22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 592/2013

tal-21 ta’ Ġunju 2013

li jikkonċerna l-format tekniku għat-trażmissjoni tal-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 rigward l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 jikkostitwixxi l-qafas għall-produzzjoni ta' statistika Ewropea komparabbli dwar għelejjel permanenti.

(2)

Għandhom jiġu speċifikati l-istruttura tad-dejta għat-trażmissjoni tad-dejta statistika dwar il-pjantaġġuni tal-frott u taż-żebbuġ u l-istandard ta' skambju.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Statistika Agrikola.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jibagħtu d-dejta statistika dwar il-pjantaġġuni tal-frott u taż-żebbuġ imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1337/2011, billi jużaw l-istandard tal-iskambju tad-dejta u l-metadejta tal-istatistika (SDMX). Id-dejta għandha tiġi provduta lill-Eurostat permezz tal-punt uniku ta' dħul biex il-Kummissjoni (Eurostat) tkun tista' ssib id-dejta b'mezzi elettroniċi.

Artikolu 2

L-istruttura tad-dejta biex tintbagħat id-dejta tal-istatistika dwar il-pjantaġġuni tal-frott u taż-żebbuġ lill-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiġi speċifikata fl-Anness.

Artikolu 3

Id-dejta għandha tiġi rrappurtata għal kull varjabbli individwaliobbligatorju u għall-aggregati.

Artikolu 4

Id-dejta għandha tiġi rrapurtata f'ettari (ha).

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 347, 30.12.2011, p. 7.


ANNESS

L-istruttura tad-dejta għat-trażmissjoni ta' dejta tal-istatistika dwar il-pjantaġġuni tal-frott u taż-żebbuġ

L-informazzjoni li trid tiġi inkuża fil-fajls tat-trażmissjoni:

Tabella 1

Lista ta' oqsma

Numru

Qasam

Rimarki

1

Reġjun

Il-kodiċijiet NUTS 1 huma ddefiniti skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

2

Sena

Sena ta' referenza għad-dejta (eż. 2012, 2017, …)

3

Grupp ta' varjetà

Il-kodiċi huma ppreżentati fit-Tabella 2

4

Densità tal-pjantaġġun

Il-kodiċijiet huma ppreżentati fit-Tabella 3

5

Età tal-pjantaġġun

Il-kodiċijiet huma ppreżentati fit-Tabella 4

6

Valur tal-osservazzjoni

F'ettari (ha)

7

Status tal-osservazzjoni

Lista ta' kodiċijiet standard

8

Kunfidenzjalità tal-osservazzjoni

Lista ta' kodiċijiet standard


Tabella 2

Lista ta' kodiċijiet għall-grupp ta' varjetà (il-klassijiet b'tipa grassa huma obbligatorji)

Livell 1

Livell 2 Kodiċi u isem tal-klassi

Livell 3 Kodiċi u isem tal-klassi

Livell 4 Kodiċi u isem tal-klassi

APD

Siġar tat-tuffieħ għad-deżerta

 

APD_BKP

Boskoop rouge

APD_BRB

Braeburn

APD_COO

Cox Orange

APD_CRP

Cripps Pink

APD_ELR

Elstar

APD_FUJ

Fuji

APD_GAL

Gala

APD_GOD

Golden Delicious

APD_GRS

Granny Smith

APD_IDR

Idared

APD_JON

Jonagold/Jonagored

APD_MOD

Morgenduft

APD_RED

Red Delicious

APD_RBC

Reinette Blanche du Canada

APD_SHP

Shampion

APD_LOB

Lobo

APD_PIN

Pinova

APD_OTH

Tuffieħ ieħor għad-deżerta

API

Siġar tat-tuffieħ għall-ipproċessar industrijali

PED

Siġar tal-lanġas għad-deżerta

 

PED_CFR

Conference

PED_WIL

William

PED_ABT

Abate

PED_ROC

Rocha

PED_COE

Coscia-Ercolini

PED_GYT

Guyot

PED_BLQ

Blanquilla

PED_DCN

Decana

PED_KAS

Kaiser

PED_OTH

Lanġas ieħor għad-deżerta

PEI

Siġar tal-lanġas għall-ipproċessar industrijali

PCD

Siġar tal-ħawħ għad-deżerta

 

PCD_PEA

Ħawħ għajr nuċiprisk u ħawħ għall-ipproċessar

 

 

PCD_PEAY

Ħawħ tal-laħma safra

 

 

 

PCD_PEAY_VE

Ħawħ tal-laħma safra bikri ħafna (ħsad sal-15 ta’ Ġunju)

