Official Journal L 076 , 22/03/1983 P. 0021 - 0021
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0054
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 27 P. 0101
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0054
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 27 P. 0101
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu 1983 li temenda d-Direttiva 82/287/KEE li temenda l-Annessi mad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE u 69/208/KEE fuq il-marketing ta’ żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf u żerriegħa taż-żejt u pjanti tal-fibra rispettivament, u d-Direttivi 78/386/KEE u 78/388/KEE (83/116/KEE) IL-KUMMISSJONI TA’ L-EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 fuq il-marketing ta’ żerriegħa tal-pjanti għall-għalf [1], kif l-aħar emendata bid-Direttiva 82/287/KEE [2], u partikolarment Artikolu 21a tiegħu Billi, fid-dawl ta’ l-iżvilupp ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku, saru emendi għal Annessi I u II tad-Direttivi 66/401/KEE u 69/208/KEE bid-Direttiva 82/287/KEE, inkluż emendi fir-rigward tal-purità varjetali taż-żrieragħ ta’ Poa spp; Billi l-1 ta’ Jannar 1983 kien iffissat bħala d-data għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa biex iħarsu dawk l-emendi; Billi r-regoli adottati għal dak l-iskop fl-iskemi taċ-ċertifikazzjoni varjetali taż-żerriegħa maħsuba għall-kummerċ internazzjonali preskritt mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) huma fil-preżent għaddejja minn għarbiel minn dik l-organizzazzjoni; Billi wieħed għandu jistenna l-eżitu ta’ dak l-għarbiel; Billi data aktar xierqa għandha tkun iffissata għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet in kwistjoni, biex ikunu evitati miżuri qabel waqthom; Billi l-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq Żrieragħ u Materjal Propaganti għall-Agrikoltura, Ortikultura u Selvikultura, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA; Artikolu 1 1. Fit-tieni inċiż ta’ Artikolu 7(1) tad-Direttiva 82/287/KEE il-kliem "1 ta’ Jannar 1983" huwa mibdul b’mhux aktar tard mill-"1 ta’ Jannar 1984". 2. F’Artikolu 7(2) tad-Direttiva 82/287/KEE, il-kliem "it-tielet inċiż" huwa mibdul b’"it-tieni u t-tielet inċiżi". Artikolu 2 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’ Marzu 1983. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Ċ 125, tal- 11.7.1966, p. 2298/66. [2] ĠU L 131, tat-13.5.1982, p. 24. --------------------------------------------------