Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/457/KE, tad-29 ta’ April 2004, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 156, p. 48, rettifika fil-ĠU L 202, p. 35), f’dak li jirrigwarda r-Renju ta’ Spanja.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/457/KE, tad-29 ta’ April 2004, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), hija annullata safejn teskludi mill-finanzjament Komunitarju l-infiq magħmul mir-Renju ta’ Spanja fil-komunitajiet awtonomi tal-pajjiż Bask u ta’ La Rioja fis-sena finanzjarja 1998/1999 u li jirrigwarda l-uċuħ tar-raba’ u l-primjums fil-qasam ta’ l-annimali ta’ l-ifrat, minn naħa, u l-infiq magħmul qabel it-22 ta’ Marzu 2000 mir-Renju ta’ Spanja fil-komunità awtonoma tal-pajjiż Bask fis-sena finanzjarja 1999/2000 u li jirrigwarda l-uċuħ tar-raba’ u l-primjums fil-qasam ta’ l-annimali ta’ l-ifrat, min-naħa l-oħra.

2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.