2010R0557 — MT — 09.01.2014 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 557/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 159, 25.6.2010, p.13) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1373/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2013 |
L 346 |
29 |
20.12.2013 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 557/2010
tal-24 ta’ Ġunju 2010
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 596/2004, (KE) Nru 633/2004, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 2014/2005, (KE) Nru 239/2007, (KE) Nru 1299/2007, (KE) Nru 543/2008, (KE) Nru 589/2008, (KE) Nru 617/2008 u (KE) Nru 826/2008 fir-rigward tal-obbligi ta' notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 tad-29 ta’ Novembru 2005 dwar ir-rati ta' tariffa għall-banana ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikolari l- ( 2 ) Artikolu 43, l-Artikolu 121 il-punti(d), (e) u (f), l-Artikolu 127, 134, u l-Artikolu 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew ( 3 ) jistipula regoli komuni għan-notifikazzjoni ta' informazzjoni u dokumenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawn ir-regoli jkopru partikolarment l-obbligu għall-Istati Membri li jużaw is-sistemi ta' informazzjoni magħmula disponibbli mill-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess għall-awtoritajiet jew l-individwi awtorizzati biex jibagħtu l-komunikazzjonijiet. Minbarra dan, ir-Regolament jistabbilixxi prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi ta' informazzjoni sabiex jiggarantixxu l-awtentiċità, l-integrità u l-leġġibbiltà tul iż-żmien tad-dokumenti u jipprovdi għall-protezzjoni tad-dejta personali. |
|
(2) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, l-obbligu li jintużaw is-sistemi ta' informazzjoni skont dak ir-Regolament għandu jiġi pprovdut fir-Regolamenti li jistabbilixxu obbligu ta' notifika speċifiku. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta' informazzjoni li tippermettilha timmaniġġja b'mod elettroniku dokumenti u proċeduri fi ħdan il-proċeduri interni ta' ħidma tagħha u fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni. |
|
(4) |
Huwa kkunsidrat li ċerti obbligi ta' notifika diġà jistgħu jintlaħqu permezz ta' dik is-sistema skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, partikolarment dawk li hemm provvediment dwarhom fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/2003 tat-28 ta’ Awwissu 2003 li jniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzji ta' esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal ( 4 ), (KE) Nru 596/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fis-settur tal-bajd ( 5 ), (KE) Nru 633/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur ( 6 ), (KE) Nru 1345/2005 tas-16 ta’ Awwissu 2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar is-sistema tal-liċenzji ta' importazzjoni fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa ( 7 ), (KE) Nru 2014/2005 tad-9 ta’ Diċembru 2005 dwar il-liċenzji taħt l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-banana lejn il-Komunità fir-rigward tal-banana li tkun tqiegħdet f’ċirkulazzjoni ħielsa bir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni ( 8 ), (KE) Nru 239/2007 tas-6 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 404/93 rigward ir-rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet fis-settur tal-banana ( 9 ), (KE) Nru 1299/2007 tas-6 ta’ Novembru 2007 dwar ir-rikonoxximent ta’ gruppi tal-produtturi fis-settur tal-ħops ( 10 ), (KE) Nru 543/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur ( 11 ), (KE) Nru 589/2008 tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd ( 12 ), (KE) Nru 617/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur tal-irziezet ( 13 ) u (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli ( 14 ). |
|
(5) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1299/2007 jistipula l-obbligu tal-Kummissjoni li tippubblika l-lista kollha tal-gruppi rikonoxxuti tal-produtturi għall-ħops fil-bidu ta' kull sena kalendarja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa xieraq li jintużaw sistemi moderni ta' informazzjoni biex dawk il-listi jsiru magħrufin mill-pubbliku. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta' ċarezza, il-kontenut tal-informazzjoni għandu jiġi speċifikat f'dak ir-Regolament. |
|
(6) |
L-obbligu tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KE) Nru 543/2008, li jagħmlu disponibbli l-listi ta' biċċeriji approvati, kif ukoll il-bidliet f'dawk il-listi, għandu jiġi ssimplifikat biex jitnaqqas il-piż amministrattiv. |
|
(7) |
Il-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw skont l-obbligu pprovdut bl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 589/2008 għandhom jiġu speċfikati b'mod aħjar. Kwalunkwe referenza għall-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri tista' tkun ikkunsidrata żejda u għalhekk ma għandhiex tiġi riprodotta minħabba raġunijiet ta' ċarezza. |
|
(8) |
