|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2613 |
1.10.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2613
tal-24 ta’ Lulju 2024
li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2202 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-proġetti transfruntieri magħżula fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1153 stabbilixxa kategorija ta’ proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli (proġetti transfruntieri tal-enerġija rinnovabbli) li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni, għat-tlestija tas-suq intern tal-enerġija u għat-titjib tas-sigurtà tal-provvista. Dawk il-proġetti jiġu stabbiliti bi ftehim ta’ kooperazzjoni bejn żewġ Stati Membri jew aktar, jew bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar, kif stabbilit fl-Artikoli 8, 9, 11 u 13 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(2) |
L-għażla ta’ dawk il-proġetti hija soġġetta għall-kriterji ġenerali u għall-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1153 u spjegati f’aktar dettall fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/342 (3). |
|
(3) |
Il-proġetti transfruntieri tal-enerġija rinnovabbli jintgħażlu u jiġu inklużi f’lista apposta, adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ att delegat. L-ewwel lista ġiet adottata permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2202 (4). It-tieni lista ġiet adottata permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2639 (5). L-inklużjoni tal-proġetti fil-lista tagħmilhom eliġibbli biex japplikaw għall-finanzjament mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Barra minn hekk, l-inklużjoni fil-lista tagħtihom bosta benefiċċji mil-lat ta’ viżibbiltà akbar. |
|
(4) |
Il-proġetti transfruntieri l-ġodda fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli li hemm fil-lista aġġornata ntgħażlu wara sejħa għall-proposti li ġiet ippubblikata fis-7 ta’ Novembru 2023 u li għalqet fis-6 ta’ Frar 2024. Il-proġetti li applikaw ivvalutawhom għadd ta’ esperti esterni u esperti mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent u mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni nnotifikat ir-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Grupp ta’ Esperti dwar it-tħejjija u t-tfassil tal-att delegat li jissupplimenta l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fir-rigward tal-kriterji u l-proċess tal-identifikazzjoni tal-proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Wara li l-grupp ta’ esperti jaqbel fuq abbozz ta’ lista tal-proġetti transfruntieri tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni tadotta l-lista finali. |
|
(6) |
Il-lista tal-proġetti transfruntieri tal-enerġija rinnovabbli fiha proġetti li jikkontribwixxu għall-isfruttar kosteffettiv tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-elettriku u li se jiġu implimentati permezz ta’ teknoloġiji rinnovabbli differenti, inkluż l-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta u fuq l-art. |
|
(7) |
L-inklużjoni tal-proġetti fil-lista tal-proġetti transfruntieri tal-enerġija rinnovabbli hija mingħajr preġudizzju għall-konformità tagħhom mad-dritt tal-UE applikabbli, inkluż mal-eżitu tal-valutazzjoni ambjentali u tal-proċeduri tal-permessi rilevanti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2202 hu sostitwit b’li ġej:
“Il-lista tal-proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli li ntgħażlu skont il-Parti IV, il-punt 4(g), tal-Anness tar-Regolament (UE) 2021/1153 għandha tkun kif ġej:
|
Numru tal-proġett |
Isem il-proġett |
Żviluppaturi tal-proġett |
Pajjiżi parteċipanti |
|
2022-05 |
ELWIND – proġett ibridu konġunt bejn l-Estonja u l-Latvja għall-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta |
Il-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u għall-Komunikazzjoni tal-Estonja; Il-Ministeru għall-Ekonomija tar-Repubblika tal-Latvja |
L-Estonja u l-Latvja |
|
2022-07 |
CICERONE CEO Alliance – alleanza transfrutiera Ewropea għall-katina tal-valur tal-idroġenu ekoloġiku |
EON.SE; ENEL Green Power Spa; IBERDROLA CLIENTES S.A.U. |
Il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u n-Netherlands |
|
2022-10 |
UNITED HEAT – tisħin distrettwali newtrali għall-klima fil-belt Ewropea ta’ Goerlitz Zgorzelec |
Stadtwerke Görlitz AG; SEC Zgorzelec Sp. z o.o. |
Il-Ġermanja u l-Polonja |
|
2023-2 |
ULP-RES WP – il-park eoliku ta’ Utilitas Lode-Penuja RES |
Utilitas Wind SIA; Utilitas Wind OÜ |
Il-Latvja u l-Estonja |
|
2023-3 |
SLOWP – il-park eoliku lil hinn mill-kosta ta’ Saare-Liivi |
Utilitas Wind OÜ |
Il-Lussemburgu u l-Estonja |
|
2023-6 |
TMNHSA – armar tal-istrutturi idrawliċi ta’ Turnu Magurele - Nikopol |
Natsionalna Elektricheska Kompania EAD; S.P.E.E.H. HIDROELECTRICA S.A. |
Il-Bulgarija u r-Rumanija |
|
2023-7 |
BEI – il-gżira tal-enerġija ta’ Bornholm |
Il-Ministeru għall-Klima, l-Enerġija u l-Utilitajiet |
Id-Danimarka u l-Ġermanja |
|
2023-9 |
PONTIS – żvilupp fit-trasferiment tal-enerġija rinnovabbli għall-provvista internazzjonali f’Ewropea konnessa |
Iberdrola Clientes SAU; Mitsubishi Corporation |
Spanja u n-Netherlands” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1153/oj.
(2) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/342 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji speċifiċi tal-għażla u d-dettalji tal-proċess għall-għażla ta’ proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli (ĠU L 62, 1.3.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/342/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2202 tad-29 ta’ Awwissu 2022, li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-proġetti transfruntieri magħżula fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli (ĠU L 293, 14.11.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/2202/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2639 tad-19 ta’ Settembru 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2022/2202 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-proġetti transfruntieri magħżula fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli (ĠU L, 2023/2639, 27.11.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2639/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2613/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)