Official Journal L 104 , 21/04/1999 P. 0013 - 0015
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/23/KE tad-9 ta' April 1999 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 93/33/KEE fuq l-apparati protettivi maħsuba sabiex jipprevienu l-użu mhux awtorizzat ta' vetturi b'żewġ roti jew tlieta (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ roti jew tlieta [1], kif emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/33/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 dwar l-apparati protettivi maħsuba sabiex jipprevienu l-użu mhux awtorizzat ta' vetturi b'żewġ roti jew tlieta [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, (1) Billi d-Direttiva 93/33/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċeduri ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità introdotta bid-Direttiva 92/61/KEE; billi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/61/KEE dwar is-sistemi tal-vetturi, l-komponenti u l-unitajiet tekniċi għalhekk japplikaw għal dik id-Direttiva. (2) Billi l-iżviluppi fit-teknoloġija issa jippermettu l-aġġustamenti tad-Direttiva tal-Kunsill 93/33/KEE għall-progress tekniku; billi biex jiġi assigurat it-tħaddim xieraq tas-sistema ta' l-approvazzjoni tat-tip bħala ħaġa sħiħa, huwa għalhekk meħtieġ li wieħed jiċċara aktar jew itemm ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva kkonċernata. (3) Billi għal dan il-għan huwa meħtieġ li wieħed jadatta d-dispożizzjonijiet rigward l-angolu ta' l-illokkjar ta' l-istering tal-kwadriċikli u dawk dwar it-tneħħija taċ-ċavetta minn apparati tat-tip 3 iddisinjati biex ikunu ffittjati fuq it-triċikli u l-kwadriċikli; billi, barra minn dan, huwa maħsub li jkun xieraq li l-vetturi b'żewġ roti jew tlieta jitħallew jiġu ffittjati b'apparati protettivi kontra l-użu mhux awtorizzat li jkunu approvati għall-vetturi b'erba' roti. (4) Billi l-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-addattament għall-progress tekniku mwaqqaf bl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE [3], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4], ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Anness I tad-Direttiva 93/33/KEE qiegħed b'hekk jiġi emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva. L-Artikolu 2 1. B'effett mill-1 ta' Jannar 2000, l-Istati Membri m'għandhomx, għal raġunijiet relatati ma' l-apparati protettivi maħsuba biex jipprevienu l-użu mhux awtorizzat: - jirrifjutaw, fir-rigward ta' tip ta' vettura b'żewġ roti jew tlieta jew ta' tip ta' apparat protettiv maħsub biex jipprevieni l-użu mhux awtorizzat, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, - jimpedixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi b'żewġ roti jew tlieta, jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' l-apparati protettivi maħsuba biex jipprevienu l-użu mhux awtorizzat, jekk l-apparati protettivi maħsuba biex jipprevienu l-użu mhux awtorizzat ikunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 93/33/KEE kif emendata b'din id-Direttiva. 2. B'effett mill-1 ta' Lulju 2000, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal kull tip ta' vettura b'żewġ roti jew tlieta għal raġunijiet relatati ma' l-apparati protettivi maħsuba biex jipprevienu l-użu mhux awtorizzat jew kull tip ta' apparat protettiv maħsub biex jipprevieni l-użu mhux awtorizzat jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 93/33/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva, ma jintlaħqux. L-Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999, id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih. Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2000. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza ta' din ix-xorta fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif din ir-referenza għandha ssir. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp irregolat minn din id-Direttiva. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-9 ta' April 1999. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72. [2] ĠU L 188, tad-29.7.1993, p. 32. [3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. [4] ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25. -------------------------------------------------- L-ANNESS 1. Fil-Punt 3.1, it-test ġdid li ġej qed jiġi miżjud: "Apparati protettivi maħsuba biex jipprevienu l-użu mhux awtorizzat approvati għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1 b'mod konformi mad-Direttiva 74/61/KEE jistgħu wkoll jiġu ffittjati fuq vetturi b'żewġ roti jew tlieta." 2. Il-Punt 3.11 qed jinbidel b'dan li ġej: "3.11. Jekk ikun tat-tip 1, 2 jew 3 l-apparat protettiv għandu jkun iddisinjat b'tali mod li l-istering ikun jista' jiġi llokkjat biss f'angolu ta' l-anqas ta' 20o lejn ix-xellug u/jew il-lemin f'relazzjoni mal-pożizzjoni għad-dritt 'il quddiem, bl-eċċezzjoni ta' apparati ddisinjati biex ikunu ffittjati fuq it-triċikli u il-kwadriċikli." 3. Il-Punt 4.1.2. qed jinbidel b'dan li ġej: "4.1.2. Fil-każ ta' l-apparati protettivi tat-tip-3 m'għandux ikun possibbli li wieħed jissettja minn qabel is-sokra permezz ta' azzjoni daparti ta' min juża l-vettura b'mod ikkombinat jew miżjud ma' tidwira taċ-ċavetta. Barra mill-kondizzjonijiet previsiti fil-Punt 3.2.3 u minbarra fil-każ tat-triċikli u l-kwadriċikli, m'għandux ikun possibbli li wieħed ineħħi ċ-ċavetta ladarba s-sokra tkun issettjata minn qabel." --------------------------------------------------