L-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(1), (2) u (3) u l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 617/2008, għandha tinbagħat kemm lill-EUROSTAT kif ukoll lid-Direttorat-Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Dan kien qed ikun piż eċċessiv fuq l-Istati Membri u għalhekk għandu jkun hemm arranġament biex l-Istati Membri jikkomunikaw id-dejta mitluba lill-EUROSTAT biss. Minħabba raġunijiet ta' koerenza u amministrazzjoni tajba, il-komunikazzjonijiet konċernati għandhom isiru b'mod elettroniku għall-punt uniku tad-dħul tad-dejta tal-Eurostat, b'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat). |
|
(9) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni ċerta dejta msemmija fil-Parti A tal-Anness III għal dak ir-Regolament għall-għanijiet tal-għotja tal-għajnuna għaż-żejt taż-żebbuġa kif ipprovdut fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għal raġunijiet ta' ċarezza għandu jiġi stabbilit illi l-Istati Membri li jipproduċu żejt taż-żebbuġa biss għandhom jintalbu jibagħtu dik id-dejta. |
|
(10) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 596/2004, (KE) Nru 633/2004, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 2014/2005, (KE) Nru 239/2007, (KE) Nru 1299/2007, (KE) Nru 543/2008, (KE) Nru 589/2008, (KE) Nru 617/2008 u (KE) Nru 826/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
▼M1 —————
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 596/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
(a) Fil-paragrafu 1, il-frażi introduttorja qed titbiddel b’dan li ġej:
“Sal-Ġimgħa ta' kull ġimgħa, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:”
(b) Il-paragrafu 4 jitħassar.
(2) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’li ġej:
“3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-Ġimgħa ta' kull ġimgħa, bl-għadd ta' liċenzji tal-esportazzjoni ex post li saret applikazzjoni għalihom, matul dik il-ġimgħa, inkluż notifiki ‘żero’. In-notifiki, għandhom jispeċifikaw, fejn xieraq, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 7(2).”
(3) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:
“Artikolu 8a
In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, inkluż notifiki ‘żero’, għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 15 ).
(4) L-Anness II jitħassar.
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 633/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
(a) Fil-paragrafu 1, il-frażi introduttorja tiġi mibdula b'dan li ġej:
“Sal-Ġimgħa ta' kull ġimgħa, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:”
(b) Il-paragrafu 4 jitħassar.
(2) Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej:
“3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-Ġimgħa ta' kull ġimgħa, bl-għadd ta' liċenzji tal-esportazzjoni ex post li saret applikazzjoni għalihom, matul dik il-ġimgħa, inkluż notifiki ‘żero’. In-notifiki, għandhom jispeċifikaw, fejn xieraq, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 7(2).”
(3) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 8a
In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, inkluż notifiki ‘żero’, għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 16 ).
(4) L-Anness II jitħassar.
Artikolu 4
Ir-Regolament (KE) Nru 1345/2005 huwa emendat kif ġej:
(1) Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 jinbidel b’li ġej:
“2. In-notifiki msemmija fil-punt a tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1), inkluż notifiki ‘żero’, għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri permezz ta' mezzi elettroniċi bl-użu tal-formola li l-Kummissjoni għamlitilhom disponibbli.
In-notifiki msemmija fil-punt b tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), inkluż notifiki ‘żero’, għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru792/2009 ( 17 ).
(2) L-Anness jitħassar.
Artikolu 5
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2014/2005 huwa emendat kif ġej:
(1) Fil-paragrafu 1, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
“(a) sal-Erbgħa ta' kull ġimġħa: prezzijiet bil-grossa għal banana safra, murija skont il-pajjiż tal-oriġini jew il-grupp tal-pajjiżi tal-oriġini, kif irreġistrati fil-ġimgħa ta' qabel fuq is-swieq rappreżentattivi elenkati fl-Anness XVI għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 ( 18 );
(2) Il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 19 ).
Artikolu 6
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 239/2007, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:
“4. Il-komunikazzjonijiet imsemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 20 ).
Artikolu 7
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1299/2007 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 5
1. L-Istati Membri produtturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta' kull sena b'lista tal-gruppi rikonoxxuti tal-produtturi għall-ħops fl-Istat Membru tagħhom. In-notifika għandha tispeċifika għal kull grupp:
(a) isem il-grupp,
(b) l-indirizz ġuridiku,
(c) id-data ta’ rikonoxximent,
(d) l-għadd ta' membri, u
(e) l-erja ta' kultivazzjoni tal-ħops mill-membri tal-grupp fis-sena li tippreċedi n-notifika.
