18.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/51


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10541 - GOLDMAN SACHS / GRUPO VISABEIRA / CONSTRUCTEL VISABEIRA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 78/04)

1.   

Fl-10 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti ta’ l-Amerka),

—

Grupo Visabeira S.A. (“Visabeira”, il-Portugall), ikkontrollata esklużivament minn Fernando Campos Nunes,

—

Constructel Visabeira, S.A (“Constructel”, il-Portugall), ikkontrollata minn Visabeira.

Goldman Sachs u Visabeira jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Constructel, li bħalissa hija fil-kontroll esklużiv ta’ Visabeira, permezz tas-sussidjarja tagħha li hija proprjetà kollha kemm hi, Visabeira Global SGPS, S.A.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Goldman Sachs: il-provvista ta’ firxa ta’ servizzi bankarji, ta’ titoli u ta’ investiment madwar id-dinja lill-klijentela tagħha inklużi korporazzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji, gvernijiet u individwi ta’ valur nett għoli,

—

Visabeira: firxa ta’ attivitajiet industrijali u attivitajiet oħra madwar l-Ewropa u madwar id-dinja, inklużi t-telekomunikazzjonijiet, l-enerġija, il-kostruzzjoni u t-teknoloġija, iċ-ċeramika u l-oġġetti tal-ħġieġ, l-għamara tal-kċina, il-biofuels (pellets) u s-sistemi tal-enerġija, u l-lukandi, ir-resorts u l-kumplessi tad-divertiment, iċ-ċentri u s-servizzi tax-xiri,

—

Constructel: id-disinn, l-ippjanar, l-inġinerija, il-kostruzzjoni, it-tiswija u l-manutenzjoni tan-networks tat-telekomunikazzjoni u tal-infrastruttura tal-enerġija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10541 - GOLDMAN SACHS / GRUPO VISABEIRA / CONSTRUCTEL VISABEIRA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.