<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-721/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CC0721</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:288">EU:C:2022:288</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Ćapeta – Kawża C‑721/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">DB Station &amp; Service</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali</HT></P><P>ĆAPETA</P><P>ippreżentati fis‑7 ta’ April 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑721/20</P><P>DB Station &amp; Service AG</P><P>vs</P><P>ODEG Ostdeutsche Eisenbahn GmbH</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Berlin, il-Ġermanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasporti ferrovjarji</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 102 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Abbuż minn pożizzjoni dominanti</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/14/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 30</KEYWORD><KEYWORD>Organu ta’ kontroll ferrovjarju</KEYWORD><KEYWORD>Kontroll tat-tariffi fid-dawl tad-dritt tal-kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rabta bejn il-kompetenzi tal-qrati ċivili ma’ dawk tal-organi ta’ kontroll</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din il-kawża tirrigwarda l-kunflitt bejn, minn naħa, il-qofol tal-linja ta’ ġurisprudenza, li ssegwi mis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>CTL Logistics</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑489/15</NO.CASE>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza CTL Logistics<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:834">EU:C:2017:834</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, ikkonfermat b’dik tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210708">8 ta’ Lulju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Koleje Mazowieckie</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑120/20</NO.CASE>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sentenza Koleje Mazowieckie<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:553">EU:C:2021:553</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tistabbilixxi l-ħtieġa, qabel kull azzjoni ġudizzjarja, li jiġu fformulati l-kontestazzjonijiet dwar il-piżijiet [tariffi] ferrovjarji quddiem il-korp regolatorju mwaqqaf bl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Frar 2001 fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-ferrovija, u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-ferrovija u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol 5, p. 404).</P></NOTE>, u min-naħa l-oħra, il-kummentarji dwar l-effett dirett tal-Artikolu 102 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19740130">30 ta’ Jannar 1974</DATE>, <NAME.CASE>BRT u Société belge des auteurs, compositeurs et éditeurs</NAME.CASE> (<NO.CASE>127/73</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:6">EU:C:1974:6</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190328">28 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Cogeco Communications</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑637/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:263">EU:C:2019:263</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li jgħidu li l-qrati nazzjonali għandhom il-ġurisdizzjoni biex jeżaminaw direttament aġir eventwalment abbużiv, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, tal-ġestjonarju tal-infrastruttura meta jiġi biex jistabbilixxi t-tariffi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, il-Kammergericht Berlin (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Berlin, il-Ġermanja) tistaqsi essenzjalment jekk, u jekk ikun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet, il-qrati ċivili jistgħu jistħarrġu l-ammont tat-tariffi għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja fid-dawl tal-Artikolu 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Din id-domanda ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn ODEG Ostdeutsche Eisenbahn GmbH (iktar ’il quddiem l- <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ODEG<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), kumpannija ferrovjarja Ġermaniża u DB Station &amp; Service AG, li topera madwar <FT TYPE="NUMBER">5400</FT> stazzjon u stazzjonijiet ferrovjarji fil-Ġermanja, fir-rigward tar-rimbors tat-tariffi mħallsa mill-ewwel waħda għall-użu tal-istazzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Il-punt 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2001/14 jinkludi l-aċċess tal-binarju għall-faċilitajiet tas-servizzi u l-fornitura tas-servizzi li jirrigwardaw, b’mod partikolari, l-istazzjonijiet tal-passiġġiera, il-bini tagħhom u l-infrastrutturi l-oħrajn.</P></NOTE> operati mit-tieni waħda għall-perijodu ta’ bejn Novembru 2006 u Diċembru 2010.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali, il‑proċedura quddiem il‑Qorti tal-Ġustizzja u d‑domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Is-sussidjarja tad-Deutsche Bahn AG (operatur storiku tas-settur ferrovjarja fil-Ġermanja), DB Station &amp; Service topera stazzjonijiet u stazzjonijiet ferrovjarji f’dan l-Istat Membru. Il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ dawn l-installazzjonijiet huma stabbiliti fil-kuntratti-qafas li hija tikkonkludi mal-impriżi ferrovjarji. Kull użu konkret tal-imsemmija installazzjonijiet hija mbagħad irregolata minn kuntratt separat. L-ammont tat-tariffi huwa stabbilit skont l-iskeda tal-prezzijiet tal-istazzjonijiet, stabbilita minn DB Station &amp; Service, skont il-kategorija u skont il-Land.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>ODEG hija impriża ferrovjarja li tuża l-infrastruttura ta’ DB Station &amp; Service fil-kuntest tal-attività tagħha ta’ trasport ferrovjarju ta’ vjaġġaturi għal distanza qasira<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Mill-informazzjoni kollha disponibbli għall-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li d-destinazzjonijiet proposti minn ODEG huma limitati għall-Ġermanja. Madankollu, dan ma jipprekludix neċessarjament l-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE. F’dan ir-rigward, ara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni - l-<HT TYPE="ITALIC">Linji Gwida dwar il-kunċett tal-effett fuq il-kummerċ li jinsab fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat</HT> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="101" PAGE.FIRST="81" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, C 101, p. 81</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Dawn iż-żewġ impriżi kkonkludew kuntratt-qafas għal dan il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Fl‑1 ta’ Jannar 2005, DB Station &amp; Service introduċiet skeda ġdida ta’ prezzijiet, indikata bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>SPS 05<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. Għal ODEG, din l-iskeda rriżultat f’żieda fit-tariffi tal-infrastruttura li hija ħallset b’riżerva, peress li hija ma kinitx qablet ma’ din iż-żieda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑10 ta’ Diċembru 2009, il-Bundesnetzagentur (l-Aġenzija Federali tan-Networks, il-Ġermanja), bħala organu ta’ kontroll kompetenti, iddikjarat l-SPS 05 bħala invalida filwaqt li żammet l-effett tagħha sal‑1 ta’ Mejju 2010, sabiex tippermetti li tiġi applikata t-tariffa l-ġdida b’effett minn din id-data. F’din id-deċiżjoni, din l-aġenzija stiednet lil-lanjanti sabiex jadixxu lill-qrati ċivili biex jiksbu r-rimbors tal-eċċess imħallas diġà<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P><HT TYPE="ITALIC">Deċiżjoni li tikkonċerna l-prezzijiet tal-istazzjonijiet ta</HT>’ <HT TYPE="ITALIC">DB Station&amp;Service AG</HT> tal-Aġenzija Federali tan-Networks, tal‑10 ta’ Diċembru 2009, fajl Nru 705-07-038, p. 22.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>DB Station &amp; Service ikkontestat l-imsemmija deċiżjoni. Fid-data tat‑23 ta’ Marzu 2010, l-Oberverwaltungsgericht Nordrhein-Westfalen (il-Qorti Amministrattiva Superjuri ta’ Nordrhein-Westfalen, il-Ġermanja) aċċettat l-effett sospensiv ta’ dan ir-rikors. Fil-mument tat-talba għal deċiżjoni preliminari f’din il-kawża, din il-qorti kienet għadha ma ddeċidietx fuq il-mertu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Permezz ta’ diversi rikorsi ppreżentati quddiem il-Landgericht Berlin (il-Qorti Reġjonali ta’ Berlin, il-Ġermanja), ODEG talbet ir-rimbors tal-ammont ta’ tariffi mħallsa bejn Novembru 2006 u Diċembru 2010, inkwantu l-ammont jaqbeż dak li kien ikun dovut skont l-iskeda fis-seħħ preċedentement, jiġifieri l-SPS 99. Il-Landgericht Berlin (il-Qorti Reġjonali ta’ Berlin) laqgħet dawn ir-rikorsi għal raġunijiet ta’ ekwità fuq il-bażi tal-Artikolu 315 tal-Bürgerliches Gesetzbuch<?PAGE NO="3"?> (kodiċi ċivili, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>BGB<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>L-Artikolu 315 tal-BGB, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Determinazzjoni tal-benefiċċju minn parti waħda<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 3 tiegħu:</P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>(1) Jekk il-benefiċċju jrid jiġi stabbilit minn waħda mill-partijiet kontraenti, irid jiġi aċċettat, f’każ ta’ dubju, li din id-determinazzjoni għandha ssir <HT TYPE="ITALIC">ex aequo et bono</HT>.</P><P>[…]</P><P>(3) Meta d-determinazzjoni għandha ssir <HT TYPE="ITALIC">ex aequo et bono</HT>, id-determinazzjoni magħmula ma torbot la lil parti waħda u lanqas lill-oħra ħlief jekk din tkun konformi mal-ekwità. Jekk hija ma tkunx konformi mal-ekwità, hija għandha tiġi stabbilita b’sentenza […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NOTE> li jippermetti lill-qorti li terġa’ tistabbilixxi l-bilanċ kuntrattwali. DB Station &amp; Service ppreżentat appell quddiem il-Kammergericht Berlin (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Berlin) li għaqqdet id-diversi kawżi b’digriet tat‑30 ta’ Novembru 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fil-frattemp, wara talba għal deċiżjoni preliminari, u fil-kuntest ta’ tilwima simili quddiem il-qrati ċivili, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza CTL Logistics, li l-istħarriġ mill-qrati ordinarji dwar kemm huma ġusti t-tariffi fuq il-linji ma jistax jitwettaq indipendentement mis-sorveljanza mwettqa mill-organu ta’ kontroll kompetenti, inkwantu l-kontroll tal-modalitajiet ta’ kalkolu u tal-ammont tat-tariffi fid-dawl tad-Direttiva 2001/14 jaqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-organu ta’ kontroll ferrovjarju stabbilit mill-Artikolu 30 ta’ din id- direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza CTL Logistics, punti 84 u 86.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Wara din is-sentenza, ġew ifformulati talbiet oħra għar-rimbors quddiem l-Aġenzija federali tan-networks. Permezz ta’ deċiżjoni tal‑11 ta’ Ottubru 2019, din ċaħdet bħala li huma inammissibbli r-rikorsi ta’ diversi impriżi ferrovjarji li permezz tagħhom dawn talbu li tiġi mistħarrġa, <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, il-legalità tas-SPS 05 bil-għan li jiġi rrimborsat l-ammont eċċessiv tat-tariffi minħabba li tali talbiet kienu allura preskritti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P><HT TYPE="ITALIC">Deċiżjoni Nru BK10-19-0011 E</HT>, tal-Aġenzija Federali tan-Networks, tal‑11 ta’ Ottubru 2019.</P></NOTE>. Din id-deċiżjoni hija s-suġġett ta’ rikors li, fil-mument tat-talba għal deċiżjoni preliminari f’din il-kawża, kienet dejjem pendenti quddiem il-Verwaltungsgericht Köln (il-Qorti Amministrattiva ta’ Köln, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-Kammergericht Berlin (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Berlin) issostni li r-riżoluzzjoni tat-tilwima miġjuba quddiemha tiddependi mill-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/14 li hija applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> u <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, din il-qorti tistaqsi jekk l-insenjamenti tas-sentenza CTL Logistics japplikawx <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-istħarriġ ta’ dawn it-tariffi fid-dawl tal-Artikolu 102 TFUE u fid-dawl tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni li jipprojbixxi l-abbuż minn pożizzjoni dominanti. Fil-fatt, wara s-sentenza f’dik il-kawża, hija din il-bażi legali li l-kawża prinċipali tikkontesta llum fl-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tindika li diversi qrati ċivili Ġermaniżi rrispondew fl-affermattiv għal din id-domanda. Fil-fatt, huma kkunsidraw li l-prinċipji misluta mis-sentenza CTL Logistics jipprekludu lil dawn milli jiddeċiedu fuq azzjonijiet għal rimbors qabel mal-organu ta’ kontroll kompetenti jkun adotta deċiżjoni finali f’dan ir-rigward. Min-naħa l-oħra, f’sentenza tad‑29 ta’ Ottubru 2019, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Trassenentgelte<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> (tariffi tal-linji tal-ferroviji)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>KZR 39/19, DE:BGH:2019:291019UKZR39.19.0.</P></NOTE>, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja) ikkonstatat li l-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE mill-qrati ċivili hija possibbli mingħajr ma tkun meħtieġa deċiżjoni finali mill-organu ta’ kontroll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, jeżistu raġunijiet tajbin biex wieħed jitbiegħed mill-pożizzjoni li ddefendiet il-qorti suprema ċivili Ġermaniża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għalkemm is-sentenza CTL Logistics kienet tikkonċerna l-inkompatibbiltà tal-istħarriġ tal-ekwità previst mid-dritt ċivili Ġermaniż mad-Direttiva 2001/14, il-motivi tagħha jistgħu jiġu trasposti għall-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni mill-qrati ċivili. Fil-fatt, l-intervent ta’ dawn tal-aħħar, indipendentement mill-organu ta’ kontroll, jista’ joħloq sitwazzjoni ta’ inugwaljanza billi jippermetti lil ċerti impriżi ferrovjarji li jħallsu tariffi għall-infrastruttura inqas għoljin. Tali vantaġġ imur kontra l-għan ċentrali tad-Direttiva 2001/14, li jikkonsisti li jiġi żgurat aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura ferrovjarja u biex tkun permessa għaldaqstant kompetizzjoni ġusta. L-istħarriġ magħmul mill-qrati ċivili jkun jikkostitwixxi, barra minn hekk, ksur tal-kompetenza esklużiva tal-organu ta’ kontroll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qrati nazzjonali kienu obbligati japplikaw l-Artikolu 102 TFUE direttament, il-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma ddeċidietx il-kwistjoni dwar jekk dan l-obbligu japplikax ukoll fil-każijiet fejn organu ta’ kontroll, li d-deċiżjonijiet tiegħu huma suġġetti għall-istħarriġ ġudizzjarju, huwiex responsabbli mis-sorveljanza tat-tariffi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fl-aħħar, permezz tas-sentenza tagħha tal‑1 ta’ Settembru 2020, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Stationspreissystem II<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>KZR 12/15,:DE:BGH:2020:010920UKZR12.15.0.</P></NOTE>, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li l-Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2001/14 ma jagħtix lill-organu ta’ kontroll kompetenza biex jiddeċiedi fuq it-tariffi diġà mħallsa u inqas u inqas biex jordna r-rimbors. Minn dan, dik il-qorti ddeduċiet li l-istħarriġ tal-abbużi taħt l-Artikolu 102 TFUE ma jinterferixxix mal-kompetenzi tal-organu ta’ kontroll, peress li dan il-kontroll huwa limitat għall-għoti ta’ danni għall-aġir tal-impriżi fil-passat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju ssostni li din l-analiżi tad-dritt tal-Unjoni hija żbaljata. Min-naħa, ebda element fid-Direttiva 2001/14 ma jista’ jikkorrobora l-interpretazzjoni li tgħid li l-organu ta’ kontroll jiddeċiedi biss <HT TYPE="ITALIC">pro futuro</HT>. