|
10.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 100/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 136/2007
tas-26 ta' Ottubru 2007
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “'il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 99/2007 tat-28 ta' Settembru 2007 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/322/KE tat-12 ta' Mejju 2003 li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' l-għoti ta' l-ikel lil ċerti għasafar nekrofaġi b'ċerti materjali ta' kategorija 1 (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/324/KE tat-12 ta' Mejju 2003 rigward deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intra-speċje għall-annimali tal-pil skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/324/KE tas-26 ta' April 2003 dwar regoli tranżitorji sanitarji u ta' ċertifikazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-importazzjoni ta' ġelatina fotografika minn ċerti pajjiżi terzi (4) kif ikkoreġut mill-ĠU L 208, 10.6.2004, u ĠU L 396, 31.12.2004, p. 63, għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2004 li taddatta d-Deċiżjoni 2003/324/KE rigward deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intra-speċje għall-annimali tal-pil skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba l-adeżjoni ta' l-Estonja (5) kif ikkoreġuta mill-ĠU L 189, 27.5.2004, p. 43, għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/455/KE tad-29 ta' April 2004 li tadatta d-Deċiżjoni 2003/322/KE li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba l-adeżjoni ta' Ċipru (6) fir-rigward ta' l-għoti ta' l-ikel lil ċerti għasafar nekrofaġi b'ċerti materjali ta' kategorija 1 kif ikkoreġut mill-ĠU L 202, 7.6.2004, p. 31, għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 79/2005 tad-19 ta' Jannar 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/202 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' l-użu tal-ħalib, prodotti bbażati fuq il-ħalib u prodotti derivati mill-ħalib, ddefiniti bħala materjal ta' Kategorija 3 f'dak ir-Regolament (7) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim. |
|
(8) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 416/2005 tal-11 ta' Marzu 2005 li jemenda l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-importazzjoni mill-Ġappun ta' ċerti prodotti sekondarji ta' l-annimali, maħsuba għal skopijiet tekniċi (8) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim. |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/830/KE tal-25 ta' Novembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2003/322/KE rigward l-għoti ta' l-ikel lil ċerti għasafar nekrofaġi b'ċertu materjal ta' kategorija 1 (9) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
|
(10) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 181/2006 ta' l-1 ta' Frar 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 fir-rigward ta' fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija li mhumiex demel u li jemenda lil dak ir-Regolament (10) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim. |
|
(11) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 197/2006 tat-3 ta Frar 2006 dwar miżuri ta' tranżizzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 rigward il-ġbir, it-trasport, it-trattament, l-użu u r-rimi ta' dawk li kienu oġġetti ta' l-ikel (11) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim. |
|
(12) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2006 tas-7 ta' Frar 2006 li jemenda l-Annessi VI u VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-ipproċessar ta' standards għall-impjanti tal-bijogass u ta' l-ikkompostjar u r-rekwiżiti għad-demel (12) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim. |
|
(13) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/311/KE tal-21 ta' April 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2004/407/KE rigward l-importazzjoni tal-ġelatina fotografika (13) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(14) |
Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
|
(15) |
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Iżlanda bil-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttiva tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-oqsma li ma kinux applikabbli għall-Iżlanda qabel ir-reviżjoni ta' dan il-Kapitolu b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jkun emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
It-test tar-Regolamenti (KE) Nru 79/2005, (KE) Nru 416/2005, (KE) Nru 181/2006, (KE) Nru 197/2006 u (KE) Nru 208/2006 u d-Deċiżjonijiet 2003/322/KE, 2003/324/KE, 2004/407/KE (kif ikkoreġuti mill-ĠU L 208, 10.6.2004, p. 9) u ĠU L 396, 31.12.2004, p. 63, ta' 2004/434/KE (kif ikkoreġut mill-ĠU L 189, 27.5.2004, p. 43) ta' 2004/455/KE (kif ikkoreġut mill-ĠU L 202, 7.6.2004, p. 31), 2005/830/KE u 2006/311/KE fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Ottubru 2007, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1) jew meta tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007, liema data tkun l-aktar tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 26 ta' Ottubru 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 47, 21.2.2008, p. 10.
(2) ĠU L 117, 13.5.2003, p. 32.
(3) ĠU L 117, 13.5.2003, p. 37.
(4) ĠU L 151, 30.4.2004, p. 11.
(5) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 54.
(6) ĠU L 156, 30.4.2004, p. 41.
(8) ĠU L 66, 12.3.2005, p. 10.
(9) ĠU L 311, 26.11.2005, p. 40.
(10) ĠU L 29, 2.2.2006, p. 31.
(11) ĠU L 32, 4.2.2006, p. 13.
(12) ĠU L 36, 8.2.2006, p. 25.
(13) ĠU L 115, 28.4.2006, p. 40.
(*1) Huma indikati obbligi kostituzzjonali.
ANNESS
Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat hawn taħt.
|
1) |
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 9b (ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fil-Parti 7.1:
|
|
2) |
Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 41 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/2006) fil-Parti 7.2:
|
|
3) |
Taħt l-intestatura 'L-ATTI LI L-ISTATI TA' L-EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM DEBITAMENT IQISU' fil-Parti 7.2, għandu jiddaħħal il-punt li ġej wara l-punt 41 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/598/KE): “Prodotti sekondarji mill-animmali li mhumiex maħsuba għall-komsum mill-bniedem
|