DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
11 ta’ Lulju 2013 ( *1 )
“Interpretazzjoni ta’ sentenza — Inammissibbiltà”
Fil-Kawża C-496/09 INT,
li għandha bħala suġġett talba għal interpretazzjoni tas-sentenza tas-17 ta’ Novembru 2011, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-496/09), imressqa fl-14 ta’ Frar 2013, skont l-Artikoli 43 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u 158 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,
Ir-Repubblika Taljana,
il-parti l-oħra fil-kawża hija:
Il-Kummissjoni Ewropea,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn K. Lenaerts, Viċi-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala President tat-Tielet Awla, T. von Danwitz, E. Juhász, G. Arestis u D. Šváby (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali,
tagħti l-preżenti
Digriet
|
1 |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2012, ir-Repubblika Taljana ppreżentat talba għal interpretazzjoni tal-punti 52, 55 u 68 tal-motivi kif ukoll tal-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tas-17 ta’ Novembru 2011, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-496/09, Ġabra p. I-11483, iktar ’il quddiem is-“sentenza li tagħha ntalbet l-interpretazzjoni”). |
|
2 |
Ir-Repubblika Taljana titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta:
|
Is-sentenza li tagħha ntalbet l-interpretazzjoni
|
3 |
Permezz tas-sentenza li tagħha ntalbet l-interpretazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat u ddeċidiet:
|
Osservazzjonijiet tal-partijiet
|
4 |
Fl-ewwel lok, ir-Repubblika Taljana ssostni li l-interpretazzjoni tal-kliem, “mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza”, fis-sens li jikkonċerna s-sitwazzjoni tas-17 ta’ Novembru 2011, data tal-għoti tas-sentenza li tagħha ntalbet l-interpretazzjoni, u mhux dik prevalenti fid-data ta’ għeluq il-fażi istruttorja tal-proċedura tesponiha għal konsegwenzi mhux raġonevoli inkwantu taggrava l-penalità li għandha tħallas. Din l-interpretazzjoni tmur ukoll kontra l-loġika tal-mekkaniżmu ta’ pagament ta’ penalità previst fl-Artikolu 228(2) KE, inkwantu tissuġġetta l-ammont tal-pagament tal-penalità għal fatt li jevita l-kontroll ta’ dan l-Istat Membru u tiżolaha mis-sitwazzjoni meħuda inkunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddetermina l-ammont tagħha. |
|
5 |
Fit-tieni lok, ir-Repubblika Taljana ssostni li, interpretazzjoni tal-kliem “li l-irkupru tagħha ma jkunx għadu ġie effettwat jew ma jkunx ġie ipprovat fi tmiem il-perijodu kkonċernat” fis-sens li jeskludu li provi prodotti minn dan l-Istat Membru wara l-iskadenza tas-semestru kkonċernat jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni tal-pagament ta’ penalità marbuta miegħu, mhux biss ma hijiex neċessarja sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, iżda barra minn hekk tirriżulta kuntrarja għall-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali hekk kif jirriżulta barra minn hekk mill-Artikolu 4(3) TFUE. |
|
6 |
Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni hija tal-fehma li t-talba għal interpretazzjoni mressqa mir-Repubblika Taljana hija ammissibbli, fin-nuqqas ta’ kull diffikultà dwar is-sens u l-portata tas-sentenza li tagħha ntalbet l-interpretazzjoni u essenzjalment hija intiża sabiex tqiegħed inkwistjoni l-kontenut ċar ta’ din is-sentenza kif ukoll sabiex tbiddel il-portata tagħha favuriha. |
Fuq it-talba
|
7 |
L-Artikolu 158(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jipprovdi li, skont l-Artikolu 43 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-każ ta’ diffikultà fis-sens u l-portata ta’ sentenza jew ta’ digriet, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tinterpretaha, fuq talba ta’ parti jew ta’ istituzzjoni tal-Unjoni li tiġġustifika interess f’dan is-sens. |
|
8 |
Għandu jiġi osservat li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, talba għal interpretazzjoni għandha, sabiex tkun ammissibbli, issemmi d-dispożittiv tas-sentenza kkonċernata, b’rabta mal-motivi essenzjali tiegħu, u trid tkun intiża sabiex tneħħi inċertezza jew ambigwità li eventwalment taffettwa s-sens u l-portata tas-sentenza nnifisha inkwantu kellha tiddeċiedi l-kwistjoni hekk kif ġiet sottomessa lilha. Għaldaqstant talba għal interpretazzjoni ma hijiex ammissibbli meta hija tikkonċerna punti li ma ġewx deċiżi mis-sentenza kkonċernata [digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-20 ta’ April 2010, Pellegrini vs Il-Kummissjoni, C-114.08 P(R)-INT, punt 6 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata]. |
|
9 |
Fir-rigward tal-ewwel parti ta’ din it-talba, għandu jiġi kkonstatat li d-dispożittiv tas-sentenza li tagħha ntalbet l-interpretazzjoni, skont il-motivazzjoni kkunsidrata fil-punti 52, 55 u 68 tagħha, tikkonċerna espressament id-data tal-għoti ta’ din is-sentenza bħala data ta’ riferiment għad-determinazzjoni tal-ammont totali tal-għajnuna li għadha ma ġietx irkuprata li hija intiża sservi bħala bażi ta’ kalkolu għall-pagament ta’ penalità rigressiva li għaliha ġie kkundannat l-Istat Membru. |
|
10 |
Bl-istess mod, fir-rigward tat-tieni parti ta’ din it-talba, huwa paċifiku li interpretazzjoni strettament litterali tad-dispożittiv tas-sentenza li tagħha ntalbet l-interpretazzjoni hija tali li sservi bħala bażi għat-teħid inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni, għall-finijiet tal-kalkolu tal-perċentwali tal-għajnuna li għandha tiġi kkunsidrata bħala mhux irkuprata fi tmiem semestru speċifiku, tas-sempliċi provi dokumentarji li jaslulha qabel l-iskadenza tal-perijodu kkonċernat. |
|
11 |
F’dan ir-rigward, jeħtieġ sempliċement li jiġi kkonstatat li t-talba tar-Repubblika Taljana, permezz taż-żewġ partijiet tagħha, hija intiża sabiex tqiegħed inkwistjoni l-konsegwenzi ta’ tali interpretazzjoni strettament litterali tad-dispożittiv tas-sentenza li tagħha ntalbet l-interpretazzjoni. Issa, tali tqegħid inkwistjoni ma jistax jikkonċilja ruħu mal-Artikoli 43 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u 158(1) tar-Regoli tal-Proċedura u lanqas mal-awtorità ta’ res judicata marbuta mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
12 |
Billi ma kienet ibbażata fuq ebda diffikultà fir-rigward tas-sens u l-portata tas-sentenza li tagħha ntalbet l-interpretazzjoni, l-imsemmija talba għandha għaldaqstant tiġi ddikjarata inammissibbli. |
Fuq l-ispejjeż
|
13 |
Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Repubblika Taljana tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tordna: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.