2.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1376

tal-1 ta’ Ottubru 2020

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ 6-fitażi, prodott mill-Komagataella phaffii (CGMCC 12056) bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani li jitrabbew għat-tnissil, għad-driefeġ (tal-ħalib u miftuma) u għall-ispeċijiet porċini minuri (detentur tal-awtorizzazzjoni Andrés Pintaluba S.A)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Tressqu żewġ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ 6-fitażi, prodott mill-Komagataella phaffii (CGMCC 12056) f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dawk l-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ 6-fitażi, prodott mill-Komagataella phaffii (CGMCC 12056) bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani li jitrabbew għat-tnissil, għad-driefeġ (tal-ħalib u miftuma) u għall-ispeċijiet porċini minuri li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Ottubru 2019 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparat ta’ 6-fitażi prodott mill-Komagataella phaffii (CGMCC 12056) ma għandhiex effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li jenħtieġ li l-addittiv jitqies bħala sensitizzatur respiratorju. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv wera titjib fl-użu u fil-kontenut tal-fosforu. Din il-konklużjoni tista’ tiġi estiża għad-dundjani li jitrabbew għat-tnissil. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparat ta’ 6-fitażi prodott mill-Komagataella phaffii (CGMCC 12056) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dan il-preparat jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jaqa’ taħt il-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u l-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2019;17(11):5893 u EFSA Journal 2019;17(11):5894.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unità ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà

4a31

Andrés Pintaluba S.A.

6-fitażi

EC 3.1.3.26

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ 6-fitażi (EC 3.1.3.26)

prodott mill-Komagataella phaffii (CGMCC 12056), b’attività minima ta’:

Forma solida: 20 000 U  (1)/g

Forma likwida: 20 000 U/ml

Dundjani tas-simna

Dundjani li jitrabbew għat-tnissil

-

250 U

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u b’miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, inkluż protezzjoni tan-nifs.

it-22 ta’ Ottubru 2030

Driefeġ

(tal-ħalib u miftuma)

Speċijiet porċini minuri (tal-ħalib u miftuma)

-

1 000 U

-

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodott mill-Komagataella phaffii (CGMCC 12056)

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-fitażi fl-addittiv tal-għalf:

—

metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika tal-fitażi fuq il-fitat — VDLUFA 27.1.4

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-fitażi fit-taħlitiet lesti minn qabel:

—

metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika tal-fitażi fuq il-fitat — VDLUFA 27.1.3

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-fitażi fl-għalf:

—

metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika tal-fitażi fuq il-fitat — EN ISO 30024


(1)  Unità waħda hija l-ammont ta’ enzima li tirrilaxxa mikromol wieħed ta’ fosfat inorganiku mill-fitat kull-minuta f’pH ta’ 5,5 u f’temperatura ta’ 37 °C.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports