European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1954

21.8.2026

Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994, relatat mal-modifika ta’ konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

A.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur nirreferi għan-negozjati li saru skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika ta’ konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji inklużi fl-Iskeda tat-Tariffi CLXXV tal-Unjoni Ewropea bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (“UE”) kif ikkomunikat lill-Membri tad-WTO fid-dokument G/SECRET/42/Add.2, il-Pakistan u l-UE jaqblu li jikkonkludu l-konsultazzjonijiet fuq il-bażi li ġejja:

Il-Pakistan jaqbel mal-prinċipju u l-metodoloġija tat-tqassim tal-impenji kwantitattivi skedati fil-forma tal-kwoti tariffarji tal-UE li inkludew lir-Renju Unit, li permezz tiegħu mit-tqassim tal-kwantità jittieħed porzjon mill-UE li ma jinkludix aktar lir-Renju Unit u l-bqija tal-kwantità tittieħed mir-Renju Unit.

L-UE tirrikonoxxi li l-Pakistan qed ikollu konsultazzjonijiet separati mar-Renju Unit dwar il-bqija tal-kwantità tal-kwoti tariffarji meħuda mir-Renju Unit mill-kwoti tariffarji oriġinarji tal-UE.

Fir-rigward tal-kwoti tariffarji fejn il-Pakistan għandu drittijiet ta’ konsultazzjoni taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT, il-Pakistan jesprimi li jaqbel u li huwa sodisfatt bit-tqassim propost kif stabbilit fid-dokument G/SECRET/42/Add.2 u l-impenji kwantitattivi riżultanti meħuda mill-UE wara l-ħruġ tar-Renju Unit.

Dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għan-negozjati bejn l-UE u Membri oħra tad-WTO bi drittijiet taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 fir-rigward tal-kwoti tariffarji kkonċernati. L-UE timpenja ruħha li tikkonsulta mal-Pakistan f’każ li r-riżultat ta’ dawk in-negozjati kellu jibdel l-ishma stabbiliti fid-dokument G/SECRET/42/Add.2.

L-UE tirrikonoxxi li l-Pakistan għandu Drittijiet ta’ Negozjar Inizjali (INRs, Initial Negotiating Rights) fir-rigward tal-linja tariffarja 10062000 (Ross Imfesdaq Ismar), kif rikonoxxut mill-UE fid-dokument tad-WTO G/SECRET/18/Add.3 datat id-19 ta’ Ġunju 2013.

L-UE u l-Pakistan għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika.

Inkun obbligat lejk jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma’ dan t’hawn fuq.

Għandi l-unur nipproponi li, jekk dan ta’ hawn fuq huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, inkluż għall-finijiet tal-Artikolu XXVIII:3(a) u (b) tal-GATT tal-1994.

Nassigurak, Sinjur/Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Image 1

B.   Ittra mill-Pakistan

Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid hekk:

“Għandi l-unur nirreferi għan-negozjati li saru skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika ta’ konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji inklużi fl-Iskeda tat-Tariffi CLXXV tal-Unjoni Ewropea bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (‘UE’) kif ikkomunikat lill-Membri tad-WTO fid-dokument G/SECRET/42/Add.2, il-Pakistan u l-UE jaqblu li jikkonkludu l-konsultazzjonijiet fuq il-bażi li ġejja:

Il-Pakistan jaqbel mal-prinċipju u l-metodoloġija tat-tqassim tal-impenji kwantitattivi skedati fil-forma tal-kwoti tariffarji tal-UE li inkludew lir-Renju Unit, li permezz tiegħu mit-tqassim tal-kwantità jittieħed porzjon mill-UE li ma jinkludix aktar lir-Renju Unit u l-bqija tal-kwantità tittieħed mir-Renju Unit.

L-UE tirrikonoxxi li l-Pakistan qed ikollu konsultazzjonijiet separati mar-Renju Unit dwar il-bqija tal-kwantità tal-kwoti tariffarji meħuda mir-Renju Unit mill-kwoti tariffarji oriġinarji tal-UE.

Fir-rigward tal-kwoti tariffarji fejn il-Pakistan għandu drittijiet ta’ konsultazzjoni taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT, il-Pakistan jesprimi li jaqbel u li huwa sodisfatt bit-tqassim propost kif stabbilit fid-dokument G/SECRET/42/Add.2 u l-impenji kwantitattivi riżultanti meħuda mill-UE wara l-ħruġ tar-Renju Unit.

Dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għan-negozjati bejn l-UE u Membri oħra tad-WTO bi drittijiet taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 fir-rigward tal-kwoti tariffarji kkonċernati. L-UE timpenja ruħha li tikkonsulta mal-Pakistan f’każ li r-riżultat ta’ dawk in-negozjati kellu jibdel l-ishma stabbiliti fid-dokument G/SECRET/42/Add.2.

L-UE tirrikonoxxi li l-Pakistan għandu Drittijiet ta’ Negozjar Inizjali (INRs, Initial Negotiating Rights) fir-rigward tal-linja tariffarja 10062000 (Ross Imfesdaq Ismar), kif rikonoxxut mill-UE fid-dokument tad-WTO G/SECRET/18/Add.3 datat id-19 ta’ Ġunju 2013.

L-UE u l-Pakistan għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika.

Inkun obbligat lejk jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma’ dan t’hawn fuq.

Għandi l-unur nipproponi li, jekk dan ta’ hawn fuq huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, inkluż għall-finijiet tal-Artikolu XXVIII:3(a) u (b) tal-GATT tal-1994.”

B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi mal-ittra t'hawn fuq.

Image 2


ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2026/1954/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)