Official Journal L 244 , 29/09/2000 P. 0076 - 0077
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/57/KE tat-22 ta’ Settembru 2000 li temenda l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffissar ta’ livelli massimi ta' residwi ta’ pestiċidi fi jew fuq frott u ħxejjex u ċerti prodotti ta’ oriġini mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħxejjex rispettivament (Test b’rilevanza ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta’ Novembru 1976 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi jew fuq frott u ħxejjex [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/24/KEE [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Lulju 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi f'ċerti prodotti ta’ oriġini mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex [3] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/42/KE [4]. Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti fis-suq [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/10/KEE [6] u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha, Billi: (1) Bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE, awtorizzazzjonijiet għall-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti għall-użu fuq prodotti tar-raba’ speċifiċi huma r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri. Awtorizzazzjonijiet bħal dawn huma meħtieġa li jkunu bbażati fuq l-evalwazzjoni ta’ l-effetti fuq is-saħħa umana u ta’ l-annimali u l-influwenza fuq l-ambjent. L-elementi li għandhom ikunu kkunsidrati b’evalwazzjonijiet bħal dawn li jinkludu espożizzjonijiet ta’ l-operatur u ta' min iħares u l-impatt fuq l-ambjent terrestriju, akwatiku u ta’ l-arja, kif ukoll bħala impatt fuq bnedmin u annimali permezz ta’ konsum ta’ residwi fuq prodotti tar-raba’ ttrattati. (2) Għal prodotti ta’ oriġini mill-pjanti, kif ukoll għall-frott u l-ħxejjex, il-livelli massimi ta’ residwi ġeneralment jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet minimi ta’ pestiċidi biex tinkiseb protezzjoni effettiva tal-pjanti, applikati b’tali mod li l-ammont ta’ residwu jkun l-anqas prattikabbli u li hu tossikoloġikament aċċettabli, b’mod partikolari minħabba l-protezzjoni ta’ l-ambjent u fit-termini tad-dieta mittiekla kif ikkalkolata. (3) Livelli massimi ta’ residwi huma stabbiliti fil-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika ta' l-użu awtorizzat tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li ma jirriżultawx f’livelli rintraċċabbli ta’ residwi tal-pestiċida fi jew fuq il-prodott ta’ l-ikel, jew fejn ma hemm l-ebda użu awtorizzat jew fejn l-użu li jkun ġiue awtorizzat mill-Istati Membri ikun għadu ma ġiex sostnut mill-informazzjoni meħtieġa jew meta l-użu f’pajjiżi terzi li jirriżulta f’residwi fi jew fuq il-prodotti ta’ l-ikel li jistgħu jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq tal-Komunità ikun għadu ma ġiex sostnut bl-informazzjoni meħtieġa. (4) Il-livelli massimi ta’ residwi għall-pestiċidi għandhom jinżammu taħt reviżjoni kontinwa. Il-livelli jistgħu jkunu mibdula biex jittieħed akkont ta’ użu ġdid, informazzjoni ġdida u dettalji u, b’mod partikolari, għandhom ikunu urġentement ikkunsidrati mill-ġdid bl-għan għat-tnaqqis li jirrigwardja l-esposizzjoni ta’ dieta għall-konsumaturi, ibbażata fuq l-informazzjoni ġdida u rreveduta, huma miġjuba għall-attenzjoni tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 76/895 u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 90/642/KEE. (5) L-informazzjoni dwar l-użu ġdid jew mibdul ta’ pestiċidi koperti b'din id-Direttiva ġew innotifikati lill-Kummissjoni. L-informazzjoni li ssostni dan l-użu ġiet evalwata u hi xierqa biex timmodifika l-limiti eżistenti tar-residwi fl-Annessi għad-Direttivi. (6) L-esposizzjoni tul il-ħajja ta’ konsumaturi għal dawn il-pestiċidi permezz ta’ prodotti ta’ l-ikel li jista’ jkun fihom residwi ta’ dawn il-pestiċidi, kienet ġiet eżaminata u evalwata bi qbil mal-proċeduri u prattiki użati fil-Komunità Ewropea, billi jittieħed akkont tal-linji ta' gwida ppublikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [7] u jkun ġie kkalkulat li l-livelli massimi ta’ residwi stabbiliti f’din id-Direttiva ma’ joħolqux eċċessività tad-dieti aċċettabbli ta’ kuljum. (7) Meta xieraq, l-esposizzjoni akuta ta’ konsumaturi għal dawn il-pestiċidi permezz ta' kull wieħed mill-prodotti ta’ l-ikel li jistgħu jkun fihom residwi ta’ dawn il-pestiċidi jkun ġie eżaminat u evalwat bi qbil mal-proċeduri u