|
27.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1650
tal-24 ta’ Marzu 2022
li jemenda l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1646 fir-rigward tal-indiċijiet ewlenin u tal-boroż rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 197(8) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1646 (2) ġie adottat fuq il-premessa li l-indiċijiet tal-ekwità, li għandhom jitqiesu bħala indiċijiet ewlenin għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (u b’hekk jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw l-ekwitajiet li jikkomponu dawn l-indiċijiet bħala kollateral eliġibbli) jenħtieġ li jikkonsistu prinċipalment f’ekwitajiet li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jkunu realizzabbli meta istituzzjoni jkollha bżonn tillikwidahom. Ġie preżunt li dak ikun il-każ meta mill-inqas 90 % tal-komponenti ta’ indiċi jkollhom volum varjabbli ta’ mill-inqas EUR 500 000 000 jew, fin-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-volum varjabbli, kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ mill-inqas EUR 1 000 000 000. Din is-suppożizzjoni għadha ma nbidlitx. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1646 jispeċifika wkoll li l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jkollhom ukoll il-possibbiltà li jirrikonoxxu bħala kollaterali eliġibbli strumenti inklużi fl-indiċijiet ewlenin li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija hawn fuq, iżda li l-komponenti tagħhom huma nnegozjati biżżejjed, u jqis kriterji ġodda għall-identifikazzjoni ta’ dawk l-indiċijiet. Madankollu, l-esperjenza wriet li dawk il-kriterji, definiti fir-rigward tas-suq li fih huwa bbażat indiċi, huma diffiċli biex jiġu applikati kontra indiċi ewlieni stabbilit f’pajjiż terz, peress li jeħtieġu l-ġbir ta’ data għall-ishma kollha ammessi għan-negozjar f’dak is-suq. Dik id-diffikultà xekklet il-kisba xierqa tal-objettiv tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jiġi żgurat limitu minimu ta’ likwidità tal-komponenti tal-indiċi. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji ġodda li jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati. Dawk il-kriterji l-ġodda jenħtieġ li jiżguraw l-adegwatezza tal-istrumenti bħala kollateral eliġibbli u b’hekk jiżguraw livell limitu ta’ likwidità suffiċjenti indipendentement mis-suq li fuqu huwa bbażat indiċi, fejn jiġu ssodisfati żewġ kundizzjonijiet relatati mal-indikaturi standard tal-likwidità tas-suq. L-ewwel kundizzjoni jenħtieġ li tirrikjedi li mill-inqas 80 % tal-komponenti ta’ indiċi jkollhom volum varjabbli ta’ mill-inqas EUR 25 000 000 jew, fin-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-volum varjabbli, kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ mill-inqas EUR 50 000 000. It-tieni kundizzjoni jenħtieġ li tirrikjedi li l-komponenti kollha tal-indiċi li jkollhom kapitalizzazzjoni tas-suq iżgħar minn jew ugwali għal EUR 10 000 000 000 ikollhom fatturat medju minimu ta’ kuljum ta’ EUR 500 000 u l-komponenti kollha tal-indiċi li jkollhom kapitalizzazzjoni tas-suq akbar minn EUR 10 000 000 000 ikollhom fatturat medju minimu ta’ kuljum ta’ EUR 1 000 000. Il-fatturat medju ta’ kuljum jenħtieġ li jiġi kkalkulat fuq it-tnax-il xahar tas-sena kalendarja ta’ qabel il-valutazzjoni, jew fejn applikabbli, il-perjodu tat-tnax-il xahar tas-sena kalendarja preċedenti li matulhom l-istrument finanzjarju kien disponibbli għan-negozjar. |
