25.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/555

tal-24 ta' Marzu 2017

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni ta' diversi sustanzi attivi elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 (il-programm ta' tiġdid AIR IV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin bħala li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi inklużi f'dan ir-Regolament ġew ippreżentati f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (3) . Madankollu, l-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi tista' tiskadi, għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-applikant, qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tagħhom. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu estiżi l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(3)

Minħabba ż-żmien u r-riżorsi meħtieġa biex titlesta l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tal-għadd kbir ta' sustanzi attivi li l-approvazzjonijiet tagħhom jiskadu bejn l-2019 u l-2021, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C/2016/6104 (4) stabbiliet programm ta' ħidma li jiġbor flimkien sustanzi attivi simili u li jistabbilixxi l-prijoritajiet abbażi ta' tħassib dwar is-sikurezza għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew għall-ambjent kif previst fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)

Is-sustanzi meqjusa bħala sustanzi ta' riskju baxx għandhom jingħataw prijorità, skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C/2016/6104. Għalhekk, jeħtieġ li l-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi tiġi estiża bl-iqsar perjodu possibbli. Filwaqt li titqies id-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u tal-ħidma bejn l-Istati Membri li jaġixxu bħala relaturi u korelaturi u r-riżorsi disponibbli meħtieġa għall-valutazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet, dak il-perjodu għandu jkun ta' sena fil-każ ta' dawn is-sustanzi attivi: iż-żejt tal-paraffina/(CAS 64742-46-7), iż-żejt tal-paraffina/(CAS 72623-86-0), iż-żejt tal-paraffina/(CAS 8042-47-5), iż-żejt tal-paraffina/(CAS 97862-82-3) u l-kubrit.

(5)

Għal sustanzi attivi li ma jaqgħux fil-kategoriji prijoritizzati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C/2016/6104, il-perjodu ta' approvazzjoni għandu jiġi estiż jew b'sentejn jew bi tliet snin, filwaqt li jitqiesu d-data ta' skadenza attwali, il-fatt li skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 id-dossier supplimentari għal sustanza attiva għandu jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn 30 xahar qabel l-iskadenza tal-approvazzjoni, il-ħtieġa li tiġi żgurata distribuzzjoni bilanċjata tar-responsabbiltajiet u tal-ħidma bejn l-Istati Membri li jaġixxu bħala relaturi u korelaturi u r-riżorsi disponibbli meħtieġa għall-valutazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu estiżi b'sentejn il-perjodi tal-approvazzjoni għall-2-fenilfenol (inkluż il-melħ tiegħu, bħall-melħ sodju), il-klormekwat, id-dimetaklor, l-etofenproks, il-penkonażol, il-propakwiżafop, it-tetrakonażol, it-tri-allat, u ż-żeta-ċipermetrina, u li jiġu estiżi bi tliet snin il-perjodi tal-approvazzjoni għal dawn is-sustanzi attivi: il-bensulfuron, il-5-nitrogwajakolat tas-sodju, l-o-nitrofenolat tas-sodju, il-p-nitrofenolat tas-sodju u t-tebufenpirad.

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva kwiżalofop-P (varjant kwiżalofop-p-etil), u applikazzjoni separata għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva il-kwiżalofop-P (varjant kwiżalofop-p-tefuril). Minħabba dan il-fatt u minħabba l-profili differenti tar-riskju tal-kwiżalofop-p-etil u tal-kwiżalofop-p-tefuril, huwa xieraq li dawn jiġu kkunsidrati bħala żewġ sustanzi attivi differenti għall-finijiet tal-proċedura tat-tiġdid. Il-varjant tal-kwiżalofop-p-etil ma jaqax fil-kategoriji prijoritizzati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C/2016/6104. Għalhekk, u filwaqt li jitqiesu r-raġunijiet mogħtija fil-premessa 5, huwa xieraq li l-perjodu tal-approvazzjoni tiegħu jiġi estiż b'sentejn.