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 102 TFUE jippermetti l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li jikkonstataw in-nullità tal-atti jew jordnaw it-twaqqif ta’ aġir. Mill-bqija, anki r-rimbors tat-tariffi rċevuti fil-passat jista’ jwassal għal distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u jinterferixxi mal-għanijiet tad-Direttiva 2001/14. Skont il-qorti tar-rinviju, dawn il-kunsiderazzjonijiet juru li l-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) kellha tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’domandi preliminari f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Kammergericht Berlin (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Berlin) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.P><TXT>Il-fatt li qrati ċivili nazzjonali jeżaminaw f’kull każ individwalment u indipendentement mis-sorveljanza eżerċitata mill-korp regolatorju [organu ta’ kontroll], fir-rigward tal-kriterji previsti fl-Artikolu 102 TFUE u/jew skont id-dritt nazzjonali dwar l-akkordji, l-ammont tat-tariffi mitluba huwa konformi mad-[Direttiva 2001/14]– b’mod partikolari mad-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-indipendenza ta’ ġestjoni tal-impriża ta’ infrastruttura (Artikolu 4), il-prinċipji applikabbli għall-iffissar tat-tariffi (Artikoli 7 sa 12) u l-kompiti tal-korp regolatorju (Artikolu 30)?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: kontroll tal-abbużi permezz tal-qrati ċivili nazzjonali fir-rigward tal-kriterji previsti fl-Artikolu 102 TFUE u/jew skont id-dritt nazzjonali dwar l-akkordji huwa ammissibbli u meħtieġ, anki jekk l-impriżi ta’ trasport ferrovjarju ikollhom il-possibbiltà li jeżaminaw in-natura xierqa tat-tariffi li tħallsu permezz tal-korp regolatorju kompetenti? Il-qrati ċivili nazzjonali huma obbligati li jistennew deċiżjoni f’dan ir-rigward mill-korp regolatorju u, sa fejn din id-deċiżjoni tkun ikkontestata legalment, skont il-każ, in-natura definittiva tagħha?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati minn DB Station &amp; Service, ODEG u mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li ser nanalizza flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2001/14 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li, indipendentement mis-sorveljanza mwettqa mill-organu ta’ kontroll, il-qrati ċivili għandhomx kompetenza biex, fid-dawl tal-Artikolu 102 TFUE, jieħdu konjizzjoni ta’ talbiet magħmula minn impriża ferrovjarja u li jirrigwardaw ir-rimbors tal-eċċess ta’ tariffi mħallas indebitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Ir-raġuni prinċipali li għaliha l-qorti tar-rinviju tiddubita dwar il-kompetenza tagħha fil-kawża prinċipali qiegħda fl-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża CTL Logistics u kkonfermata fil-kawża Koleje Mazowieckie (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>linja tal-ġurisprudenza<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), li tgħid li d-Direttiva 2001/14 tagħti kompetenza esklużiva lill-organu ta’ kontroll fuq it-tariffi ffissati mill-ġestjonarju tan-network ferrovjarju, li tipprekludi għaldaqstant lill-qrati ċivili nazzjonali milli jippronunzjaw ruħhom fuq il-legalità ta’ dawn it-tariffi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Jeżistu diversi modi kif tingħata risposta għad-domanda magħmula f’din il-kawża. L-ewwel possibbiltà hija li tiġi applikata l-linja ta’ ġurisprudenza għad-domanda tal-kompetenza tal-qrati nazzjonali biex jieħdu konjizzjoni tat-talbiet magħmula fuq il-bażi tal-Artikolu 102 TFUE. Din l-applikazzjoni ser twassal biex jiġi konkluż li l-qrati nazzjonali ma jistgħux jiddeċiedu fuq il-validità tat-tariffi ferrovjarju peress li dan ikun jikkostitwixxi interferenza fuq il-kompetenza esklużiva tal-organu ta’ kontroll. Kif ser nispjega (A), ma jidhirlix li tali soluzzjoni hija konformi mal-ġurisprudenza dwar il-kompetenza tal-qrati li tirriżulta mill-effett dirett tal-Artikolu 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>It-tieni possibbiltà tikkonsisti filli jiġi kkunsidrat li l-qrati nazzjonali li jiddeċiedu fuq il-bażi tal-Artikolu 102 TFUE għandhom il-kompetenza indipendenti biex jiddeċiedu fuq it-tariffa. Biex wieħed jasal għal tali konklużjoni, ikun jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn is-sitwazzjoni ta’ dan il-każ minn dawk li ppreżentaw ruħhom fil-kawżi CTL Logistics u Koleje Mazowiecke. Kif ser nispjega, jiena tal-fehma li tali distinzjoni ma hijiex raġonevolment possibbli (B). Ser nissuġġerixxi għaldaqstant lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkunsidra mill-ġdid din il-linja ta’ ġurisprudenza (C). Fl-aħħar, ser nindirizza t-tieni parti tad-domandi tal-qorti tar-rinviju (D).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Traspożizzjoni tal‑linja ta’ ġurisprudenza eżistenti f’każ ta’ invokazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fil-linja ta’ ġurisprudenza inkwistjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-organu ta’ kontroll, stabbilit skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14, għandu kompetenza esklużiva biex jiddeċiedi fuq it-tariffi imposti mill-ġestjonarju tal-infrastruttura. Konsegwentement, hija kkonkludiet li<?PAGE NO="6"?> l-applikazzjoni diretta tal-leġiżlazzjoni ferrovjarja dwar it-tariffi mill-qorti nazzjonali jindaħlu fuq il-kompetenza esklużiva ta’ dan l-organu ta’ kontroll<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi CTL Logistics, punti 84 u 86, kif ukoll Koleje Mazowieckie, punti 53 u 54.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>It-traspożizzjoni tal-interpretazzjoni bbażata fuq din il-linja ta’ ġurisprudenza f’każ ta’ invokazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE twassal għall-konklużjoni li l-qorti ċivili li tiddeċiedi fuq il-bażi ta’ dan l-Artikolu 102 TFUE ma tkunx għadha tista’ tiddeċiedi fuq il-validità tat-tariffi deċiżi mill-ġestjonarju tal-infrastuttura. DB Station &amp; Service tidher li taqbel ma’ din is-soluzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-punt dwar jekk tariffa ġietx imposta effettivament mill-ġestjonarju tan-network bi ksur tar-regoli li jirregolaw dawn it-tariffi, imsemmija fil-Kapitolu II tad-Direttiva 2001/14, hija fażi neċessarja biex wieħed jasal għad-deċiżjoni dwar il-kumpens tat-tariffi (preżunti) imħallsa indebitament. Li qorti nazzjonali, li tiddeċiedi dwar talba għal kumpens, tkun obbligata titlob li l-parti tas-silloġiżmu deċiżjonali tagħha tkun riżolta b’istanza differenti tidher li tmur kontra l-ġurisprudenza stabbilita li tirrigwarda l-effett dirett tal-Artikolu 102 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Skont din il-ġurisprudenza, riprodotta mil-leġiżlatur fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Regolament tal-Kunsill tas‑16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol 2, p. 205).</P></NOTE>, il-qrati nazzjonali huma awtorizzati japplikaw l-Artikoli 81 u 82 KE (li saru l-Artikoli 101 u 102 TFUE) indipendentement u b’mod parallel mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Ikun possibbli li wieħed jikkontempla sistema fejn l-organu regolatorju indipendenti jkun awtorizzat isolvi t-tilwim bejn il-ġestjonarju tan-network u l-operaturi ferrovjarji li jikkonċernaw it-tariffi u li jagħti rimedji effettivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Fis-setturi tal-elettriċità jew tat-telekomunikazzjonijiet, l-istrumenti rispettivi jipprovdu li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma responsabbli biex jiżguraw ir-riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-impriżi (ara l-Artikolu 5(1)(b) tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="321" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 321, p. 36</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="334" PAGE.FIRST="164" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 334, p. 164</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="419" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 419, p. 36</REF.DOC.OJ>) u l-Artikolu 59 tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="158" PAGE.FIRST="125" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 158, p. 125</REF.DOC.OJ>)).