SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
7 ta’ Mejju 2009 ( *1 )
“Nomenklatura Magħquda — Intestaturi tariffarji 2206 u 2208 — Xarba ffermentata li fiha l-alkoħol distillat — Xarba magħmula inizjalment minn frott jew prodott naturali — Żieda ta’ sustanzi — Konsegwenzi — Telf tat-togħma, tar-riħa u tad-dehra tax-xarba oriġinali”
Fil-Kawża C-150/08,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda), permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Marzu 2008, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-, fil-kawża
Siebrand BV
vs
Staatssecretaris van Financiën,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn A. Rosas, President tal-Awla, A. Ó Caoimh, J. N. Cunha Rodrigues, J. Klučka (Relatur), u A. Arabadjiev, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Kokott,
Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-4 ta’ Marzu 2009,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għal Siebrand BV, minn G. J. Slooten, advocaat, |
|
— |
għall-Gvern Olandiż, minn C. M. Wissels u M. Noort, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern Elleniku, minn I. Bakopoulos, O. Patsopoulou u M. Tassopoulou, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern tar-Renju Unit, minn V. Jackson, bħala aġent, assistita minn K. Beal, barrister, |
|
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn A. Sipos u W. Roels, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (iktar ’il quddiem in-“NM”) li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2587/91, tas- (ĠU L 259, p. 1, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 2658/87”). |
|
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn il-kumpannija Siebrand B.V., stabbilita f’Kampen (l-Olanda) (iktar ’il quddiem “Siebrand”) u l-iStaatssecretaris van Financiën (Segretarju tal-Istat għall-Finanzi), dwar tmien stimi tat-taxxa riveduti fir-rigward ta’ taxxi tas-sisa fuq tliet xarbiet alkoħoliċi, prodotti minn din il-kumpannija, għall-perijodu bejn Lulju 2003 u Frar 2004. |
Il-kuntest ġuridiku
|
3 |
L-istimi tat-taxxa riveduti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġew stabbiliti skont il-liġi Olandiża dwar is-sisa (Wet op de accijns) li ttrasponiet id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206). |
|
4 |
Sabiex jiġu ddefiniti l-kategoriji tal-prodotti suġġetti għat-taxxa tas-sisa, bir-rata ffissata mid-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 213), l-Artikolu 26 tad-Direttiva 92/83 jirreferi għan-NM fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-direttiva stess. |
In-NM
|
5 |
In-NM hija bbażata fuq is-sistema armonizzata dinjija għad-deskrizzjoni u l-kodifikazzjoni ta’ merkanzija (iktar ’il quddiem is-“SA”), imfassla mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana, imwaqqfa mill-Konvenzjoni Internazzjonali konkluża fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983 u approvata f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas-, dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288). |
|
6 |
Skont l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2658/87, in-NM hija identika għas-SA f’dak li jirrigwarda l-intestaturi u s-subintestaturi b’sitt ċifri. |
|
7 |
Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM (iktar ’il quddiem ir-“regoli ġenerali” li jinsabu fl-ewwel parti tagħha, taħt it-Titolu I A, jipprovdu dan li ġej: “Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin.
[…]” |
|
8 |
F’dak li jirrigwarda l-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, in-NM tinkludi t-Taqsima IV intitolata “Preparazzjonijiet ta’ l-ikel; xorb, spirti u ħall; tabakk u sostituti manifatturati tat-tabakk”. Din it-taqsima tinkludi b’mod partikolari, il-Kapitolu 22 intitolat “Xorb, spirti u ħall”. Imbagħad dan il-kapitolu jinkludi l-intestatura 2206 intitolata “Xorb ieħor iffermentat (bħala eżempju, sidru, perry, mead); taħlit ta’ xorb iffermentat u taħlit ta’ xorb iffermentat u xorb mhux alkoħoliku, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra”, kif ukoll l-intestatura 2208 intitolata “Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ inqas minn 80% vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż […]”. |
