|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/802 |
30.1.2025 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Kawża M.11663 – NOKIA / INFINERA)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/802)
1.
Fit-22 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Nokia Corporation (“Nokia”, il-Finlandja), |
|
— |
Infinera Corporation (“Infinera”, l-Istati Uniti). |
Nokia se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tat-totalità ta’ Infinera.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Nokia hija kumpanija multinazzjonali li tinvolvi ruħha fil-forniment ta’ servizzi tal-infrastruttura tan-network, tat-teknoloġija u tas-software, |
|
— |
Infinera hija fornitur dinji ta’ soluzzjonijiet ta’ netwerking, li jinkludu tagħmir ta’ netwerking, semikondutturi ottiċi, software u servizzi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11663 – NOKIA / INFINERA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/802/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)