European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2171

21.8.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2171

tal-20 ta’ Awwissu 2024

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u tal-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fl-istat ta’ Florida, li ġiet ikkonfermata fil-5 ta’ Awwissu 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Wara dik it-tifqigħa reċenti tal-HPAI, l-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti stabbiliet żoni ristretti ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentat politika ta’ qerda biex tikkontrolla l-preżenza tal-HPAI u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda.

(7)

L-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri li ħadu biex jipprevjenu aktar tixrid tal-HPAI wara din it-tifqigħa riċenti fl-istat ta’ Florida.

(8)

Il-Kummissjoni evalwat dik l-informazzjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żona ristretta stabbilita mill-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti, jenħtieġ li jiġi sospiż id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dik iż-żona ristratta fl-istat ta’ Florida, biex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(9)

Barra minn hekk, l-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Dik l-informazzjoni aġġornata kkonċernat is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ disa’ tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ Iowa (1), Massachusetts (1), Michigan (1), Minnesota (5) u New Mexico (1), li ġew ikkonfermati bejn is-7 ta’ Marzu 2023 u l-31 ta’ Mejju 2024 b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(10)

L-Istati Uniti ssottomettew ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jipprevjenu tixrid ulterjuri tal-HPAI wara dawk id-disa’ tifqigħat. B’mod partikolari, wara t-tifqigħat tal-HPAI, l-Istati Uniti implimentaw politika tal-qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika tal-qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettat fit-territorju tagħhom.

(11)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Istati Uniti, u jidhrilha li dawn ipprovdew garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti fl-Unjoni miż-żoni kkonċernati ta’ dak il-pajjiż terz, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex ta’ theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni kkonċernati tal-Istati Uniti, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.

(12)

Għalhekk, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fl-Istati Uniti.

(13)

Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2028 (4) emenda t-tabella stabbilita fil-Parti 1, it-Taqsima B, tal-Anness V u t-tabella stabbilita fil-Parti 1, it-Taqsima B, tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, billi introduċa “dati tal-ftuħ” għal 18 żona li qabel kienu magħluqa fl-Istati Uniti. Madankollu, issa nstabu żbalji fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2028, fir-rigward tad-“dati tal-għeluq” fil-kolonna 6 ta’ dawk it-tabelli għal dawk it-18-il żona. Barra minn hekk, instabu żbalji f’dak l-Anness, fir-rigward tad-“dati tal-ftuħ” fil-kolonna 7 ta’ dawk it-tabelli għaż-żoni US-2.634 u US-2.635. Għaldaqstant jixraq li dawk id-dati jiġu kkoreġuti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan.

(14)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI, u biex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ, jenħtieġ li l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament isiru effettivi bħala kwistjoni ta’ urġenza.

(15)

Barra min hekk, il-korrezzjoni tal-iżbalji fid-dati tal-għeluq għat-18-il żona fl-Istati Uniti u l-iżbalji fid-dati tal-ftuħ għaż-żoni US-2.634 u US-2.635 fil-Parti 1, it-Taqsima B tal-Anness V, u l-Parti 1, it-Taqsima B tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, jenħtieġ li tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2028.

(16)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Parti I tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma kkoreġuti f’konformità mal-Parti II tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Iżda l-Artikolu 2 għandu japplika mill-24 ta’ Lulju 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Awwissu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2028 tat-22 ta’ Lulju 2024 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L, 2024/2028, 23.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2028/oj).


ANNESS

PARTI I

EMENDI TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2021/404

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, fit-Taqsima B, l-entrata għall-Istati Uniti hija emendata kif ġej:

(i)

ir-ringiela għaż-żona US-2.631 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.631

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

7.3.2024

4.8.2024”

(ii)

ir-ringiela għaż-żona US-2.642 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.642

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

15.4.2024

22.7.2024”

(iii)

ir-ringiela għaż-żona US-2.644 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.644

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

24.4.2024

1.8.2024”

(iv)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.652, US-2.653 US- 2.654 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.652

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

21.5.2024

21.7.2024

US-2.653

N, P1

 