|
9 |
Permezz tat-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) u l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 2658/87, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fasslet noti ta’ spejga relattivi għan-NM (iktar ’il quddiem in-“noti ta’ spjega tan-NM”). |
|
10 |
In-nota ta’ spjega tan-NM dwar l-intestatura 2206 tipprovdi, fir-rigward ta’ prodotti “oħrajn” li jaqgħu taħt is-subintestaturi 22060031 sa 22060089: “Dawn is-subtitli jinkludu l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega tas-SA għal titlu 2206, tieni paragrafu, (1) sa (10)”. |
|
11 |
Il-kunċett ta’ xorb “mhux effervexxenti, f’kontenituri jesgħu” li hemm referenza għalih fis-subintestaturi 22060051 sa 22060089 huwa spjegat fin-nota ta’ spjega tan-NM dwar l-intestatura 2206 kif ġej: “Dawn is-subtitli [subintestaturi] jinkludu xorb li m’huwiex il-prodott ta’ fermentazzjoni naturali tal-must ta’ għeneb frisk iżda li huwa magħmul minn must ta’ l-għeneb konċentrat. Dan il-must huwa stabbli u jista’ jkun maħżun għal użu kif meħtieġ. Il-proċess ta’ fermentazzjoni s-soltu jibda mill-ħmira. Zokkor jista’ wkoll ikun miżjud mal-must qabel jew wara l-fermentazzjoni. Il-prodott miksub minn dan il-proċess jista’ fl-aħħar ikun magħmul iktar ħelu, fortifikat jew imħallat.” |
|
12 |
In-nota ta’ spjega tan-NM dwar l-intestatura 2208 tgħid dan li ġej: “Spirti, likuri u xorb ieħor spirituż ta’ titlu [tal-intestatura] 2208 huma likwidi alkoħoliċi ġeneralment intiżi għal konsum minn bnedmin u huma preparati:
Ix-xarbiet spiritużi varji huma deskritti fin-Noti ta’ Spjega tas-SA għal titlu 2208, tielet paragrafu, (1) sa (17). Rigward spirti mhux żnaturati, għandu jkun innutat li dawn jibqgħu klassifikati f’dan it-titlu anki jekk dawn għandhom saħħa alkoħolika ta’ 80% jew iżjed, kemm jekk il-prodott huwa lest għal konsum bħala xarba jew le. Dan it-titlu ma jkoprix xorb alkoħoliku miksub minn fermentazzjoni (titli 220300 sa 220600).” |
Is-SA
|
13 |
Skont l-Artikolu 3(1) tal-imsemmija konvenzjoni internazzjonali dwar is-SA, tal-14 ta’ Ġunju 1983, kull parti kontraenti tintrabat li n-nomenklaturi tat-tariffi u l-istatistiċi tagħha jkunu konformi mas-SA. Għaldaqstant, il-partijiet kontraenti għandhom jużaw l-intestatura u s-subintestatura kollha tagħha mingħajr żieda jew modifika, kif ukoll il-kodiċijiet konnessi magħhom, u jsegwu l-ordni numerika ta’ din is-sistema. L-istess dispożizzjoni tipprovdi li l-partijiet kontraenti jintrabtu wkoll li japplikaw ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tas-SA kif ukoll in-noti kollha tat-taqsimiet, tal-kapitoli u tas-subintestaturi tas-SA u li ma tiġix modifikata l-portata tagħhom. |
|
14 |
L-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana tfassal noti ta’ spjega relattivi għas-SA (iktar ’il quddiem, in-“noti ta’spjega tas-SA”). In-nota ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 2206 tan-NM tgħid dan li ġej: “Din l-intestatura tinkludi kull xorb iffermentat, barra dak imsemmi fl-intestaturi 2203 sa 2205. Din tkopri b’mod partikolari:
[…] Dan ix-xorb kollu jista’ jkun effervexxenti b’mod naturali jew anke artifiċjali permezz taż-żieda tad-dijossidu tal-karbonju. Dan jibqa’ ikklassifikat taħt din l-intestatura anki jekk jiġi miżjud bl-alkoħol jew jekk il-kontenut alkoħoliku tiegħu jiġi miżjud permezz tat-tieni fermentazzjoni, sakemm iżomm il-karattru tal-prodotti klassifikati taħt din l-intestatura. Din l-intestatura tkopri wkoll it-taħlit ta’ xorb mhux alkoħoliku u xorb iffermentat, kif ukoll it-taħlit ta’ xorb iffermentat li jaqa’ taħt l-intestaturi preċedenti tal-Kapitolu 22, pereżempju, taħlit ta’ luminata u birra jew inbid, taħlit ta’ birra u inbid li għandu saħħa alkoħolika bil-volum ta’ iktar minn 0.5%. […]”. |