(7)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, f'każijiet fejn qabel ma jgħaddu 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament, ma jitressaqx dossier supplimentari skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, il-Kummissjoni tistabbilixxi d-data ta' skadenza fl-istess data bħal dik ta' qabel dan ir-Regolament jew fl-eqreb data minn hemm 'il quddiem.

(8)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux sodisfati l-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni se tistabbilixxi data ta' skadenza bħall-istess data prevista qabel dan ir-Regolament jew inkella, jekk din id-data tiġi aktar tard, fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx. Fir-rigward tal-każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tistabbilixxi, kif xieraq u skont iċ-ċirkostanzi, l-aktar data ta' applikazzjoni kmieni possibbli.

(9)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Filwaqt li jitqies il-fatt li l-approvazzjonijiet ta' xi wħud mis-sustanzi jiskadu fil-31 ta' Ottubru 2019, u li jenħtieġ li l-applikanti jressqu d-dossiers supplimentari 30 xahar qabel l-iskadenza tal-approvazzjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2016 dwar l-istabbiliment ta' programm ta' ħidma għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi li jiskadu fl-2019, fl-2020 u fl-2021 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 357, 29.9.2016, p. 9).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 271, bensulfuron, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2022”

(2)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 272, 5-nitrogwajakolat tas-sodju, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2022”

(3)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 273, o-nitrofenolat tas-sodju, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2022”

(4)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 274, p-nitrofenolat tas-sodju, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2022”

(5)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 275, tebufenpirad, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2022”

(6)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 276, klormekwat, id-data tinbidel bid-data “30 ta' Novembru 2021”

(7)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 278, propakwiżafop, id-data tinbidel bid-data “30 ta' Novembru 2021”

(8)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 281, żeta-ċipermetrina, id-data tinbidel bid-data “30 ta' Novembru 2021”

(9)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 284, dimetaklor, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2021”

(10)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 285, etofenproks, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2021”

(11)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 287, penkonażol, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2021”

(12)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 288, tri-allat, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2021”

(13)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 292, kubrit, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2020”

(14)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 293, tetrakonażol, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2021”

(15)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 294, żjut tal-paraffina, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2020”;

(16)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 295, żejt tal-paraffina, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2020”;

(17)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 299, 2-fenilfenol (inkluż il-melħ tiegħu, bħall-melħ sodju), id-data tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2021”

(18)

l-entrata 279 tinbidel b'dan li ġej:

“279

Kwiżalofop-P

 

 

Kwiżalofop-P-tefuril

Nru CAS 119738-06-6

Nru CIPAC 641.226

(RS)-tetraidrofurfuril(R)-2-[4-(6-klorokwinoksalin-2-iloksi)fenoksi]propijonat

≥ 795 g/kg

fl-1 ta' Diċembru 2009.

fit-30 ta' Novembru 2019.

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala erbiċida.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-kwiżalofop-P, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-23 ta' Jannar 2009.

F'din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti:

—

għall-ispecifikazzjoni tal-materjal tekniku kif manifatturat kummercjalment li trid tkun ikkonfermata u appoġġata b'dejta analitika xierqa. Il-materjal tat-test użat fid-dossiers tat-tossiċità għandu jiġi mqabbel u vverifikat ma' din l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku;

—

għas-sikurezza tal-operaturi u tal-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta' tagħmir ta' protezzjoni personali xieraq;

—

għall-protezzjoni tal-pjanti mhux fil-mira u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri li jtaffu r-riskju bħal żoni ta' lqugħ.

Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikanti jippreżentaw lill-Kummissjoni aktar informazzjoni dwar ir-riskju għall-artropodi mhux fil-mira.

Għandhom jiżguraw li n-notifikant jipprovdi lill-Kummissjoni b'din l-informazzjoni sat-30 ta' Novembru 2011.”

Kwiżalofop-P-etil

Nru CAS 100646-51-3

Nru CIPAC 641.202

etil (R)-2-[4-(6-klorokwinoksalin-2-iloksi)fenoksi] propijonat

≥ 950 g/kg

fl-1 ta' Diċembru 2009.

fit-30 ta' Novembru 2021.