31.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 141/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 483/2008

tat-30 ta' Mejju 2008

li jintroduċi ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Σταφίδα Ζακύνθου (Stafida Zakynthou) (DPO), Miód wrzosowy z Borów Dolnośląskich (IĠP), Chodské pivo (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità ma' l-Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż, u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Polonja biex tirreġistra l-isem “Miód wrzosowy z Borów Dolnośląskich”, l-applikazzjoni tal-Greċja biex tirreġistra l-isem “Σταφίδα Ζακύνθου” (Stafida Zakynthou) u l-applikazzjoni tar-Repubblika Ċeka biex tirreġistra l-isem “Chodské pivo” ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b'dan huma rreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 417/2008 tal-Kummissjoni (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 27).

(2)   ĠU C 179, 1.8.2007, p. 15 (Miód wrzosowy z Borów Dolnośląskich), ĠU C 179, 1.8.2007, p. 19 (Σταφίδα Ζακύνθου (“Stafida Zakynthou”)), ĠU C 184, 7.8.2007, p. 19 (Chodské pivo).


ANNESS

1.   

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.4.   Prodotti oħra magħmulin mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib ħlief butir, eċċ)

IL-POLONJA

Miód wrzosowy z Borów Dolnośląskich (IĠP)

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati

IL-GREĊJA

Σταφίδα Ζακύνθου (Stafida Zakynthou) (DPO)

2.   

Oġġetti ta' l-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament

Klassi 2.1.   Birer

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Chodské pivo (IĠP)