|
15 |
In-nota ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 2208 tipprovdi: “Din l-intestatura tkopri, minn naħa, u jkun xi jkun il-livell alkoħoliku:
|
|
16 |
Bħala eżempju tal-prodotti koperti, din in-nota ta’ spjega ssemmi b’mod partikolari: “[…]
|
|
17 |
Il-punt VIII tan-nota ta’ spjega tas-SA, dwar ir-regola ġenerali 3 (b), jispjega li l-fattur li jiddetermina l-karattru essenzjali jista’, skont it-tip ta’ merkanzija, jirriżulta pereżempju min-natura tal-materjal li tkun magħmula minnu jew mill-komponenti tagħha, mill-volum tagħha, mill-kwantità tagħha, mill-piż tagħha jew mill-valur jew l-importanza ta’ wieħed mill-materjali li tkun magħmula minnhom fid-dawl tal-użu tal-merkanzija. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
18 |
Siebrand hija kumpannija li tipproduċi xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku. B’mod partikolari, hija tipproduċi tliet xarbiet alkoħoliċi bl-isem “Pina Colada”, “Whiskey Cream” u “Apfel Cocktail” rispettivament. Dawn il-prodotti huma prodotti abbażi ta’ sidru, u miegħu jiġi miżjud alkoħol distillat, ilma, ġulepp taz-zokkor, diversi ħwawar u kuluri, u fir-rigward b’mod partikolari, tal-Pina Colada u Whiskey Cream, tiġi miżjuda l-krema. It-tliet xarbiet għandhom saħħa alkoħolika b’volum ta’ 14.5%, li 12% minnhom huma dovuti għall-alkoħol distillat u 2.5% għall-alkoħol iffermentat minn tuffieħ ikkonċentrat. |
|
19 |
Sa l-1 ta’ Jannar 2003, il-prodotti inkwistjoni kienu kklassifikati mill-Kummissarju tat-taxxi (iktar ’il quddiem, il-“Kummissarju”) taħt l-intestatura 2206 tan-NM, li kienet tiddetermina wkoll it-tariffa tat-taxxi tas-sisa applikabbli għalihom. Madankollu, b’mod konformi mad-deċiżjoni tal-iStaatssecretaris van Financiën tal-, il-Kummissarju adotta l-pożizzjoni li, fid-dawl tas-saħħa alkoħolika u tan-natura tal-prodotti inkwistjoni, l-imsemmija xarbiet kellhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 2208 tan-NM, mill-. Minn dan tirriżulta taxxa tas-sisa ogħla. |
|
20 |
Għalkemm il-Kummissarju ddifferixxa l-applikazzjoni tat-tariffa l-ġdida sal-1 ta’ Lulju 2003, huwa bagħat lil Siebrand tmien stimi tat-taxxa riveduti għall-perjodu bejn Lulju 2003 u Frar 2004. Siebrand ikkontestat dawn l-istimi iżda l-Kummissarju żamm il-pożizzjoni tiegħu fid-deċiżjoni tiegħu fuq l-ilment. |
|
21 |
Għaldaqstant, Siebrand ippreżentat rikors quddiem il-Gerechtshof te Arnhem, li ddeċidiet li l-prodotti inkwistjoni kellhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 2208 tan-NM. |
|
22 |
Il-Hoge Raad der Nederlanden, li ġiet adita b’appell imressaq minn Siebrad minn din id-deċiżjoni, iddeċidiet li tissosspendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
|
23 |
Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk xorb abbażi ta’ alkoħol iffermentat, li oriġinarjament kien jaqa’ taħt l-intestatura 2206 tan-NM, li ġie miżjud miegħu ċertu ammont ta’ alkoħol distillat, ilma, ġulepp taz-zokkor, ħwawar, kuluri u, għal xi wħud minnhom, bażi ta’ krema, li jtelfulu t-togħma, ir-riħa u/jew id-dehra ta’ xarba magħmula minn frott jew prodott naturali speċifiċi, jaqax taħt l-intestatura 2206 tan-NM bħala xorb iffermentat jew taħt l-intestatura 2208 tan-NM bħala distillat. |
|
24 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-kontrolli, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu jitfittex, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi, kif iddefiniti mill-kliem tal-intestatura tan-NM u tan-noti tat-taqsima jew tal-kapitolu (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-18 ta’ Lulju 2007, Olicom, C-142/06, Ġabra p. I-6675, punt 16 u tal-, Kip Europe et., C-362/07 u C-363/07, Ġabra p. I-9489, punt 26). |
|
25 |
