Official Journal L 346 , 31/12/1993 P. 0016 - 0016
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0036
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0036
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju ta' l-Islanda dwar ċerti arranġamenti fil-qasam ta' l-agrikoltura (93/736/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 flimkien ma' l-Artikolu 228(3), l-ewwel subparagrafu tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi fil-qafas tan-negozjati taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) kien possibbli li jiġi negozjat Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Islanda dwar ċerti arranġamenti fil-qasam ta' l-Agrikoltura; Billi dan il-Ftehim huwa parti mill-bilanċ totali tar-riżultati tan-negozjati taż-ŻEE u element essenzjali għall-approvazzjoni mill-Komunità tal-Ftehim taż-ŻEE; Billi dan il-Ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ, Artikolu 1 Il-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju ta' l-Islanda dwar ċerti arranġamenti fil-qasam ta' l-agrikoltura huwa b'dan il-mezz approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/239/KEE tal-15 ta' Marzu 1993 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u r-Renju tal-Isvezja, min-naħa l-oħra, dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar ċerti arranġamenti fil-qasam ta' l-agrikoltura, iffirmat mill-Partijiet imsemmija f'Oporto nhar it-2 ta' Mejju 1992 [2]. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika ta' l-approvazzjoni tal-Ftehim mill-Komunità [3]. Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 1993. Għall-Kunsill Il-President Ph. Maystadt [1] ĠU C 305, tat-23.11.1992, p. 61. [2] ĠU L 109, ta' l-1.5.1993, p. 1. [3] Ara paġna 35 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. --------------------------------------------------