European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/451

17.1.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11801 – MUTARES / MAGIRUS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/451)

1.   

Fl-10 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Mutares SE & Co. KGaA (“Mutares”, il-Ġermanja), finalment ikkontrollata minn-Mutares Management SE,

—

Buderus Edelstahl GmbH (iktar ‘il quddiem “Buderus”, il-Ġermanja), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn voestalpine AG (l-Awstrija).

Mutares se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Buderes.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Mutares hija kumpanija ta’ investiment li tiffoka fuq l-akkwiżizzjoni ta’ partijiet minn korporazzjonijiet kbar u kumpaniji ta’ daqs medju f’sitwazzjonijiet tranżizzjonali,

—

Buderus hija kumpanija tal-azzar speċjalizzata globalment attiva. Il-kumpanija tipproduċi u tiddistribwixxi azzar speċjali ta’ kwalità għolja b’enfasi fuq l-azzar tal-għodda, l-azzar tal-inġinerija, il-forġa b’forma miftuħa, il-forġa tal-platti magħluqa, l-istrixxi llaminati bis-sħana, l-istrixxi llaminati bil-kesħa u l-prodotti semimanifatturati llaminati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista’ jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11801 – MUTARES / BUDERUS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/451/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)