|
(3) |
Id-definizzjoni ta’ “borża rikonoxxuta”, stabbilita fil-punt (72) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ġiet emendata reċentement bir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik l-emenda kienet tikkonsisti fiż-żieda, fil-punt (a) ta’ dak il-punt (72), tal-kliem “jew suq ta’ pajjiż terz li jitqies ekwivalenti għal suq regolat skont il-proċedura stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”. Minħabba dik l-emenda, “boroż rikonoxxuti” m’għadhomx ristretti għal “swieq regolati” biss. Jenħtieġ li dik l-emenda tiġi riflessa fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1646 billi f’dak ir-Regolament jiġu inklużi dawk il-boroż li għalihom il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont il-punt (a) tal-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(4) |
Wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattati ma baqgħux japplikaw għar-Renju Unit mill-1 ta’ Frar 2020 u r-Renju Unit issa huwa pajjiż terz. Fil-preżent, il-Kummissjoni ma adottatx deċiżjoni ta’ ekwivalenza skont l-Artikolu 25(4), il-punt (a), tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tar-Renju Unit. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu esklużi mil-lista ta’ boroż rikonoxxuti dawk il-boroż stabbiliti fir-Renju Unit. |
|
(5) |
Saru ċerti bidliet fl-istruttura tas-suq mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1646, b’mod partikolari fir-rigward tad-dehra ta’ boroż ġodda, fużjonijiet, bidliet fl-isem jew waqfien tal-attivitajiet. Dawk il-bidliet jenħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1646. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1646 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA). |
|
(8) |
L-ESMA wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqha, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1646
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1646 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1646 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1646 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1646 tat-13 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar indiċijiet ewlenin u boroż rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment (ĠU L 245, 14.9.2016, p. 5).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
ANNESS I
L-INDIĊIJIET EWLENIN IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 197 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 575/2013
Tabella 1
Indiċijiet ta’ ekwità
|
Indiċi |
Pajjiż/Żona |
|
Austrian Traded Index |
L-Awstrija |
|
BEL 20 |
Il-Belġju |
|
CETOP20 |
L-Ewropa Ċentrali |
|
CNX 100 |
L-Indja |
|
CSI 300 Index |
Iċ-Ċina |
|
EGX 30 |
L-Eġittu |
|
FTSE 350 |
Ir-Renju Unit |
|
FTSE All World Europe |
L-Ewropa |
|
FTSE All-World Index |
Globali |
|
FTSE MIB |
L-Italja |
|
FTSE Nasdaq Dubai UAE 20 Index |
L-EGĦM |
|
FTSE RAFI Emerging Index |
Swieq Emerġenti |
|
FTSE Straits Times Index |
Singapor |
|
FTSE/JSE Capped Top 40 |
L-Afrika t’Isfel |
|
FTSE/JSE Industrial 25 |
L-Afrika t’Isfel |
|
