|
24.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 208/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10658 – NORSK HYDRO / ALUMETAL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 208/05)
1.
Fit-13 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Norsk Hydro ASA (“Hydro”, in-Norveġja), |
|
— |
Alumetal S.A. (“Alumetal”, il-Polonja). |
Hydro takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Alumetal kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ sejħa pubblika.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Hydro hija kumpanija tal-aluminju integrata, u għandha attivitajiet tul il-katina tal-valur tal-aluminju mill-bauxite, alumina u ġenerazzjoni tal-enerġija sal-produzzjoni ta’ prodotti estruditi tal-aluminju u riċiklaġġ tal-aluminju. B’mod partikolari, Hydro tipproduċi ligi tal-funderija bbażati prinċipalment fuq aluminju primarju. |
|
— |
Alumetal hija prinċipalment produttur ta’ ligi tal-fonderija tal-aluminju prodotti prinċipalment minn aluminju sekondarju. Alumetal tipproduċi wkoll ligi prinċipali, li tużahom internament, iżda wkoll tbigħhom lil klijenti terzi, inkluża Hydro. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10658 – NORSK HYDRO / ALUMETAL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).