28.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1103

tas-27 ta' Ġunju 2019

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq nhar it-22 ta' Mejju 2003 skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-24 ta' Ġunju 2019, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi sbatax-il annotazzjoni mil-lista ta' persuni jew entitajiet li l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi jenħtieġ li japplika għalihom.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003, jitħassru l-entrati li ġejjin:

“18.

AUTOMOBILE STATE ENTERPRISE. Indirizz: Ħdejn Andulus Square, off Nidal Street, P.O. Box 3270, Uqba Bin Nafia Square.”

“30.

DIRECTORATE-GENERAL OF MEDICAL SUPPLIES (magħruf ukoll bħala DIRECTORATE-GENERAL OF MEDICAL APPLIANCES). Indirizzi: (a) P.O. Box 17041, Bagdad, l-Iraq; (b) P.O. Box 17014, Al-Hurriya, Bagdad, l-Iraq.”

“33.

DIRECTORATE OF TRANSFORMERS PROJECT. Indirizz: P.O. Box 21, Baquba, Diala, l-Iraq.”

“60.

IRAQI COMPANY FOR CARTON MANUFACTURIES. Indirizz: P.O. Box 29029, Za'Faraniya, Bagdad, l-Iraq.”

“66.

IRAQI REFRESHMENT COMPANY. Indirizz: P.O. Box 2339, Alwiyah, Za'Faraniya, Industrial Area, Bagdad, l-Iraq.”

“82.

MISHRAQ SULPHUR STATE ENTERPRISE. Indirizz: P.O. Box 54, Al Ishraq-Ninawa, Mosul, l-Iraq.”

“103.

NORTHERN CEMENT STATE ENTERPRISE. Indirizz: P.O. Box 1, Sulaimaniyah, l-Iraq.”

“114.

STATE BATTERY MANUFACTURING ESTABLISHMENT (magħrufa ukoll bħala STATE BATTERY MANUFACTURING ENTERPRISE). Indirizz: P.O. Box 190, Al-Waziriyah, Safi El-Din, Al-Hilli St., Bagdad, l-Iraq.”

“120.

STATE COMPANY FOR PLASTIC BAGS INDUSTRIES IN TIKRIT. Indirizz: P.O. Box 12, Muhafadha Salah Aldin, Tikrit, l-Iraq.”

“136.

STATE ENTERPRISE FOR GLASS AND CERAMIC INDUSTRIES. Indirizz: Ramadi, Al Anbar, l-Iraq.”

“148.

STATE ENTERPRISE FOR RAW BUILDING MATERIALS. Indirizz: P.O. Box 5890, Alwiya, ħdejn is-Suldat mhux Magħruf, Saadoun Street, Bagdad, l-Iraq.”

“154.

STATE ENTERPRISE FOR WOOD INDUSTRIES. Indirizzi: (a) Abu Sukhair, P.O. Box 20, Najaf, l-Iraq; (b) Manadhira, Al-Najaf, l-Iraq.”

“182.

STATE ORGANISATION FOR INDUSTRIAL DEVELOPMENT. Indirizz: Khullani Square, Khulafa St., Bagdad, l-Iraq.”

“187.

STATE ORGANISATION FOR ROADS AND BRIDGES (magħrufa ukoll bħala (a) STATE ESTABLISHMENT OF BRIDGES CONSTRUCTION, (b) STATE ESTABLISHMENT FOR MIDDLE AREA (ROADS), (c) STATE ESTABLISHMENT OF CONSTRUCTION OF ROADS (SOUTHERN AREA), (d) STATE ESTABLISHMENT OF CONSTRUCTION OF ROADS (NORTHERN AREA), (e) STATE ESTABLISHMENT OF CONSTRUCTION OF ROADS (MIDDLE AREA AROUND ELPHURATE), (f) STATE ESTABLISHMENT OF EXPRESSWAY ROADS). Indirizzi: (a) Karradat Mariam, Karkh, P.O. Box 917, Bagdad, l-Iraq; (b) Nassiryah, l-Iraq; (c) Kirkuk, l-Iraq; (d) Hilla, l-Iraq; (e) Yousufia, l-Iraq.”

“185.

STATE ORGANISATION FOR MINERALS. Indirizz: P.O. Box 2330, Sa'doon Street, Bagdad, l-Iraq.”

“27.

DIRECTORATE-GENERAL OF GENERATION AND TRANSMISSION OF ELECTRICITY. Indirizz: P.O. Box 1058, Al-Masbah, Building 4/356, Bagdad, l-Iraq.”

“89.

NASSIRITYAH THERMAL POWER STATION. Indirizz: P.O. Box 31, Nassiriyah, l-Iraq.”