Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SITT PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET - Kapitolu 2: Atti legali ta' l-Unjoni, proċeduri ta' adozzjoni u dispożizzjonijiet oħrajn - Taqsima 2: Proċeduri ta' adozzjoni ta' l-atti u dispożizzjonijiet oħra - Artikolu 297 (ex Artikolu 254 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0176 - 0176
Artikolu 297 (ex Artikolu 254 TKE) 1. L-atti leġislattivi adottati skond il-proċedura leġislattiva ordinarja għandhom ikunu ffirmati mill-President tal-Parlament Ewropew u mill-President tal-Kunsill. L-atti leġislattivi adottati skond il-proċedura leġislattiva speċjali għandhom ikunu ffirmati mill-President ta' l-istituzzjoni li tkun adottathom. L-atti leġislattivi għandhom ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data indikata fihom jew, fin-nuqqas ta' dan, fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħhom. 2. L-atti mhux leġislattivi adottati fl-għamla ta' regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet, meta dawn ma jindikawx destinatarju, għandhom ikunu ffirmati mill-Presidenti ta' l-istituzzjoni li tkun adottathom. Ir-regolamenti, id-direttivi li jkunu indirizzati lill-Istati Membri kollha, kif ukoll id-deċiżjonijiet, meta ma jindikawx destinatarju, għandhom jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data indikata fihom jew, fin-nuqqas ta' dan, fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħhom. Id-direttivi l-oħra, kif ukoll id-deċiżjonijiet li jindikaw destinatarju, għandhom jiġu notifikati lil dawk li lilhom ikunu indirizzati u jkollhom effett minn meta ssir dik in-notifika. --------------------------------------------------