21.5.2024

28.7.2024

US-2.654

N, P1

 

21.5.2024

21.7.2024”

(v)

ir-ringiela għaż-żona US-2.656 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.656

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

28.5.2024

20.7.2024”

(vi)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.658 u US-2.659 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.658

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

29.5.2024

1.8.2024

US-2.659

N, P1

 

31.5.2024

1.8.2024”

(vii)

tiżdied ir-ringiela li ġejja għaż-żona US-2.676 wara r-ringiela għaż-żona US-2.675:

“US

L-Istati Uniti

US-2.676

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

5.8.2024”

 

(b)

fil-Parti 2, fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjoni li ġejja għaż-żona US-2.676 tiżdied wara d-deskrizzjoni għaż-żona US-2.675:

“L-Istati Uniti

US-2.676

State of Florida

Miami-Dade 07

Miami-Dade County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 80.4918672°W 25.7164962°N)”

(2)

fl-Anness XIV fil-Parti 1, fit-Taqsima B, l-entrata għall-Istati Uniti hija emendata kif ġej:

(a)

ir-ringieli għaż-żona US-2.631 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.631

POU, RAT

N, P1

 

7.3.2024

4.8.2024

GBM

P1

 

7.3.2024

4.8.2024”

(b)

ir-ringieli għaż-żona US-2.642 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.642

POU, RAT

N, P1

 

15.4.2024

22.7.2024

GBM

P1

 

15.4.2024

22.7.2024”

(c)

ir-ringieli għaż-żona US-2.644 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.644

POU, RAT

N, P1

 

24.4.2024

1.8.2024

GBM

P1

 

24.4.2024

1.8.2024”

(d)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.652, US-2.653 US- 2.654 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.652

POU, RAT

N, P1

 

21.5.2024

21.7.2024

GBM

P1

 

21.5.2024

21.7.2024

US-2.653

POU, RAT

N, P1

 

21.5.2024

28.7.2024

GBM

P1

 

21.5.2024

28.7.2024

US-2.654

POU, RAT

N, P1

 

21.5.2024

21.7.2024

GBM

P1

 

21.5.2024

21.7.2024”

(e)

ir-ringieli għaż-żona US-2.656 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.656

POU, RAT

N, P1

 

28.5.2024

20.7.2024

GBM

P1

 

28.5.2024

20.7.2024”

(f)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.658 u US-2.659 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.658

POU, RAT

N, P1

 

29.5.2024

1.8.2024

GBM

P1

 

29.5.2024

1.8.2024

US-2.659

POU, RAT

N, P1

 

31.5.2024

1.8.2024

GBM

P1

 

31.5.2024

1.8.2024”

(g)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin għaż-żona US-2.676 wara r-ringieli għaż-żona US-2.675:

“US

L-Istati Uniti

US-2.676

POU, RAT

N, P1

 

5.8.2024

 

GBM

P1

 

5.8.2024”

 

PARTI II

KORREZZJONIJIET TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2021/404

(1)

fl-Anness V, fil-Parti 1, fit-Taqsima B, l-entrata għall-Istati Uniti hija kkoreġuta kif ġej:

(a)

ir-ringiela għaż-żona US-2.575 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.575

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

13.12.2023

3.7.2024”

(b)

ir-ringiela għaż-żona US-2.581 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.581

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

13.12.2023

30.6.2024”

(c)

ir-ringiela għaż-żona US-2.586 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.586

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

19.12.2023

3.7.2024”

(d)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.594, US-2.595 u US- 2.596 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.594

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

20.12.2023

30.6.2024

US-2.595

N, P1

 

20.12.2023

30.6.2024

US-2.596

N, P1

 

26.12.2023

30.6.2024”

(e)

ir-ringiela għaż-żona US-2.608 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.608

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

3.1.2024

30.6.2024”

(f)

ir-ringiela għaż-żona US-2.610 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.610

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

3.1.2024

30.6.2024”

(g)

ir-ringiela għaż-żona US-2.612 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.612

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

4.1.2024

3.7.2024”

(h)

ir-ringiela għaż-żona US-2.617 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.617

