Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1) — Portata taċ-ċertifikat — Protezzjoni limitata għall-prodotti mediċinali li jkun fihom biss l-ingredjent attiv protett jew inkella protezzjoni estiża għall-prodotti mediċinali li jkun fihom l-ingredjent attiv flimkien ma’ ingredjent attiv ieħor.

Parti operattiva

Dispożittiv

L-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta “prodott” li jikkonsisti f’ingredjent attiv kien protett minn privattiva bażika u d-detentur ta’ din il-privattiva seta’ jibbaża ruħu fuq il-protezzjoni mogħtija minn din il-privattiva fir-rigward ta’ dan il-“prodott” sabiex jikkontesta l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali li għandu dan l-ingredjent attiv flimkien ma’ wieħed jew iktar ingredjenti attivi oħra, ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari mogħti għal dan l-istess “prodott” jista’, wara li tkun skadiet il-privattiva bażika, jippermetti lid-detentur tiegħu jikkontesta l-kummerċjalizzazzjoni minn terzi ta’ prodott mediċinali li jkun fih l-imsemmi prodott għall-użu tal-“prodott”, bħala prodott mediċinali, li kien ġie awtorizzat qabel ma jkun skada l-imsemmi ċertifikat.