31999R1218



Official Journal L 148 , 15/06/1999 P. 0009 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1218/1999

ta' l-14 ta' Ġunju 1999

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 861/1999 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

(1) Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament;

(2) Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u dawn ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispo]izzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa jew miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti;

(3) Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża ma’ dan ir-Regolament iridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

(4) Billi huwa xieraq li, soġġetti għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar sistemi ta' kontroll doppju u għas-sorveljanza ta' qabel u retrospettiva tal-Komunità ta' prodotti tat-tessuti ma’ l-importazzjoni fil-komunità, informazzjoni vinkolanti tat-tariffa fl-affari tal-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiġu mitluba skond id-dispo]izzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t'Ottubru 1992, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], għal perijodu ta' 60 ġurnata mid-detentur;

(5) Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tat-taqsima tan-nomenklatura tat-tariffa u statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati ġewwa n-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Soġġetti għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar sistemi ta' kontroll doppju u għas-sorveljanza ta' qabel u retrospettiva tal-Komunità ta' prodotti tat-tessuti ma’ l-importazzjoni fil-Komunità, informazzjoni tat-tariffa li jorbot fl-affari tal-klassifika ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li m'għadhomx konformi ma’ dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiġu mitluba skond id-dispo]izzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' 60 ġurnata.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Ġunju 1999.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 108, tas-27.4.1999, p. 11.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Deskrizzjoni | Klassifikazzjoni Kodiċi tan-NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Tinda tal-ġnien ta' qies ta' 3 m x 3 m, li tikkonsiti minn drapp minsuġ magħmul minn strippa tal-polyethylene anqas minn 5 mm wiesg[a, koperta miż-żewġ naħat b'materjal tal-plastik, li huwa vi]ibbli bl-għajn. L-oġġett huwa ppreżentat b'vireg tal-metall weqfin li jifformaw il-qafas tiegħu u l-apparat ta' stiratura li bih jista’ jitwaħħal ma’ l-art | 39269091 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(a) tal-Kapitolu 59 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 3926, 392690 u 39269091 |

2.Ilbies ħafif maħdum, li ma joqgħodx issikkat (100 % qoton), kopert b'disinni dekorattivi stampati, li jibqgħu neżlin sat-tul ta' nofs il-koxxa (tul totali 90ċm). Għandu l-għonq tond bi tberfila applikata ta' drapp maħdum, u kmiem qosra. It-truf tal-kmiem u l-qiegħ ta' l-ilbies għandhom il-keffa u hemm qsim fil-ġenb ta' madwar 10 ċm fit-tarf t'isfel(Libsa)(Ara r-ritratt Nru 580) | 61044200 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6104 u 61044200. Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-kodiċi tan-NM 61044100 sa 61044900. Il-klassifikazzjoni bħala qmis ta' bil-lejl hija eskluża, għax l-ilbies in kwestjoni, minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, jista’ jintlibes kemm fis-sodda kif ukoll x'imkien ieħor u, għalhekk, mhux maħsub biex jintlibes esklussivament jew essenzjalment bħala lbies ta' bil-lejl. Minħabba t-tul ta' dan l-ilbies, ma jistax ikun ikklassifikat skond il-kodiċi tan-NM 6109 |

3.Ilbies ħafif maħdum, li ma joqgħodx issikkat (100 % qoton), kopert b'disinni dekorattivi stampati, li jibqgħu neżlin sa taħt l-irkoppa (tul totali 120 ċm), u mingħajr kmiem. Għandu għonq tond, baxx bi tberfila ta' drapp maħdum. It-tarf t'isfel ta' l-ilbies għandu l-keffa u għandu l-qasmiet fil-ġenb ta' madwar 22 ċm(Libsa)(Ara r-ritratt Nru 581) | 61044200 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi tan-NM6104 u 61044200. Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-kodiċi tan-NM 61044100 sa 61044900. Il-klassifikazzjoni bħala qmis ta' bil-lejl hija eskluża, għax l-ilbies in kwestjoni, minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, jista’ jintlibes kemm fis-sodda kif ukoll x'imkien ieħor u, għalhekk, mhux maħsub biex jintlibes esklussivament jew essenzjalment bħala lbies ta' bil-lejl. Minħabba t-tul ta' dan l-ilbies, ma jistax ikun ikklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6109. |

4.Ilbies ta' kulur stess ta' drapp minsuġ 100 % polyamide ta' ħxuna ta' 0,1 mm, miksi minn ġewwa b'materjal tal-plastik mhux ċellulari (polyurethane) u b'inforra kkuttunata.L-ilbies għandu żewġ kullari, li wieħed minnhom huwa magħmul minn drapp tal-pil brushed maħdum, u fetħa sħiħa fuq quddiem, jinqafel mix-xellug għal fuq il-lemin permezz ta' buttuni tal-pulzier li jingħafsu.Għandu kmiem twal biż-żippijiet fit-truf u żewġ bwiet imdaħħlin l-għoli tal-qadd.L-ilbies jibqa’ nieżel sal-kuxxtejn (tul totali 75ċm) u għandu faċilità ta' ssikkar fil-qiegħ.(Lbies simili għal anorak)(Ara r-ritratt Nru 583) | 62019300 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(a)(1) tal-Kapitolu 59, in-Nota 8 tal-Kapitolu 62 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6201 u 62019300. L-ilbies huwa magħmul minn drapp li l-kisja tiegħu ma tidhirx bl-għajn |

5.Ilbies minsuġ ta' sintetiku ta' żewġt ilwien (100 % nylon), drapp, mingħajr kmiem, li jkopri l-parti ta' fuq tal-ġisem sal-koxox. Għandu l-għonq forma ta' V u fetħa sħiħa fuq quddiem b'żipp fastener u jkun issikkat fil-qiegħ bil-lastiku.Il-partijiet ta' taħt tat-toqob wisgħin ta' l-idejn huma parzjalment bil-lastiku. L-ilbies għandu but minn barra li jinqafel bil-"Velcro", ħoloq taċ-ċinturin u ċinturin ta' drapp li jaġġusta ruħu b'apparat ta' ssikkar.L-ilbies huma inforrat kollu. Fih żewġ panels fuq quddiem u panel waħda fuq wara li kollha huma magħmula minn materjal ta' plastik ċellulari.(Ilbies ieħor)(Ara r-ritratt Nru 582) | 62114390 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 8 tal-Kapitolu 62 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6211, 621143 u 62114390 Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata ta’ l-intestatura 6211. L-ilbies, bis-saħħa tal-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, ma jistax ikun ikkunsidrat bħala life-jacket ta' l-intestatura 6307 |

6.Tinda tal-ġnien ta' qies ta' 3 m x 3 m, li tikkonsisti minn kopertura magħmula minn drapp oħxon minsuġ 100 % qoton, ippreżentat b'vireg weqfin tal-metall li jifformaw il-qafas tagħha u l-apparat ta' stiratura li bihom tista’ titwaħħal ma’ l-art.Id-drapp jifforma saqaf, li jkopri l-erba’ vireg weqfin.(Ara r-ritratt Nru 588) | 63069100 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1 tal-Kapitolu 63 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6306 u 63069100. Dan l-oġġett ma jistax ikun ikkunsidrat bħala tinda għax huwa miftuħ mill-erba’ naħat. |

--------------------------------------------------