|
21.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 241/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9885 — HAL Investments/De Drie Eiken)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 241/04)
1.
Fl-10 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
HAL Investments B.V. (“HAL”, sussidjarja tal-investiment Ewropea ta’ HAL Holding N.V., Curaçao), |
|
— |
De Drie Eiken N.V. (kumpanija azzjonarja tal-grupp Van Wijnen, in-Netherlands). |
HAL takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-grupp De Drie Eiken/Van Wijnen.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal HAL: investimenti f’varjetà ta’ setturi, inkluż is-settur marittimu, il-ħażna f’tankijiet, il-media, is-servizzi finanzjarji, il-bejgħ bl-imnut, l-għamara tal-uffiċċju, l-injam, il-materjali tal-bini u l-laminati dekorattivi, |
|
— |
għall-grupp De Drie Eiken/Van Wijnen: l-iżvilupp ta’ proġetti, il-kostruzzjoni ta’ bini residenzjali u mhux residenzjali, ir-rinnovazzjoni u l-iżvilupp ta’ żoni, primarjament fin-Netherlands. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9885 — HAL Investments/De Drie Eiken
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).