2. In-notifika lill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 21 ).
3. Il-lista tal-gruppi rikonoxxuti tal-produtturi bl-ismijiet u l-indirizzi tal-gruppi għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri u għall-pubbliku b'kull mezz xieraq permezz ta' sistemi ta' informazzjoni, stabbiliti mill-Kummissjoni, fosthom il-pubblikazzjoni fuq l-internet.
Artikolu 8
Ir-Regolament (KE) Nru 543/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 6 jinbidel b’li ġej:
“6. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, permezz ta' kull mezz xieraq, fosthom il-pubblikazzjoni fuq l-internet, il-lista aġġornata tal-biċċeriji approvati rreġistrati skont il-paragrafu 1, li turi l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom u n-numru allokat għal kull waħda.”
(2) Fl-Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:
“Sat-30 ta’ Ġunju ta' kull sena, il-laboratorji nazzjoni ta' referenza għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-verifiki msemmija fl-ewwel subparagrafu. Is-sejbiet għandhom jiġu ppreżentati għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni msemmi fl-Artikolu 195(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.”
(3) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 20a li ġej:
“Artikolu 20a
In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija fl-Artikoli 11(4), 11(5), 17(5), 18(1) u 18(2) għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 22 ).
(4) L-Anness XIIa jitħassar.
Artikolu 9
Fir-Regolament (KE) Nru 589/2008, l-Artikolu 37 jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 37
In-notifiki
1. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2. In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 23 ).
Artikolu 10
Ir-Regolament (KE) Nru 617/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 jitħassar.
(2) L-Artikolu 9 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 9
L-aġenziji ta' spezzjoni
L-aġenziji maħtura minn kull Stat Membru għandhom jivverifikaw l-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.”
(3) Jiddaħħal Artikolu 11a ġdid:
“Artikolu 11a
Implimentazzjoni tal-obbligu tan-notifika
In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija fl-Artikoli 3(3) u 8(7) ta' dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 24 ).
(4) L-Anness III huwa emendat kif ġej:
(a) It-titolu jinbidel b'dan li ġej:
“SOMMARJU TA' KULL XAHAR TAL-PRODUZZJONI U TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-BAJD TAT-TIFQIS U TAL-FLIELES TAT-TJUR TAL-IRZIEZET*”
(b) It-test tal-aħħar jinbidel b'dan li ġej:
“* Li għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri b'mod elettroniku jew mtellgħin b'mezz elettroniku għall-punt uniku tad-dħul tad-dejta tal-Eurostat, b'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat)”
(5) L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
(a) It-titolu jinbidel b'dan li ġej:
“STRUTTURA U UŻU TAL-IMFAQAS*”
(b) It-test tal-aħħar jinbidel b'dan li ġej:
“* Li għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri b'mod elettroniku jew mtellgħin b'mezz elettroniku għall-punt uniku tad-dħul tad-dejta tal-Eurostat, b'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat)”
Artikolu 11
Fir-Regolament (KE) Nru 826/2008, l-Artikolu 4 jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 4
Kundizzjonijiet għal għotja ta’ għajnuna għaż-żejt taż-żebbuġa
1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-prezz medju għandu jiġi rreġistrat fuq is-swieq rappreżentattivi matul il-perjodu ta' ġimagħtejn talanqas, u nnotifikat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri produtturi kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness III għal dan ir-Regolament.
2. In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 25 ).
Artikolu 12
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 316, 2.12.2005, p. 1.
( 2 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
( 3 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.
( 4 ) ĠU L 217, 29.8.2003, p. 35
( 5 ) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 33.
( 6 ) ĠU L 100, 6.4.2004, p. 8.
( 7 ) ĠU L 212, 17.8.2005, p. 13.
( 8 ) ĠU L 324, 10.12.2005, p. 3.
( 9 ) ĠU L 67, 7.3.2007, p. 3.
( 10 ) ĠU L 289, 7.11.2007, p. 4.
( 11 ) ĠU L 157, 17.6.2008, p. 46.
( 12 ) ĠU L 163, 24.6.2008, p. 6.
( 13 ) ĠU L 168, 28.6.2008, p. 5.
( 14 ) ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3.
( 15 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”
( 16 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”
( 17 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”
( 18 ) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.”
( 19 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”
( 20 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”
( 21 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”
( 22 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”
( 23 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”
( 24 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”
( 25 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”