</P></NOTE>. F’dak il-każ, li jiġi impost obbligu proċedurali biex wieħed jipprova jsolvi t-tilwima quddiem tali istanza ta’ kontroll qabel ma jadixxi lill-qrati ma jkunx, fil-fehma tiegħi, neċessarjament kontra l-kunċett ta’ effett dirett tal-Artikolu 102 TFUE. Tali soluzzjonijiet jeżistu f’oqsma diversi tas-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri, kif ukoll f’dik tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Dan hu l-każ fl-Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, li jgħid li r-rikors għall-qrati kompetenti tal-Unjoni huwa ammissibbli biss jekk preċedentement ġiet adita l-Awtorità tal-Ħatra. Ara, fuq dan is-suġġett, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il-<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Missir Mamachi di Lusignano</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑54/20 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1025">EU:C:2021:1025</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-parti l-kbira tal-każijiet, l-awtorità li għaliha l-applikant għandu jirrikorri qabel ma jadixxi lill-qorti hija awtorizzata tagħti lil dan l-applikant id-dritt li huwa jitlob.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Dan ma jidhirx li huwa l-każ hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-organu ta’ kontroll għandu kontroll limitat, li ma jestendix għal kompetenza ġenerali ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Is-setgħat tal-organu ta’ kontroll huma rregolati mill-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14.</P></NOTE>. Fi kwalunkwe każ, jidher li dan l-organu ma jistax jieħu konjizzjoni ta’ talbiet pekunjarji, bħalma huma dawk li għandhom bħala għan il-kumpens għad-danni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara d-deċiżjoni ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Għaldaqstant, l-organu ta’ kontroll stess jidher li għandu tali rappreżentazzjoni tal-uffiċċju tiegħu, peress li huwa paċifiku li dan l-organu kien stieden lill-impriżi ferrovjarji biex jadixxu lill-qrati ċivili għall-parti pekunjarja tat-talbiet tagħhom.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Din hija l-ewwel raġuni li għaliha jiena naħseb li t-traspożizzjoni tal-linja ta’ ġurisprudenza ma hijiex konformi mal-effett dirett tal-Artikolu 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>It-tieni raġuni li għaliha ma huwiex mixtieq li l-istħarriġ ġudizzjarju taħt l-Artikolu 102 TFUE jkun suġġett għad-deċiżjoni finali minn qabel tal-organu ta’ kontroll (li tinkludi wkoll l-istanzi ta’ stħarriġ ġudizzjarju ta’ din id-deċiżjoni) hija li din tkun tista’, fiċ-ċirkustanzi bħalma huma dawk ta’ dan il-każ, tinvolvi l-ksur tad-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Ċertament, l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2001/14 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[]l-korp regolatorju għandu jiddeċiedi fuq kull ilment u jieħu azzjoni biex jirrimedja s-sitwazzjoni <HT TYPE="ITALIC">fi żmien massimu ta’ xahrejn</HT> minn meta jirċievi l-informazzjoni kollha<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li dan it-terminu nqabeż b’ħafna u li l-istanzi mibdija ilu iktar minn għaxar snin għad ma għandhomx riżultat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Jiena nifhem il-ħtieġa li jiġi ppriservat l-effett utli tar-rwol tar-regolatur tal-organu ta’ kontroll. Madankollu, ir-rekwiżiti li joħorġu minn protezzjoni ġudizzjarja effettiva f’terminu raġonevoli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑10 ta’ Frar 2022, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (Terminu ta’ preskrizzjoni) (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑219/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:89">EU:C:2022:89</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> huma daqstant imperattivi u jimmilitaw għar-rikonoxximent parallel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Tali rikonoxximent parallel jippermetti wkoll li jiġi evitat li l-istħarriġ ġudizzjarju jikkostitwixxi min-naħa l-oħra l-unika rimedju ġudizzjarju.</P></NOTE> tal-kompetenza tal-qrati nazzjonali f’ċirkustanzi bħalma huma dawk tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, jidhirli li l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/14 kif tirriżulta mis-sentenzi CTL Logistics u Koleje Mazowieckie ma għandhiex tiġi trasposta għaċ-ċirkustanzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali u li ma jixraqx li din tiġi estiża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Twettiq ta’ distinzjoni bejn il‑linja ta’ ġurisprudenza eżistenti u l‑ġurisprudenza li stabbilixxiet l‑effett dirett tal‑Artikolu 102 TFUE</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Skont it-tieni soluzzjoni, id-Direttiva 2001/14 għandha tiġi interpretata bħala li ma tostakolax deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali li tiddeċiedi fuq il-bażi tal-Artikolu 102 TFUE fuq il-validità jew l-invalidità tat-tariffi ferrovjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>ODEG u l-Kummissjoni jidher li jaqblu ma’ din il-pożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Din is-soluzzjoni tinneċessità madankollu li ssir distinzjoni bejn din il-kawża miċ-ċirkustanzi li fuqhom huma bbażati l-kawżi CTL Logistics u Koleje Mazowieckie.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk kawża ġdida tidher, fil-fatti ġuridikament rilevanti, essenzjalment simili għall-kawża li fiha tkun ġiet stabbilita xi regola, jeħtieġ, fil-prinċipju, li tiġi applikata din ir-regola għal din il-kawża ġdida. Jekk wieħed irid, madankollu, jevita l-applikazzjoni tal-imsemmija regola, jeħtieġ li wieħed ifittex punt ta’ differenza li jiġġustifika li ssir distinzjoni bejn l-ewwel kawża u t-tieni waħda<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara Tridimas, T., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Precedent and the Court of Justice, A Jurisprudence of Doubt?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> f’Dickinson J., Eleftheriadis, P. (Ed.), <HT TYPE="ITALIC">Philosophical Foundations of EU Law</HT>, OUP, Oxford, 2012, p. 307 sa 330; Jacobs, M., <HT TYPE="ITALIC">Precedents and Case-Based Reasoning in the European Court of Justice</HT>, CUP, Cambridge, 2014, p. 127 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-operatur ferrovjarju (ODEG) talab fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja kumpens għat-tariffi li huwa ħallas lill-operatur tan-network iżda li huwa kien iqis bħala li mhux dovuti, peress li dawn it-tariffi jingħad li ġew imposti bi ksur tad-dritt applikabbli. Fl-ewwel istanza, ODEG talab ir-rimbors tad-differenza bejn it-tariffa l-qadima u dik ġdida li huwa kkunsidra bħala invalida<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Jeħtieġ li jitfakkar li l-organu ta’ kontroll iddeċieda li t-tariffa 2005 kienet fil-fatt tikser ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/14. Madankollu, din id-deċiżjoni ġiet ikkontestata minn DB Station &amp; Service u d-deċiżjoni ġudizzjarja finali għadha pendenti. F’dan ir-rigward, ara l-punt 8 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Il-bażi ta’ tali azzjoni – l-Artikolu 315 tal‑BGB – ġiet issostitwita mill-Artikolu 102 TFUE fl-appell (wara s-sentenza CTL Logistics u xi emendi fil-leġiżlazzjoni Ġermaniża)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 13 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> u s-suġġett tat-talba tikkonsisti llum f’talba għal kumpens (flok talba għal rimbors). Bl-istess mod barra minn hekk, is-<HT TYPE="ITALIC">sustanza</HT> tat-talba magħmula mir-rikorrent fil-kawża prinċipali ma tbiddlitx bejn l-ewwel istanza u l-appell, jiġifieri r-rimbors ta’ dan l-eċċess. Hija biss id-dispożizzjoni invokata insostenn ta’ din it-talba li tbiddlet, peress li l-Artikolu 102 TFUE fil-frattemp issostitwixxa l-Artikolu 315 tal-BGB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>It-talba