l-prattika li bħal issa huma użati fil-Komunità Ewropea, billi jkunu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet ippublikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-ebda inkwiet serju ta’ l-ikel ma jkun ġie identifikat. (8) L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 98/82/KE [8], dwar l-issettjar ta’ livelli massimi ta’ residwi, stabbilixxa l-livelli temporanji massimi ta’ residwi għall-vinclozolin għal ċerta tneħħija ta' kontrolli dwar uħud mill-merkanzija utili bil-quddiem ta' l-adozzjoni għall-prodotti agrikoli kollha tal-livelli massimi ta’ residwi rreveduti fuq il-bażi tax-xogħolijiet ta’ evalwazzjoni permezz tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. Din l-evalwazzjoni għadha mhix kompluta. B'dana kollu huwa xieraq li tnaqqas l-esposizzjoni tal-konsumaturi għal residwi ta’ vinclozolin billi tnaqqas il-livelli masimi ta’ residwi għall-vinclozolin dwar ċerta merkanzija utili. Huwa wkoll xieraq li dawn il-livelli rreveduti jkunu stabbiliti fuq bażi temporanja sakemm iseħħ it-twettiq imsemmi tax-xogħol ta’ l-evalwazzjoni. (9) Dawn il-pestiċidi kollha li dwarhom il-livelli massimi ta’ residwi qegħdin jiġu stabbiliti b'din id-Direttiva għandhom bżonn li jkunu evalwati fl-ambitu tad-Direttiva 91/414/KEE. Il-limiti massimi ta’ residwi stabbiliti b'din id-Direttiva għal kull pestiċida jeħtieġ li jkunu rriveduti fuq il-bażi ta' każ b’każ tad-deċizjonijiet eventwali tal-Kummissjoni wara x-xogħol ta’ evalutazzjoni mwettaq permezz ta' l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. (10) Is-sieħba tal-kummerċ tal-Komunità kienu ġew ikkonsultati dwar il-livelli stabbiliti f’din id-Direttiva permezz ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli ġew ikkunsidrati. Il-possibbilità li jkunu stabbiliti l-livelli massimi ta’ residwi b’tolleranza ta’ l-għaqda ta’ pestiċidi/prodotti tar-raba’ speċifiċi għandhom ikunu eżaminati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tas-sottomissjoni ta’ l-informazzjoni aċċettabli. (11) L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għall-Pjanti, b’mod partikolari l-parir u rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi għal prodotti ta’ l-ikel ittrattati bil-pestiċidi, kienu ġew ikkunsidrati. (12) Din id-Direttiva hija bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti; ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Fl-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE d-dħul ta’ "3" għal foplet f'għeneb ta’ l-inbid hi mibdula bi "10". L-Artikolu 2 L-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE hu mmodifikat kif ġej: 1. id-dħul ta’ "1" għal maleic hydrazide fil-karrotti u zfunnarija bajda huwa mibdul bi "30"; 2. id-dħul ta’ "0,1" għall-glyghosate fiż-żerriegħa tal-qoton huwa mibdul bi "10"; 3. id-dħul ta’ "0,05" għad-dithiocarbamates maneb, mancozeb, metiram, propineb u zineb fiż-żebbuġ huma mibdula bi "5"; 4. id-dħul il-ġdid hu magħmul għar-residwi tal-pestiċida diphenylamine bil-limiti massimi tar-residwi: tuffieħ: | 5 mg/kg, | lanġas: | 10 mg/kg, | il-merkanzija utili l-oħra kollha: | 0,05* mg/kg meta dan ikun il-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika; | 5. Id-dħul għall-vinclozolin ta’ "3" u "2" għal tadam u ħawħ huma mibdula minn "0,05*" u "0,5*" rispettivament. Dawn il-valuri rreveduti huma stabbiliti fuq bażi temporanja. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Marzu 2001 l-aktar tard. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan. Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2001. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif referenza bħal din għandha tkun magħmula. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, it-22 ta’ Settembru 2000. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 340, tad-9.12.1976, p. 26. [2] ĠU L 107, ta' l-4.5.2000, p. 28. [3] ĠU L 350, ta' l-14.12.1990, p. 71. [4] ĠU L 158, tat-30.6.2000, p. 51. [5] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. [6] ĠU L 57, tat-2.3.2000, p. 28. [7] "Guidelines for predicting dietary intake of pesticide residues" (revised), (Il-linji ta' gwida biex ikun previst il-mittiekel tad-dieta ta’ residwi tal-pestiċidi), ippreparati mill-programm GEMS/Programm ta' l-Ikel b'kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippublikati mill-Organiżżazzjoni Dinjija tas-Saħħa 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7) [8] ĠU L 290, tad-29.10.1998, p. 25. --------------------------------------------------