Hang Seng Mainland 100 Index |
Ħong Kong |
|
HDAX |
Il-Ġermanja |
|
IBEX 35 |
Spanja |
|
IBOVESPA |
Il-Brażil |
|
ISEQ 20 |
L-Irlanda |
|
KOSPI 100 |
Il-Korea t’Isfel |
|
MSCI ACWI Index |
Globali |
|
MSCI EM 50 |
Swieq Emerġenti |
|
NASDAQ-100 |
L-Istati Uniti tal-Amerika |
|
Nikkei 300 |
Il-Ġappun |
|
NYSE ARCA China Index |
Iċ-Ċina |
|
OBX |
In-Norveġja |
|
OMX Copenhagen 25 |
Id-Danimarka |
|
OMX Helsinki 25 |
Il-Finlandja |
|
OMXS60 |
L-Iżvezja |
|
Qatar Exchange General Index |
Il-Qatar |
|
S&P 500 |
L-Istati Uniti tal-Amerika |
|
S&P BSE 100 |
L-Indja |
|
S&P Latin America 40 |
L-Amerka Latina |
|
S&P/ASX 100 |
L-Awstralja |
|
S&P/BMV IPC |
Il-Messiku |
|
S&P/NZX 10 |
New Zealand |
|
S&P/TSX 60 |
Il-Kanada |
|
SBF 120 |
Franza |
|
SET 50 |
It-Tajlandja |
|
SMI Expanded |
L-Iżvizzera |
|
STOXX Asia/Pacific 600 |
L-Asja/Il-Paċifiku |
|
STOXX Europe 600 |
L-Ewropa |
|
TOPIX Mid 400 |
Il-Ġappun |
|
TSEC Taiwan 50 |
It-Tajwan |
|
WIG20 |
Il-Polonja |
ANNESS II
IL-BOROŻ RIKONOXXUTI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 197 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 575/2013
Tabella 1
Il-boroż rikonoxxuti li ma jiġux innegozjati fihom il-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
|
Is-suq regolat |
MIC |
|
AIAF — MERCADO DE RENTA FIJA |
XDRF, SEND |
|
ATHENS EXCHANGE SECURITIES MARKET |
XATH |
|
BADEN-WUERTTEMBERGISCHE WERTPAPIERBOERSE |
STUC, STUA |
|
BOERSE BERLIN |
BERC, BERA, EQTB, EQTA |
|
BOERSE DUESSELDORF |
DUSC, DUSA |
|
BOERSE MUENCHEN |
MUNC, MUNA |
|
BOLSA DE BARCELONA |
XBAR, SBAR |
|
BOLSA DE BILBAO |
XBIL, SBIL |
|
BOLSA DE MADRID |
XMAD, MERF |
|
BOLSA DE VALENCIA |
XVAL |
|
BONDSPOT SECURITIES MARKET |
RPWC |
|
BOURSE DE LUXEMBOURG |
XLUX |
|
BRATISLAVA STOCK EXCHANGE |
XBRA |
|
BUCHAREST STOCK EXCHANGE |
XBSE |
|
BUDAPEST STOCK EXCHANGE |
XBUD |
|
BULGARIAN STOCK EXCHANGE — SOFIA JSC |
XBUL |
|
CBOE EUROPE |
CCXE |
|
CME AMSTERDAM |
BTAM |
|
CYPRUS STOCK EXCHANGE |
XCYS |
|
ELECTRONIC BOND MARKET |
MOTX |
|
ELECTRONIC ETF AND ETC/ETN MARKET – ETFplus |
ETFP |
|
ELECTRONIC SECONDARY SECURITIES MARKET |
HDAT |
|
ELECTRONIC SHARE MARKET |
MTAA |
|
EURONEXT AMSTERDAM |
XAMS |
|
EURONEXT BRUSSELS |
XBRU |
|
EURONEXT DUBLIN |
XMSM |
|
EURONEXT EXPAND |
XOAS |
|
EURONEXT LISBON |
XLIS |
|
EURONEXT OSLO |
XOSL |
|
EURONEXT PARIS |
XPAR |
|
FRANKFURTER WERTPAPIERBOERSE (REGULIERTER MARKT) |
FRAA, XETA |
|
HANSEATISCHE WERTPAPIERBOERSE HAMBURG (REGULIERTER MARKT) |
HAMA, HAMM |
|
LJUBLJANA STOCK EXCHANGE OFFICIAL MARKET |
XLJU |
|
MALTA STOCK EXCHANGE |
XMAL, IFSM |
|
MARKET FOR INVESTMENT VEHICLES (MIV) |
MIVX |
|
MTS GOVERNMENT MARKET |
MTSC |
|
NASDAQ COPENHAGEN |
XCSE |
|
NASDAQ HELSINKI |
XHEL |
|
NASDAQ ICELAND |
XICE |
|
NASDAQ RIGA |
XRIS |
|
NASDAQ STOCKHOLM |
XSTO |
|
NASDAQ TALLINN |
XTAL |
|
NASDAQ VILNIUS |
XLIT |
|
NIEDERSAECHSISCHE BOERSE ZU HANNOVER (REGULIERTER MARKT) |
HANA |
|
NORDIC GROWTH MARKET NGM |
XNGM |
|
NXCHANGE |
XNXC |
|
PRAGUE STOCK EXCHANGE |
XPRA |
|
RM-SYSTEM CZECH STOCK EXCHANGE |
XRMZ |
|
TRADEGATE EXCHANGE (REGULIERTER MARKT) |
XGRM |
|
VIENNA STOCKEXCHANGE OFFICIAL MARKET (AMTLICHER HANDEL) |
WBAH |
|
WARSAW STOCK EXCHANGE |
XWAR, WBON, WETP |
|
ZAGREB STOCK EXCHANGE |
XZAG |
|
ASX LIMITED |
XASX |
|
