|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1420 |
13.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 335/2023
tat-8 ta’ Diċembru 2023
li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2024/1420]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2023/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 sabiex tiġi prevista l-inklużjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet u għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra addizzjonali u emissjonijiet minn tipi ta’ bastimenti addizzjonali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2023/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tal-għadd ta’ kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1575 tas-27 ta’ Lulju 2023 dwar il-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu mal-Unjoni kollha skont l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet għall-2024 (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(5) |
Il-kwantità totali ta’ kwoti li għandhom jinħarġu għas-sena 2027 skont l-iskema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2025 u, bħal fil-każ tas-Sistema eżistenti għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, se tistabbilixxi l-limitu bħala kwantità ta’ kwoti fiż-ŻEE kollha. Jenħtieġ li l-Istati tal-EFTA taż-ŻEE jipprovdu data tal-input u ser jiġu kkonsultati matul il-proċess ta’ tħejjija tad-Deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni. |
|
(6) |
L-inkorporazzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill hija mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-Istati tal-EFTA tar-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima fil-kuntest tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Abbażi tal-unjoni reġjonali tal-Liechtenstein mal-Iżvizzera u f’konformità mat-trattat bilaterali dwar l-imposti ambjentali (5), fil-Liechtenstein tiġi applikata taxxa ta’ CO2, li l-amministrazzjoni tagħha, inkluż il-ġbir, il-monitoraġġ u r-rappurtar jitwettqu mill-awtoritajiet u l-entitajiet Żvizzeri. Għalhekk għal-Liechtenstein, fir-rigward tal-iskema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali, rieżami tad-data tat-tmiem tad-deroga skont l-Artikolu 30e(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u eżenzjoni mir-regoli amministrattivi relatati sa dak iż-żmien u l-aġġustamenti korrispondenti fis-sorsi tad-data dwar l-emissjonijiet huma xierqa. |
|
(8) |
Iċ-ċifri ppubblikati bid-Deċiżjoni (UE) 2023/1575 għall-kwantità ta’ kwoti għall-Unjoni kollha għall-2024 u t-tnaqqis annwali tal-kwoti li għandhom jinħarġu li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-fattur lineari ta’ tnaqqis jinkludu l-Istati tal-EFTA, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2023/959. |
|
(9) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
2. |
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 21alj (id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
3. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21apn (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1722):
|
|
4. |
Il-punt 21aw (ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) 2023/957, id-Direttiva (UE) 2023/959 u d-Deċiżjonijiet (UE) 2023/852 u (UE) 2023/1575 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2023 jew fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE, skont liema wieħed minnhom jiġi aktar tard (*1).
Għandu japplika mill-31 ta’ Diċembru 2023.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Pascal SCHAFHAUSER
(1) ĠU L 130, 16.5.2023, p. 105.
(2) ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134.
(3) ĠU L 110, 25.4.2023, p. 21.
(4) ĠU L 192, 31.7.2023, p. 30.
(5) Vertrag zwischen dem Fürstentum Liechtenstein und der Schweizerischen Eidgenossenschaft betreffend die Umweltabgaben im Fürstentum Liechtenstein, abgeschlossen am 29. Januar 2010 (LGBl. 2010 Nr. 12).
(*1) Ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1420/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)