ppreżentata mir-rikorrenti fil-kawża CTL Logistics kienet ukoll ibbażata fuq l-Artikolu 315 tal-BGB u kienet tirrigwarda r-rimbors tad-differenza bejn it-tariffa l-qadima u t-tariffa l-ġdida (tal‑2005), peress li din tal-aħħar kienet ikkunsidrata bħala inġusta. Fil-kawża Koleje Mazowieckie, it-talba kienet tal-istess tip. Ir-rikorrent talab id-danni, kemm lill-Istat kif ukoll lill-ġestjonarju tan-network, talli awtorizza l-impożizzjoni tal-prezz allegatament bi ksur tal-prinċipji tad-Direttiva 2001/14. Il-bażi ta’ din it-talba kienet ir-responsabbiltà tal-Istat għad-danni li joħorġu mill-ksur tal-obbligi li huwa għandu skont id-dritt tal-Unjoni in segwitu għall-kawżi Francovich <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tad‑<DATE ISO="19911119">19 ta’ Novembru 1991</DATE>, (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑6/90 u C‑9/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:428">EU:C:1991:428</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> kif ukoll Brasserie du pêcheur u Factortame<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tal‑5 ta’ Marzu 1996 (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑46/93 u C‑48/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:79">EU:C:1996:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-leġiżlazzjoni Pollakka applikabbli fil-kawża Koleje Mazowieckie kienet tipprovdi barra minn hekk responsabbiltà iktar stretta mill-kunċett Ewropew korrispondenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fit-tliet każijiet, indipendentement mill-bażi legali tal-azzjoni, il-qrati nazzjonali kienu aditi b’talbiet għar-restituzzjoni jew kumpens li kienu jeħtieġu li huma jiddeċiedu fuq il-validità tat-tariffi previsti fil-kuntratt għall-użu tan-network ferrovjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ftit jimporta l-mod li bih it-tariffi ġew ikkontestati, il-leġiżlazzjoni tal-kompetizzjoni fis-settur ferrovjarju kienet applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni, fil-fehma tiegħi, il-kawża prinċipali ma tiddistingwix ruħha abbażi ta’ ċirkustanzi li kienu rilevanti għall-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/14 fil-linja ta’ ġurisprudenza. Dan peress, kemm jekk wieħed jieħu l-problema minn lat jew minn ieħor, fl-aħħar mill-aħħar, it-tliet kawżi jikkonċernaw fil-fatt talba għal kumpens pekunjarju b’riferenza għall-eċċess ta’ tariffi imħallsa indebitament. Barra minn hekk, fil-każijiet kollha inkwistjoni, il-fondatezza ta’ din it-talba kienet tiddependi mill-punt dwar jekk it-tariffa kinitx imposta jew le skont id-Direttiva 2001/14.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Minħabba x-xebh fiċ-ċirkustanzi rilevanti, x’fatturi oħra jistgħu jiġġustifikaw li din il-kawża inkwistjoni tiġi individwata sabiex tinżamm il-linja ta’ ġurisprudenza preċedenti?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Is-sentenza CTL Logistics tista’ tkun iġġustifikata minħabba raġunijiet proprji għal dik il-kawża. Il-qorti nazzjonali kellha, fuq il-bażi tal-Artikolu 315 tal-BGB, is-setgħa li tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ex equo et bono</HT> u li tistabbilixxi hija stess in-natura ġusta tat-tariffa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat f’dik is-sentenza li din id-dispożizzjoni nazzjonali, billi tinsisti esklużivament fuq ir-razzjonalità ekonomika tal-kuntratt individwali, kienet tmur kontra l-fatt li huma biss it-tariffi bbażati fuq kriterji uniformi li jistgħu jiggarantixxu l-politika fil-qasam tat-tariffi preskritta mid-Direttiva 2001/14<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza CTL Logistics, punt 74. Madankollu minix konvinta minn dan l-argument peress li l-qorti ċivili li tiddeċiedi fuq il-lealtà tal-prezz ma setgħetx tikser il-prinċipju tal-iffissar tat-tariffi preskritt fid-Direttiva 2001/14. Ara, f’dan is-sens, konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CTL Logistics</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑489/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:901">EU:C:2016:901</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant, seta’ jiġi argumentat li din il-proċedura partikolari kkontemplata fid-dritt nazzjonali kienet tipperikola l-effett utli ta’ din id-direttiva billi tagħti lill-qrati nazzjonali s-setgħa li jiddeċiedu liema jkunu l-ammonti ġusti tat-tariffi f’każijiet individwali. Tali setgħa tista’ titqies bħala li hija inkompatibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Anki jekk ma jistax jiġi injorat il-fatt li din is-setgħa hija limitata bl-obbligu tal-qorti nazzjonali li tapplika d-Direttiva 2001/14. F’dan ir-rigward, ara l-punt 71 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> mas-sistema ta’ determinazzjoni tat-tariffi għall-użu tan-network ferrovjarju previst mill-imsemmija direttiva u mpoġġi taħt il-kontroll tal-organu ta’ kontroll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Din l-eventwali eċċess tas-setgħat tal-qrati nazzjonali skont l-Artikolu 315 tal-BGB meta mqabbla ma’ dawk tal-organu ta’ kontroll taħt id-Direttiva 2001/14 ġiet eventwalment eliminata mil-leġiżlatur Ġermaniż, li eskluda l-applikazzjoni tal-Artikolu 315 tal-BGB għall-ftehimiet bejn il-ġestjonarju tan-network u l-operaturi fis-settur ferrovjarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Dan it-tibdil leġiżlattiv seħħ wara diversi kontrovserji akkademiċi u politiċi fil-Ġermanja. Mill-punt 13 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CTL Logistics</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑489/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:901">EU:C:2016:901</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[i]d-dibattitu intern iġġenerat minn din it-tendenza ġudizzjarja jidher li kiseb il-portata ta’ kunflitt istituzzjonali reali, bħalma juri fost oħrajn in-nuqqas ta’ qbil espress mill-Bundesrat (kunsill federali, il-Ġermanja) mal-proposta, li tinsab fl-abbozz ta’ liġi li temenda l-leġiżlazzjoni ferrovjarja u li tittrasponi d-Direttiva 2012/31, li tiġi eskluża b’mod espliċitu l-applikazzjoni tal-Artikolu 315 tal-BGB fil-qasam ta’ applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Fl-aħħar mill-aħħar, jidher (peress li l-Gvern Ġermaniż ma pparteċipax f’din il-proċedura) li l-leġiżlatur Ġermaniż intervjena biex jiddikjara l-Artikolu 315 tal-BGB inapplikabbli għal sitwazzjoni bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali (punt 14 tal-imsemmija konklużjonijiet).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għalkemm, konsegwentement, il-kawża CTL Logistics kienet limitata għas-sitwazzjoni partikolari tal-qrati li jiddeċiedu <HT TYPE="ITALIC">ex aequo et bono</HT> u li għandhom is-setgħa li jistabbilixxu tariffa ġusta f’każijiet partikolari, dan jista’ jippermetti li jiddistingwi ċ-ċirkustanzi tal-kawża CTL Logistics minn dawk ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Madankollu, mhux biss il-motivi tas-sentenza CTL Logistics huma tali li jissuġġerixxu applikazzjoni iktar ġenerali, imma jidhirli li sar diffiċli li wieħed jikkonċepixxi l-linja ta’ ġurisprudenza wara l-għoti tas-sentenza Koleje Mazowieckie. Din l-aħħar deċiżjoni tenniet il-pożizzjoni mibdija mis-sentenza CTL Logistics, li tgħid li l-organu ta’ kontroll jista’ jinvalida t-tariffi, u estendietha għall-ipoteżi tal-proċedura ġudizzjarja li tikkontesta r-responsabbiltà tal-Istat minħabba traspożizzjoni ħażina tad-Direttiva 2001/14.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fil-kawża Koleje Mazowieckie, il-qorti nazzjonali kellha quddiemha l-ħtieġa li tiddeċiedi jekk it-traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva 2001/14, li ppermettiet l-iffissar tat-tariffa li r-rikorrent kien ikkunsidra bħala illegali, kinitx konformi ma’ din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Il-qorti nazzjonali kellha tiddeċiedi dwar il-validità tat-tariffa filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kkonstatat in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tal-Istat Pollakk fit-traspożizzjoni tad-direttiva 2001/14(sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑512/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:338">EU:C:2013:338</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Minkejja kuntest differenti tas-sentenza CTL Logistics, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li din il-ġurisprudenza kienet kompletament applikabbli fil-kawża kkonċernata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza Koleje Mazowieckie, punt 52.