|
28.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 438/54 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2215
tat-22 ta’ Diċembru 2020
li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/630/UE fir-rigward tal-entrati tar-Renju Unit u ċertu Dipendenzi tal-Kuruna fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini
(notifikata bid-dokument C(2020) 9552)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE (2) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini. B’mod aktar partikolari, l-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni jelenka l-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini. |
|
(2) |
Ir-Renju Unit ipprovda l-garanziji neċessarji meħtieġa mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/630/UE sabiex ir-Renju Unit u d-Dipendenza tal-Kuruna ta’ Jersey jiġu elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/Irlanda ta’ Fuq għall-Ftehim dwar il-Ħruġ flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Filwaqt li jitqiesu l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, jenħtieġ li dak il-pajjiż terz u d-Dipendenza tal-Kuruna ta’ Jersey jiġu inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/630/UE. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/630/UE jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE huwa emendat f’konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 247, 24.9.2011, p. 32).
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata taċ-Ċilì:
|
|
(2) |
tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata għall-Iżlanda:
|
(*1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”;