnson & Johnson, (“J&J”, l-Istati Uniti tal-Amerika), permezz ta’ Janssen Holding GmbH (“Janssen”, l-Isvizzera) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta' Actelion Pharmaceuticals Ltd (“Actelion”, l-Isvizzera), permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal J&J: attiva fis-setturi tan-negozju tal-prodotti tal-konsumatur, farmaċewtiċi u apparati mediċi. Janssen, sussidjarja ta’ J&J, hija ffukata fuq is-settur tan-negozju tal-farmaċewtiċi. — għal Actelion: attiva fis-settur tal-farmaċewtika bil-preskrizzjoni u speċjalizzata fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ mediċini fis-suq ta’ speċjaltà u fi prodotti fi stadju tard marbuta ma’ għadd ta’ oqsma terapewtiċi (fosthom, b’mod partikolari, l-ipertensjoni arterjali pulmonarja). |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8401 — Johnson & Johnson/Actelion, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).