26.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10823 – CLEARLAKE / TA ASSOCIATES / EPHESOFT)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 285/08)

1.   

Fid-19 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Clearlake Capital Group, L.P. (“Clearlake”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

TA Associates Management L.P. (“TA Associates”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Ephesoft, Inc. (“Ephesoft” jew “il-Kumpanija fil-Mira”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Clearlake u TA Associates jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Ephesoft.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Clearlake: ditta ta’ investiment privat, attiva fis-software u s-servizzi abilitati mit-teknoloġija, l-enerġija u l-provi industrijali, l-ikel u l-prodotti għall-konsumatur;

—

TA Associates: ditta ta’ ekwità privata, attiva fis-servizzi tan-negozju, is-servizzi tal-konsumatur, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa u t-teknoloġiji;

—

Ephesoft: tipprovdi pjattaforma intelliġenti għall-ipproċessar tad-dokumenti għall-integraturi ta’ konsulenzi u sistemi globali għal intrapriżi u utenti kbar ta’ daqs medju, li tawtomatizza l-ipproċessar ta’ dokumenti li jidħlu f’organizzazzjonijiet.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ tkun koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tkun speċifikata:

M.10823 – CLEARLAKE / TA ASSOCIATES / EPHESOFT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.