CHI-X AUSTRALIA PTY LTD |
CHIA |
|
THE STOCK EXCHANGE OF HONG KONG LIMITED (SEHK) |
SHKG |
|
BOX OPTIONS EXCHANGE LLC |
XBOX |
|
CBOE BYX EXCHANGE, INC. (FORMERLY BATS BYX EXCHANGE, INC.; BATS Y-EXCHANGE, INC.) |
BATY |
|
CBOE BZX EXCHANGE, INC. (FORMERLY BATS BZX EXCHANGE, INC.; BATS EXCHANGE, INC.) |
BATS |
|
CBOE C2 EXCHANGE, INC. |
C2OX |
|
CBOE EDGA EXCHANGE, INC. (FORMERLY BATS EDGA EXCHANGE, INC.; EDGA EXCHANGE, INC.) |
EDGA |
|
CBOE EDGX EXCHANGE, INC. (FORMERLY BATS EDGX EXCHANGE, INC.; EDGX EXCHANGE, INC.) |
EDGX |
|
CBOE EXCHANGE, INC. |
CBSX |
|
CHICAGO STOCK EXCHANGE, INC. |
XCHI |
|
THE INVESTORS EXCHANGE LLC |
IEXG |
|
MIAMI INTERNATIONAL SECURITIES EXCHANGE |
XMIO |
|
MIAX PEARL, LLC |
MPRL |
|
NASDAQ BX, INC. (FORMERLY NASDAQ OMX BX, INC.; BOSTON STOCK EXCHANGE) |
BOSD |
|
NASDAQ GEMX, LLC (FORMERLY ISE GEMINI) |
GMNI |
|
NASDAQ ISE, LLC (FORMERLY INTERNATIONAL SECURITIES EXCHANGE, LLC) |
XISX |
|
NASDAQ MRX, LLC (FORMERLY ISE MERCURY) |
MCRY |
|
NASDAQ PHLX LLC (FORMERLY NASDAQ OMX PHLX, LLC; PHILADELPHIA STOCK EXCHANGE) |
XPHL |
|
THE NASDAQ STOCK MARKET |
XNAS |
|
NEW YORK STOCK EXCHANGE LLC |
XNYS |
|
NYSE ARCA, INC. |
ARCX |
|
AQUA SECURITIES L.P. |
AQUA |
|
ATS-1 |
MSTX |
|
ATS-4 |
MSPL |
|
ATS-6 |
MSRP |
|
BARCLAYS ATS |
BARX |
|
BARCLAYS DIRECTEX |
BCDX |
|
BIDS TRADING, L.P. |
BIDS |
|
CIOI |
CIOI |
|
CITIBLOC |
CBLC |
|
CITICROSS |
CICX |
|
CODA MARKETS, INC |
CODA |
|
CREDIT SUISSE SECURITIES (USA) LLC |
CAES |
|
DEUTSCHE BANK SECURITIES, INC |
DBSX |
|
EBX LLC |
LEVL |
|
INSTINCT X |
BAML |
|
INSTINET CONTINUOUS BLOCK CROSSING SYSTEM (CBX) |
ICBX |
|
INSTINET, LLC (INSTINET CROSSING, INSTINET BLX) |
XINS |
|
INSTINET, LLC (BLOCKCROSS) |
BLKX |
|
JPB-X |
JPBX |
|
J.P. MORGAN ATS (‘JPM-X’) |
JPMX |
|
JSVC LLC |
|
|
LIQUIDNET H2O ATS |
LIUH |
|
LIQUIDNET NEGOTIATION ATS |
LIUS |
|
LUMINEX TRADING & ANALYTICS LLC |
LMNX |
|
NATIONAL FINANCIAL SERVICES, LLC |
NFSC |
|
POSIT |
ITGI |
|
SIGMA X2 |
SGMT |
|
SPOT QUOTE LLC |
|
|
SPREAD ŻERO LLC |
|
|
UBS ATS |
UBSS |
|
USTOCKTRADE |
|
|
VIRTU MATCHIT |
VFMI |
|
XE |
PJCX |
Tabella 2
Il-boroż rikonoxxuti li ma jiġux innegozjati fihom il-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
|
Is-suq regolat |
MIC |
|
ATHENS EXCHANGE DERIVATIVES MARKET |
XADE |
|
BUDAPEST STOCK EXCHANGE |
XBUD |
|
CBOE DERIVATIVES |
CDEX |
|
EUREX DEUTSCHLAND |
XEUR |
|
EURONEXT BRUSSELS DERIVATIVES |
XBRD |
|
EURONEXT COM\, COMMODITIES FUTURES AND OPTIONS |
XEUC |
|
EURONEXT EQF\, EQUITIES AND INDICES DERIVATIVES |
XEUE |
|
EUROPEAN ENERGY EXCHANGE |
XEEE, XEER |
|
FISH POOL |
FISH |
|
HENEX FINANCIAL ENERGY MARKET - DERIVATIVES MARKET |
HEDE |
|
HUDEX ENERGY EXCHANGE |
HUDX |
|
ICE ENDEX MARKETS |
NDEX |
|
ITALIAN DERIVATIVES MARKET |
XDMI |
|
MATIF |
XMAT |
|
MEFF EXCHANGE |
XMRV, XMPW, XMFX |
|
MERCADO DE FUTUROS E OPCOES |
MFOX |
|
MONEP |
XMON |
|
NASDAQ OSLO |
NORX |
|
NASDAQ STOCKHOLM |
XSTO |
|
NOREXECO |
NEXO |
|
OMIP – POLO PORTUGUES |
OMIP |
|
OSLO BØRS |
XOSL |
|
WARSAW STOCK EXCHANGE/COMMODITIES/POLISH POWER EXCHANGE/COMMODITY DERIVATIVES |
PLPD |
|
WARSAW STOCK EXCHANGE/FINANCIAL DERIVATIVES |
WDER |
(*) *Il-kodiċijiet MIC mhumiex disponibbli fuq l-ISO 10383 - Kodiċijiet għall-iskambji u l-lista ta’ identifikazzjoni tas-suq