|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/335 |
18.2.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/335
tat-18 ta’ Frar 2025
li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK (1), li tikkonċerna miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe. |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġġeddu sal-20 ta’ Frar 2026. Jenħtieġ li l-Kunsill ikompli jissorvelja s-sitwazzjoni politika u ta’ sigurtà fiż-Żimbabwe u jżomm dawk il-miżuri taħt rieżami kostanti fid-dawl tal-iżviluppi. |
|
(3) |
Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li l-entità li fadal titħassar mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi stipulati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, u b’hekk ma titħalla l-ebda persuna jew entità soġġetta għal miżuri restrittivi. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/101/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-20 ta’ Frar 2026.” |
|
(2) |
L-Anness I huwa emendat f’konformitá mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. DOMAŃSKI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/101(1)/oj).
ANNESS
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, fil-Parti “II. Entitajiet”, titħassar l-entrata li ġejja:
|
“1. |
Zimbabwe Defence Industries |
10th floor, Trustee House, 55 Samora Machel Avenue, PO Box 6597, Harare, Zimbabwe. |
Assoċjata mal-Ministeru għad-Difiża u mal-fazzjoni tal-Gvern ta’ ZANU-PF.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/335/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)