In-noti li jippreċedu l-kapitoli tat-Tariffa Doganali Komuni, bħan-noti ta’ spjega mfasslin mill-Kummissjoni, għal dak li jikkonċerna n-NM, u mill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana, għal dak li jikkonċerna s-SA, jikkontribwixxu b’mod sinjifikattiv għall-interpretazzjoni tal-portata tad-diversi intestaturi, u dan madankollu mingħajr ma għandhom saħħa ta’ liġi vinkolanti (sentenzi Olicom iċċitati iktar ’il fuq, punt 17; tas-6 ta’ Diċembru, Van Landeghem, C-486/06, Ġabra, p. I-10661, punt 25, u tas-27 ta’ Novembru 2008, Metherma, C-403/07, Ġabra p. I-8921, punt 48). |
|
26 |
Għandu jiġi rrilevat li, skont in-nota ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 2206 tan-NM, iż-żieda ta’ alkoħol max-xorb li jaqa’ taħt din l-intestatura ma tipprekludix li dan ix-xorb iżomm din il-klassifikazzjoni, sakemm dan iżomm il-karattru tal-prodotti kklassifikati taħt din l-intestatura, jiġifieri dik tax-xorb iffermentat. |
|
27 |
Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li x-xarbiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali tilfu t-togħma, ir-riħa u d-dehra ta’ xarba magħmula minn frott jew prodott naturali speċifiċi, jiġifieri xarba ffermentata. Prodotti bħal dawn ma jistgħux jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 2206 tan-NM. |
|
28 |
F’dak li jirrigwarda l-klassifikazzjoni ta’ tali prodotti, għandu jiġi mfakkar li skont ir-regola ġenerali 2(b), kwalunkwe referenza f’intestatura għal materjal għandha titqies li tinkludi referenza għal dak il-materjal fl-istat pur tiegħu jew taħlit jew kombinazzjonijiet ta’ dak il-materjal jew is-sustanza b’materjali jew sustanzi oħra. Dan huwa l-każ tal-prodotti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali li fihom alkoħol iffermentat, kif ukoll alkoħol distillat. Dawn il-materjali jaqgħu taħt intestaturi tariffarji differenti. |
|
29 |
Ir-regola ġenerali 3(a) tindika li meta merkanzija tidher li għandha tiġi kklassifikata taħt żewġ intestaturi jew iżjed skont ir-regola ġenerali 2(b), l-intestatura l-iktar speċifika għandha tingħata prijorità fuq l-intestaturi ta’ portata iktar ġenerali. |
|
30 |
Meta prodotti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma komposti minn materjali differenti u l-ebda waħda miż-żewġ intestaturi msemmija iktar ’il fuq mhija iktar speċifika mill-oħra, l-unika dispożizzjoni li wieħed għandu jirrikorri għaliha għall-klassifikazzjoni tal-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija r-regola ġenerali 3(b) (ara s-sentenzi tal-21 ta’ Ġunju 1988, Sportex, 253/87, Ġabra p. 3351, punt 7, u tas-, Turbon International, C-250/05, Ġabra p. I-10531, punt 20). |
|
31 |
Skont din ir-regola ġenerali 3(b), huwa neċessarju, sabiex issir il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ prodott, li jiġi stabbilit liema fost il-materjali li huwa magħmul minnhom jagħtih il-karattru essenzjali tiegħu (ara s-sentenzi tal-10 ta’ Mejju 2001, VauDe Sport, C-288/99, Ġabra p. I-3683, punt 25, tas-, Turbon International, C-276/00, Ġabra p. I-1389, punt 26, u tas-, Turbon International, iċċitata iktar ’il fuq, punt 21). |
|
32 |
Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat liema huwa l-materjal, fost il-materjali li jikkomponu prodotti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jagħtihom il-karattru essenzjali tagħhom. |
|
33 |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li dawn il-prodotti huma magħmula abbażi ta’ sidru, miżjuda b’alkoħol distillat, ilma, zokkor taħt għamla ta’ ġulepp, diversi ħwawar u kuluri, kif ukoll krema fil-każ tal-Pina Colada u l-Whiskey Cream. Il-prodotti finali għandhom saħħa alkoħolika attwali bil-volum ta’ 14.5%, li 2.5% minnha huma dovuti għall-alkoħol iffermentat tas-sidru u 12% minnha huma dovuti għall-alkoħol distillat miżjud. |
|
34 |