</P></NOTE>. Ir-raġuni kienet li l-ewwel ġustifikazzjoni prinċipali biex tiġi miċħuda l-kompetenza tal-qorti nazzjonali biex tiddeċiedi dwar il-validità tat-tariffi kienet l-istess, jiġifieri d-diverġenza possibbli tad-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Fuq dan l-argument, ara l-punti 64 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Issa din il-possibbiltà ta’ diverġenzi fid-deċiżjoni ta’ konformità tat-tariffi mad-Direttiva 2001/14 teżisti wkoll fil-kawżi li jiġu deċiżi fuq il-bażi tal-Artikolu 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>It-tieni ġustifikazzjoni prinċipali fil-linja ta’ ġurisprudenza preċedenti kienet li l-qrati nazzjonali jsolvu każijiet individwali, ħaġa li tista’ għaldaqstant twassal ukoll għal sitwazzjoni fejn l-operatur li jkun rebaħ il-kawża jikseb neċessarjament vantaġġ meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu li ma jkunux ippreżentaw tali rikors<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenzi CTL Logistics, punt 95, u Koleje Mazowieckie, punt 51.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Hawn ukoll, dan l-ilment japplika wkoll għal tilwim li fihom il-qrati nazzjonali jiddeċiedu fuq il-bażi tal-Artikolu 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jidhirx li huwa possibbli li din il-kawża tiġi kkunsidrata bħala differenti mill-kawżi tal-linja ta’ ġurisprudenza preċedenti fuq il-kunsiderazzjoni li l-ġustifikazzjonijiet prinċipali proposti f’dawn il-kawżi ma humiex applikabbli għal kawża ineżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fl-aħħar, is-sentenza Koleje Mazowieckie illimitat il-possibbiltà li tindividwa s-sentenza CTL Logistics abbażi ta’ loġika ta’ ġerarkija tar-regoli. Jekk wieħed jista’ jafferma li din il-kawża hija individwata abbażi tas-supremazija tal-Artikolu 102 TFUE bħala bażi legali li fuqha l-qorti nazzjonali hija mitluba tiddeċiedi fir-rigward tal-validità tat-tariffi, ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru inkwistjoni fil-kawża Koleje Mazowieckie tirriżulta wkoll mid-dritt primarju, jiġifieri l-effett dirett tad-dritt tal-Unjoni u tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Għaldaqstant jidher li huwa diffiċli li ssir distinzjoni bejn din il-kawża u l-linja ta’ ġurisprudenza preċedenti fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi li fihom id-diversi kawżi seħħew u tad-drittijiet li l-partijiet ipprovaw jinvokaw. Huwa diffiċli wkoll li din il-kawża tiġi individwata fuq il-bażi tal-inapplikabbiltà tal-istess ġustifikazzjonijiet għall-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/14, fis-sens li din tagħti lill-organu ta’ kontroll kompetenza esklużiva biex jiddeċiedi fuq il-validità tat-tariffi. Finalment, id-distinzjoni lanqas ma tista tkun ibbażata fuq il-ġerarkija tar-regoli li jagħtu, lill-qrati nazzjonali, s-setgħa għad-deċiżjoni fir-rigward tal-validità tat-tariffi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Dan iwassalni għat-tielet soluzzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Rikunsiderazzjoni tal‑linja ta’ ġurisprudenza eżistenti</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Il-linja ta’ ġurisprudenza li toħroġ mis-sentenzi CTL Logistics u Koleje Mazowieckie ma għandhiex tiġi trasposta għaċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża u lanqas ma huwa possibbli li ssir distinzjoni bejn din il-linja u ċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Meta wieħed iqis kollox, jidhirli għaldaqstant li huwa neċessarju li tiġi proposta lill-Qorti tal-Ġustizzja t-tielet soluzzjoni li tikkonsisti f’rikunsiderazzjoni tal-imsemmija linja ta’ ġurisprudenza, mhux biss meta jiġi invokat l-Artikolu 102 TFUE, imma wkoll, għall-omoġeneità u skont l-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2001/14, indipendentement mill-bażi li sservi ta’ bażi legali tat-talba tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>applikant<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ma hemm ebda raġuni biex id-Direttiva 2001/14 tiġi interpretata bħala li tagħti lill-organu ta’ kontroll is-setgħa esklużiva ta’ evalwazzjoni tal-validità tat-tariffi. Dan għaliex id-dritt tal-Unjoni fih mekkaniżmi intiżi li jipprevjenu r-riskju ta’ diverġenzi (1) u minħabba li tali esklużività ta’ setgħat ma tidhirx li tirriżulta mis-sistema kkontemplata mid-Direttiva 2001/14 (2).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑prevenzjoni tar‑riskji ta’ diverġenzi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Il-ġustifikazzjoni prinċipali, proposta mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża CTL Logistics u riprodotta fil-kawża Koleje Mazowieckie, kienet ir-riskju ta’ diverġenzi fl-interpretazzjoni tat-tariffi ferrovjarji li jistgħu jirriżultaw mid-deċiżjonijiet differenti tal-qrati ċivili nazzjonali. L-eventwali diverġenza kienet meqjusa bħala li tmur kontra l-għan tad-Direttiva 2001/14 u r-<HT TYPE="ITALIC">raisons d’être</HT> tat-twaqqif tal-organu ta’ kontroll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Ċerti deċiżjonijiet nazzjonali li għalihom tirreferi l-qorti tar-rinviju rriproduċew dan l-argument, li din il-qorti tagħmel tagħha wkoll u li ġie riprodott ukoll minn DB Station &amp; Service fl-osservazzjonijiet tagħha ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Kulħadd aċċetta dan l-argument u ttrasponieh fis-sitwazzjonijiet li fihom id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fuq il-bażi tal-Artikolu 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Dan ir-riskju ta’ diverġenzi huwa verament daqshekk kbir u huwa differenti fis-sitwazzjoni fejn il-kompetenza ta’ qorti tkun ibbażata fuq l-Artikolu 315 tal-BGB, fuq ir-responsabbiltà tal-Istat Membru jew fuq l-Artikolu 102 TFUE?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Mingħajr ma hu possibbli li tiġi eskluża totalment l-eżistenza ta’ tali diverġenzi fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet konkreti u l-applikazzjoni tagħhom għal kull fatt ta’ din il-kawża, huwa importanti li wieħed jiftakar li l-okkorrenza eventwali ta’ diverġenzi tagħmel parti minn proċess ta’ integrazzjoni reġjonali bħalma hija dik tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Għaldaqstant din ma hijiex kwistjoni dwar jekk id-diverġenzi jistgħux iseħħu, imma jekk jeżistux modalitajiet ta’ kontroll jew ta’ koordinazzjoni li jippermettu li jiġi evitat li dawn l-eventwali diverġenzi jipperpetwaw u jimmoltiplikaw ruħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-obbligu tal-qrati nazzjonali li japplikaw id-dritt tal-Unjoni, flimkien mar-rinviju għal deċiżjoni preliminari stabbilit fl-Artikolu 267 TFUE, huwa kkontemplat mit-trattati biex jissalvagwardja l-uniformità neċessarja tad-dritt tal-Unjoni. Din il-kawża u, preċedentement, is-sentenzi CTL Logistics u Koleje Mazowieckie, jikkostitwixxu l-eżempju perfett tal-effikaċità tal-mekkaniżmu tal-Artikolu 267 TFUE, peress li t-talbiet għal deċiżjoni preliminari ġew ifformulati f’dawn il-kawżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Ir-riskju li l-intervent tal-qrati ċivili jkun is-sors ta’ diverġenzi possibbli jidhirli għaldaqstant li huwa esaġerat. Fil-fatt, dawn il-qrati huma obbligati japplikaw ir-regoli kollha tad-dritt tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva 2001/14.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, anki minn kampi tad-dritt bħalma huwa d-dritt ċivili, dawn ir-regoli ġuridiċi qatt ma huma awtonomi. Il-qrati nazzjonali, anki ċivili, għandhom għaldaqstant jadottaw interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Kemm jekk ikunu jridu jiddeċiedu dwar kemm huma ġusti t-tariffi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara, f’dan ir-rigward, konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CTL Logistics</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑489/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:901">EU:C:2016:901</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, jew fuq it-traspożizzjoni żbaljata tad-Direttiva 2001/14, li kienet tippermetti li tiġi stabbilita kuntrattwalment it-tariffa f’ammont li jmur kontra d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, jew ukoll fuq l-abbuż minn pożizzjoni dominanti li mmanifesta ruħu bl-impożizzjoni ta’ tariffi eċċessivi, dawn il-qrati ma jistgħux jevitaw l-applikazzjoni tal-imsemmija direttiva. Il-prinċipji li jiddeterminaw<?PAGE NO="12"?> l-istabbiliment tat-tariffa, imsemmija fil-Kapitolu II ta’ din l-istess direttiva, ma jistgħu jiġu evitati fl-ebda waħda mill-proċeduri fejn il-qrati nazzjonali (ċivili jew xorta oħra) huma mitluba jiddeċiedu fuq il-validità tat-tariffi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara wkoll, għal dak li jikkonċerna t-teħid inkunsiderazzjoni tal-leġiżlazzjoni settorjali waqt l-applikazzjoni tar-regoli ġenerali ta’ kompetizzjoni, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Telekom vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:603">EU:C:2010:603</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0224">224</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210325">25 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Telekom vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑152/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:238">EU:C:2021:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’każ ta’ dubju fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ dawn il-prinċipji, il-qrati kompetenti jistgħu, jew finalment għandhom, jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-dritt tal-Unjoni joffri mekkaniżmi biex jevita d-diverġenzi fl-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti, anki jekk din tiġi applikata b’mod parallel mill-qrati nazzjonali u mill-organu ta’ kontroll li twaqqaf din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑eżistenza ta’ kompetenzi paralleli</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ġenerali u settorjali fil-qasam tal-kompetizzjoni, jeħtieġ li jitfakkar li l-Artikolu 10(7) tad-Direttiva 91/440/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Direttiva tal-Kunsill tad‑29 ta’ Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol 1, p. 341).</P></NOTE>, fil-verżjoni kkonsolidata tagħha li tirriżulta mid-Direttiva 2001/12/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Frar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol 5, p. 376).</P></NOTE>, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[m]ingħajr preġudizzju għar-regolamenti Komunitarji u nazzjonali li jirrigwardaw il-politika ta’ kompetizzjoni u l-istituzzjonijiet b’responsabbiltà f’dak il-qasam, il-korp regolatorju stabbilit taħt l-Artikolu 30 tad-[Direttiva 2001/14], <HT TYPE="ITALIC">jew kwalunkwe korp ieħor li jgawdi l-istess grad ta’ indipendenza</HT> għandu jissorvellja l-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Il-korsiv ġie miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Wieħed isib tqassim simili tal-kompetenzi fl-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2012/34/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 343, p. 32</REF.DOC.OJ> u rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="067" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 67, p. 32</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="196" PAGE.FIRST="67" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 196, p. 67</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, li jippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[m]ingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għall-iżgurar tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jimmonitorja s-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kompetenza fl-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-kompetizzjoni fis-settur tappartjeni mhux biss lil dan l-organu ta’ kontroll, imma wkoll lil kull <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>istituzzjoni kompetenti fil-qasam<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, bħalma huma l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni kif ukoll il-qrati nazzjonali. Tali kompetenza ta’ dawn l-awtoritajiet hija wkoll min-naħa tagħha mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003, li jipprevedi l-possibbli astensjoni ta’ dawk tal-ewwel favur it-tieni waħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Dan it-tqassim tal-kompetenzi fl-applikazzjoni tar-regoli settorjali u ta’ dawk, iktar ġenerali, dwar il-kompetizzjoni tfakkret diversi drabi għas-settur tat-telekomunikazzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Telefónica u Telefónica de España vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑295/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2062">EU:C:2014:2062</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Orange Polska vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑123/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:590">EU:C:2018:590</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> jew fis-settur tal-ajru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860430">30 ta’ April 1986</DATE>, <NAME.CASE>Asjes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>209/84 sa 213/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:188">EU:C:1986:188</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211111">11 ta’ Novembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Cartel Compensation u Equilib Netherlands</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑819/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:904">EU:C:2021:904</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, u jidher ukoll aċċettat għas-settur postali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Avviż mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ regoli tal-kompetizzjoni lis-settur postali u dwar l-istima ta’ ċerti miżuri statali dwar is-servizzi postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol 1, p. 174).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-organu ta’ kontroll, fis-sens tal-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2001/14 għandu, min-naħa tiegħu, kompetenzi paralleli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara Idot, L., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Règles de concurrence et régulations sectorielles<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, f’van Damme, J. u van der Mensbrugghe, F., <HT TYPE="ITALIC">La régulation des services publics en Europe</HT>, ASPE Europe, Pariġi, 2000, p. 377 sa 415.</P></NOTE> u mhux esklużivi biex japplika r-regoli tas-settur ferrovjarju jew ir-regoli ġenerali li jirrigwardaw il-kompetizzjoni, inkluż ir-regoli dwar il-formazzjoni tat-tariffi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Għaldaqstant huwa żbaljat, kif jinsab affermat fil-punt 84 tas-sentenza CTL Logistics, li l-qrati ċivili, aditi b’talba għar-rimbors ta’ tariffi, ma jistgħux japplikaw il-leġiżlazzjoni ferrovjarja jew regoli oħra mingħajr ma jindaħlu fuq il-kompetenzi tal-korp regolatorju ferrovjarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Lanqas ma jista’ jiġi kkunsidrat li l-applikazzjoni tar-regoli ġenerali jew settorjali tal-kompetizzjoni minn qorti nazzjonali tindaħal fuq il-kompetenzi u l-marġni ta’ diskrezzjoni tal-organu ta’ kontroll, li jibqgħu intatti. Dawn ir-regoli, meħudin fit-totalità tagħhom, lanqas ma jippreġudikaw l-indipendenza ta’ dan l-organu, kif previst fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14, peress li l-kompetenzi tiegħu joħorġu preċiżament minn tali kuntest ġuridiku. L-istess japplika fir-rigward tal-indipendenza tal-ġestjonarju ta’ infrastruttura ggarantita fl-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑369/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:636">EU:C:2013:636</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fil-qasam tal-kompetizzjoni, il-kompetenza parallela u komplementari tal-organu ta’ kontroll u tal-qrati tal-Istati Membri hija kkorroborata mill-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1/2003 li jipprovdi espliċitament li l-qrati nazzjonali għandhom is-setgħa li japplikaw l-Artikoli 81 u 82 KE, li saru l-Artikoli 101 u 102 TFUE. Fuq l-istess linja, l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/104/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="349" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 349, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> hija bbażata fuq loġika simili tal-applikazzjoni effettiva u deċentralizzata tad-dritt Ewropew tal-kompetizzjoni li tgħaddi wkoll mill-qrati nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fl-aħħar, u mhux l-inqas, it-test stess tad-Direttiva 2001/14 ma turi ebda intenzjoni tal-leġiżlatur Ewropew li jagħti lill-organu ta’ kontroll ferrovjarju kompetenza esklużiva li tikkonċerna d-deċiżjonijiet ta’ validità tat-tariffi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>L-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2001/14 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[a]pplikant <HT TYPE="ITALIC">għandu jkollu d-dritt</HT> li jappella lill-korp regolatorju jekk jemmen li ma ġiex ittrattat b’mod ekwu, saret diskriminazzjoni kontrih jew ġie aggravat bi kwalunkwe mod ieħor […]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Il-korsiv ġie miżjud minni.</P></NOTE>. Din id-dikjarazzjoni tipprovdi biss għaldaqstant is-sempliċi fakultà li jadixxi lill-organu ta’ kontroll<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Il-verżjonijiet bil-lingwa Spanjola u Ġermaniża jużaw ukoll l-istess verb modali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>jista’<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Dawk bil-lingwa Ingliża, Kroata u Taljana jaffermaw l-eżistenza ta’ dritt. Għalkemm il-verżjonijiet lingwistiċi differenti li għalihom għadni kif irreferejt jistabbilixxu, b’xi mod jew b’ieħor, fakultà jew dritt, ħadd mhu qiegħed jissuġġerixxi kompetenza obbligatorja jew esklużiva. Għaldaqstant, il-verżjonijiet lingwistiċi differenti jikkorroboraw il-kunsiderazzjoni li tgħid li d-Direttiva 2001/14 tagħti lill-organu ta’ kontroll, imwaqqaf mill-Artikolu 30 tagħha, kompetenza fakultattiva biex jirriżolvi t-tilwim. Tali tifsira tal-kompetenza tal-organu ta’ kontroll biex jirriżolvi t-tilwim tinsab fid-Direttiva 2012/34, li fil-frattemp issostitwixxiet id-Direttiva 2001/14 peress li l-Artikolu 56(1) tad-Direttiva 2012/34, li jikkorrispondi għall-ex Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14, huwa fformulat f’termini identiċi għal dawk tad-dispożizzjoni li ppreċedietha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>B’paragun ma’ setturi oħra, jeħtieġ ukoll li jiġi enfasizzat li, f’dak tal-komunikazzjonijiet, il-premessa 69 tad-Direttiva 2018/1972 tippreċiża li, f’każ ta’ tilwima, it-talba lill-awtorità settorjali tikkostitwixxi wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>fakultà<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dan l-eżami li l-organu ta’ kontroll tas-settur ferrovjarju, kif dan jipproċedi fuq il-bażi tad-Direttiva 2001/14, u ulterjorment fuq id-Direttiva 2012/34, ma għandux kompetenzi esklużivi biex jiddeċiedi fuq il-validità tat-tariffi ferrovjarji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Għandha l‑qorti nazzjonali tistenna d‑deċiżjoni finali tal‑organu ta’ kontroll?</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju staqsiet ukoll, f’każ li teżisti kompetenza għall-qrati nazzjonali li jippermettilhom biex jiddeċiedu fuq it-tilwima fuq il-bażi tal-Artikolu 102 TFUE, indipendentement mill-organu ta’ kontroll, jekk din għandhiex tibqa’ tistenna d-deċiżjoni definittiva tal-organu ta’ kontroll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Minkejja l-elementi ta’ risposta mogħtija qabel u mingħajr ma mmur kontrihom, is-sospensjoni tal-istanza mibdija quddiem il-qrati nazzjonali hija <HT TYPE="ITALIC">kkontemplata</HT> meta dawn jieħdu konjizzjoni ta’ proċedura parallela quddiem l-organu ta’ kontroll u dan, sabiex tkun ippreservata l-utilità ta’ dan tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara, b’analoġija, Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1/2003.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Madankollu, f’ċirkustanzi bħalma huma dawk tal-kawża prinċipali, huwa paċifiku li l-proċedura quddiem l-organu ta’ kontroll diġà damet diversi snin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara l-punti 7 sa 11 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Huwa probabbli barra minn hekk, kif tidher li tindika l-qorti nazzjonali, li din il-proċedura, jew l-eżerċizzju tar-rimedji ġudizzjarji kontra l-eventwali deċiżjoni li jirriżultaw minnha, ma jirnexxux fil-futur immedjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti nazzjonali adita direttament b’azzjoni intiża li tirrikonoxxi n-natura abbużiva ta’ aġir għandha għaldaqstant tistaqsi dwar jekk is-sospensjoni tipprekludix li jiġi żgurat li r-rikorrent ikollu, f’terminu raġonevoli, id-dritt li jikseb soluzzjoni għat-tilwima tiegħu kif ukoll id-dritt għall-kumpens tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara r-referenzi ċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 20 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Dejjem f’dak il-każ u sabiex jiġi evitat li jgħaddi t-terminu raġonevoli għas-sentenza, id-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva huwa suxxettibbli li jeskludi s-sospensjoni tal-proċedura ġudizzjarja sakemm issir definittiva l-eventwali deċiżjoni tal-organu ta’ kontroll u sakemm jiġu eżerċitati r-rimedji ġudizzjarji disponibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Konsegwentement, nikkunsidra li d-dritt tal-Unjoni ma jimponi ebda obbligu, għall-qrati nazzjonali aditi b’talba magħmula fuq il-bażi tal-Artikolu 102 TFUE, li jistennew deċiżjoni tal-organu ta’ kontroll. Jiena tal-fehma wkoll li dawk il-qrati nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li jissospendu d-deċiżjoni sabiex jistennew din id-deċiżjoni, jekk dan ma jpoġġix f’perikolu d-drittijiet għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-partijiet fil-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Kammergericht Berlin (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Berlin, il-Ġermanja) bil-mod kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Frar 2001 fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-ferrovija u ċertifikazzjoni tas-sigurtà, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix, indipendentement mis-sorveljanza eżerċitata mill-organu ta’ kontroll, il-kompetenza tal-qrati ċivili biex jieħdu konjizzjoni, fid-dawl tal-Artikolu 102 TFUE, tat-talbiet magħmula minn impriża ferrovjarja u li jirrigwardaw ir-rimbors tal-eċċess ta’ tariffi imħallas indebitament.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="15"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni ma jimponi ebda obbligu, għall-qrati nazzjonali aditi b’talba magħmula fuq il-bażi tal-Artikolu 102 TFUE, minn impriża ta’ trasport ferrovjarju sabiex jistħarrġu n-natura xierqa tal-ammont ta’ tariffi mħallsa, li jistennew deċiżjoni tal-organu ta’ kontroll imwaqqaf taħt l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14 u, f’każ li din id-deċiżjoni tiġi kkontestata ġudizzjarjament, in-natura definittiva tagħha. Salv li jiġi rrispettat id-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, lanqas ma tipprekludi lil dawn il-qrati nazzjonali milli jiddeċiedu li jistennew l-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>