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

18.1.2024

30.6.2024”

(i)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.633 sa US-2.636 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.633

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

3.4.2024

29.6.2024

US-2.634

N, P1

 

2.4.2024

17.7.2024

US-2.635

N, P1

 

10.4.2024

29.6.2024

US-2.636

N, P1

 

11.4.2024

27.6.2024”

(j)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.639 u US-2.640 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.639

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

16.4.2024

29.6.2024

US-2.640

N, P1

 

17.4.2024

18.7.2024”

(k)

ir-ringiela għaż-żona US-2.646 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.646

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

2.5.2024

14.7.2024”

(l)

ir-ringiela għaż-żona US-2.651 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.651

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

21.5.2024

5.7.2024”

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, fit-Taqsima B, l-entrata għall-Istati Uniti hija kkoreġuta kif ġej:

(a)

ir-ringieli għaż-żona US-2.575 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.575

POU, RAT

N, P1

 

13.12.2023

3.7.2024

GBM

P1

 

13.12.2023

3.7.2024”

(b)

ir-ringieli għaż-żona US-2.581 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.581

POU, RAT

N, P1

 

13.12.2023

30.6.2024

GBM

P1

 

13.12.2023

30.6.2024”

(c)

ir-ringieli għaż-żona US-2.586 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.586

POU, RAT

N, P1

 

19.12.2023

3.7.2024

GBM

P1

 

19.12.2023

3.7.2024”

(d)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.594, US-2.595 u US- 2.596 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.594

POU, RAT

N, P1

 

20.12.2023

30.6.2024

GBM

P1

 

20.12.2023

30.6.2024

US-2.595

POU, RAT

N, P1

 

20.12.2023

30.6.2024

GBM

P1

 

20.12.2023

30.6.2024

US-2.596

POU, RAT

N, P1

 

26.12.2023

30.6.2024

GBM

P1

 

26.12.2023

30.6.2024”

(e)

ir-ringieli għaż-żona US-2.608 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.608

POU, RAT

N, P1

 

3.1.2024

30.6.2024

GBM

P1

 

3.1.2024

30.6.2024”

(f)

ir-ringieli għaż-żona US-2.610 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.610

POU, RAT

N, P1

 

3.1.2024

30.6.2024

GBM

P1

 

3.1.2024

30.6.2024”

(g)

ir-ringieli għaż-żona US-2.612 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.612

POU, RAT

N, P1

 

4.1.2024

3.7.2024

GBM

P1

 

4.1.2024

3.7.2024”

(h)

ir-ringieli għaż-żona US-2.617 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.617

POU, RAT

N, P1

 

18.1.2024

30.6.2024

GBM

P1

 

18.1.2024

30.6.2024”

(i)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.633 sa US-2.636 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.633

POU, RAT

N, P1

 

3.4.2024

29.6.2024

GBM

P1

 

3.4.2024

29.6.2024

US-2.634

POU, RAT

N, P1

 

2.4.2024

17.7.2024

GBM

P1

 

2.4.2024

17.7.2024

US-2.635

POU, RAT

N, P1

 

10.4.2024

29.6.2024

GBM

P1

 

10.4.2024

29.6.2024

US-2.636

POU, RAT

N, P1

 

11.4.2024

27.6.2024

GBM

P1

 

11.4.2024

27.6.2024”

(j)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.639 u US-2.640 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.639

POU, RAT

N, P1

 

16.4.2024

29.6.2024

GBM

P1

 

16.4.2024

29.6.2024

US-2.640

POU, RAT

N, P1

 

17.4.2024

18.7.2024

GBM

P1

 

17.4.2024

18.7.2024”

(k)

ir-ringieli għaż-żona US-2.646 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.646

POU, RAT

N, P1

 

2.5.2024

14.7.2024

GBM

P1

 

2.5.2024

14.7.2024”

(l)

ir-ringieli għaż-żona US-2.651 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.651

POU, RAT

N, P1

 

21.5.2024

5.7.2024

GBM

P1

 

21.5.2024

5.7.2024”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2171/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)