Kif jindika l-punt VIII tan-nota ta’ spjega tas-SA dwar ir-regola ġenerali 3(b), il-fattur li jiddetermina l-karattru essenzjali jista’, skont it-tip ta’ merkanzija, jirriżulta pereżempju min-natura tal-materjal li tkun magħmula minnu jew mill-komponenti tagħha, mill-volum tagħha, mill-kwalità tagħha, mill-piż tagħha jew mill-valur jew mill-importanza ta’ wieħed mill-materjali li tkun magħmula minnhom fid-dawl tal-użu tal-merkanzija. |
|
35 |
F’dak li jirrigwarda prodotti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, diversi karatteristiċi u proprjetatjiet oġġettivi jistgħu jiġu kkunsidrati sabiex jiġi ddeterminat il-karattru essenzjali tagħhom. Għaldaqstant, fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li l-alkoħol distillat jikkontribwixxi iktar milli l-akoħol iffermentat mhux biss għall-volum totali tagħhom, iżda wkoll għal-livell ta’ alkoħol tagħhom. |
|
36 |
Fit-tieni lok, jidher li huwa meħtieġ li jiġi vverifikat jekk il-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi ta’ dawn il-prodotti jikkorrispondux għal dawk tal-prodotti kklassifikati taħt l-intestatura 2208 tan-NM. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, it-togħma tista’ tikkostitwixxi karatteristika u proprjetà oġġettiva tal-prodott (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-28 ta’ Ottubru 2004, Artrada et, C-124/03, Ġabra p. I-10297, punt 41, kif ukoll tat-, Sachsenmilch, C-196/05, Ġabra p. I-5161, punt 37). |
|
37 |
F’dan ir-rigward, hekk kif diġà ġie enfasizzat, prodotti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minħabba ż-żieda ta’ ilma u ta’ sustanzi oħra, tilfu t-togħma, ir-riħa u d-dehra ta’ xarba magħmula minn frott jew prodott naturali speċifiċi, jiġifieri, xarba ffermentata. Il-karatteristiċi organolettiċi partikolari tal-imsemmija prodotti, li jiddefinixxu l-karattru essenzjali tagħhom, fil-fatt jikkorrispondu għal dawk tal-prodotti kklassifikati taħt l-intestatura 2208 tan-NM. |
|
38 |
Fl-aħħar lok, għandu jiġi mfakkar li l-użu li għalih huwa intiż il-prodott jista’ wkoll jikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni sa fejn dan huwa inerenti għall-imsemmi prodott. Din in-natura inerenti għandha tkun tista’ tiġi evalwata skont il-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu (ara s-sentenzi tal-1 ta’ Ġunju 1995, Thyssen Haniel Logistic, C-459/93, Ġabra p. I-1381, punt 13, tas-, DFDS, C-396/02, Ġabra p. I-8439, punt 29, u tal-, Ruma, C-183/06, Ġabra p. I-1559, punt 36). Huwa paċifiku li l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi ta’ prodotti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fosthom l-għamla, il-kulur u l-isem kummerċjali tagħhom, jikkorrispondu għal dawk ta’ spirtu. |
|
39 |
Minn dan isegwi li l-karatteristiċi essenzjali tax-xorb bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali kollha jikkorrispondu għal dawk ta’ prodott li jaqa’ taħt l-intestatura 2208 tan-NM. |
|
40 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li xorb abbażi ta’ alkoħol iffermentat, li oriġinarjament kien jaqa’ taħt l-intestatura 2206 tan-NM, li miegħu ġie miżjud ċertu ammont ta’ alkoħol distillat, ilma, ġulepp taz-zokkor, ħwawar, kuluri u, għal xi xarbiet, krema, li jtelfulu t-togħma, ir-riħa u/jew id-dehra ta’ xarba magħmula minn frott jew prodott naturali speċifiċi, ma jaqax taħt l-intestatura 2206 tan-NM, iżda taħt l-intestatura 2208 tagħha. |
Fuq l-ispejjeż
|
41 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla), taqta’ u tiddeċiedi: |
|
Xorb abbażi ta’ alkoħol iffermentat, li oriġinarjament kien jaqa’ taħt l-intestatura 2206 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2587/91 tas-, li miegħu ġie miżjud ċertu ammont ta’ alkoħol distillat, ilma, ġulepp taz-zokkor, ħwawar, kuluri u, għal xi xarbiet, krema, li jtelfulu t-togħma, ir-riħa u/jew id-dehra ta’ xarba magħmula minn frotta jew prodott naturali speċifiċi, ma jaqax taħt l-intestatura 2206 tan-Nomenklatura Magħquda, iżda taħt l-intestatura 2208 tagħha. |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż