|
22.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 84/6 |
Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi
2014/C 84/05
Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b'dan javża li rċieva applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-prospettar ta' idrokarburi fis-settur Q13 (Q13b-fond) kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament dwar il-Minjieri (Mijnbouwregeling) (Il-Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245).
B'referenza għad-Direttiva imsemmija fl-introduzzjoni u fl-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (Mijnbouwwet) (il-Bulletin tal-Atti u d-Dikrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b'dan jistieden lill-partijiet interessati biex iressqu applikazzjoni kompetittiva għall-awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fis-sezzjoni tal-blokk Q13b-fond fil-blata kontinentali Olandiża.
Is-sezzjoni tal-blokk Q13b-fond hija delimitata permezz tal-arkijiet paralelli bejn il-pari vertiċi A-B, D-E u I-J, permezz tal-arkijiet meridjani bejn il-pari vertiċi B-C, E-F u A-J, permezz taċ-ċrieki l-kbar bejn il-pari vertiċi F-G, G-H u H-I u l-konfini tal-blata kontinentali tal-Att dwar il-Minjieri bejn il-vertiċi C u D.
Il-vertiċi huma ddefiniti kif ġej:
|
vertiċi |
° |
′ |
″ E |
° |
′ |
″ N |
|
A |
4 |
0 |
0 |
52 |
20 |
0 |
|
B |
4 |
20 |
0 |
52 |
20 |
0 |
|
C |
Intersezzjoni tal-ark meridjan li jgħaddi mill-vertiċi B u l-konfini tal-blata kontinentali tal-Att dwar il-Minjieri |
|||||
|
D |
Intersezzjoni tal-ark parallel li jgħaddi mill-vertiċi E u l-konfini tal-blata kontinentali tal-Att dwar il-Minjieri |
|||||
|
E |
4 |
11 |
0 |
52 |
10 |
0 |
|
F |
4 |
11 |
0 |
52 |
11 |
30 |
|
G |
4 |
7 |
0 |
52 |
13 |
45 |
|
H |
4 |
4 |
30 |
52 |
12 |
0 |
|
I |
4 |
8 |
0 |
52 |
10 |
0 |
|
J |
4 |
0 |
0 |
52 |
10 |
0 |
Is-sezzjoni tal-blokk Q13b-fond tkopri żona ta' 369,4 km2
Il-vertiċi msemmija hawn fuq huma ddefiniti mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, ikkalkulati skont is-Sistema Ewropea ta’ Referenza Terrestri.
Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stabbiliti fl-Att dwar il-Minjieri (il-Bulletin tal-Atti u d-Dikrieti 2002, Nru 542).
L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu matul it-13-il ġimgħa wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:
|
De minister van Economische Zaken |
|
ter attentie van de heer P. Jongerius, directie Energiemarkt |
|
Bezuidenhoutseweg 73 |
|
Postbus 20401 |
|
2500 EC Den Haag |
|
NEDERLAND |
L-applikazzjonijiet li jaslu wara d-data ta' skadenza ta' dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.
Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-perjodu ta' skadenza.
Aktar informazzjoni tista' tinkiseb billi ċċempel lis-Sur E. J. Hoppel fuq dan in-numru tat-telefon: +31 703797762.