PCD_PEAY_E

Ħawħ tal-laħma safra bikri (ħsad bejn is-16 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju)

PCD_PEAY_M

Ħawħ tal-laħma safra medju-bikri (ħsad bejn is-16 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu)

PCD_PEAY_L

Ħawħ tal-laħma safra tard (ħsad wara l-15 ta' Awwissu)

 

 

PCD_PEAW

Ħawħ tal-laħma bajda

 

 

 

PCD_PEAW_VE

Ħawħ tal-laħma bajda bikri ħafna (ħsad sal-15 ta’ Ġunju)

PCD_PEAW_E

Ħawħ tal-laħma bajda bikri (ħsad bejn is-16 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju)

PCD_PEAW_M

Ħawħ tal-laħma bajda medju-bikri (ħsad bejn is-16 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu)

PCD_PEAW_L

Ħawħ tal-laħma bajda tard (ħsad wara l-15 ta' Awwissu)

 

 

PCD_PEAD

Ħawħ ċatt (doughnut peaches)

 

PCD_NEC

Nuċiprisk

 

 

PCD_NECY

Nuċiprisk tal-laħma safra

 

 

 

PCD_NECY_VE

Nuċiprisk tal-laħma safra bikri ħafna (ħsad sal-15 ta’ Ġunju)

PCD_NECY_E

Nuċiprisk tal-laħma safra bikri (ħsad bejn is-16 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju)

PCD_NECY_M

Nuċiprisk tal-laħma safra medju-bikri (ħsad bejn is-16 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu)

PCD_NECY_L

Nuċiprisk tal-laħma safra tard (ħsad wara l-15 ta' Awwissu)

 

 

PCD_NECW

Nuċiprisk tal-laħma bajda

 

 

 

PCD_NECW_VE

Nuċiprisk tal-laħma bajda bikri ħafna (ħsad sal-15 ta' Ġunju)

PCD_NECW_E

Nuċiprisk tal-laħma bajda bikri (ħsad bejn is-16 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju)

PCD_NECW_M

Nuċiprisk tal-laħma bajda medju-bikri (ħsad bejn is-16 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu)

PCD_NECW_L

Nuċiprisk tal-laħma bajda tard (ħsad wara l-15 ta' Awwissu)

PCI

Siġar tal-ħawħ għall-ipproċessar industrijali (inkluż il-grupp ta' Pavie)

APC

Siġar tal-berquq

 

APC_VE

Berquq bikri ħafna (ħsad sal-31 ta' Mejju)

APC_E

Berquq bikri (ħsad bejn l-1 u t-30 ta’ Ġunju)

APC_M

Berquq medju-bikri (ħsad bejn l-1 u l-31 ta’ Lulju)

APC_L

Berquq tard (ħsad wara l-1 ta’ Awwissu)

ORA

Siġar tal-larinġ

 

ORA_NVL

Navel

 

 

ORA_NVL_E

Navel bikri (ħsad bejn Ottubru u Jannar)

ORA_NVL_M

Navel medju-bikri (ħsad bejn Diċembru u Marzu)

ORA_NVL_L

Navel tard (ħsad bejn Jannar u Mejju)

 

ORA_BLC

Blancas

 

 

ORA_BLC_E

Blancas bikri (ħsad bejn Diċembru u Marzu)

ORA_BLC_L

Blancas tard (ħsad bejn Marzu u Mejju)

 

ORA_SGU

Larinġ tad-demm

 

ORA_OTH

Larinġ ieħor

SCF

Frott taċ-ċitru żgħir

 

SCF_STM

Satsumas

 

 

SCF_STM_VE

Satsumas bikrin aktar min-normal (ħsad bejn Settembru u Novembru)

SCF_STM_OTH

Satsumas oħra (ħsad bejn Ottubru u Diċembru)

 

SCF_CLM

Klementini

 

 

SCF_CLM_E

Klementini bikrin (ħsad bejn Settembru u Diċembru)

SCF_CLM_M

Klementini medji-bikrin (ħsad bejn Novembru u Jannar)

SCF_CLM_L

Klementini tard (ħsad bejn Jannar u Marzu)

 

SCF_OTH

Ċitru żgħir ieħor inklużi l-ibridi

LEM

Siġar tal-lumi

 

LEM_WI

Varjetajiet tal-lumi tax-xitwa: ħsad bejn Ottubru u April

LEM_SU

Varjetajiet tal-lumi tas-sajf: ħsad bejn Frar u Settembru

OLI

Siġar taż-żebbuġ

GRV

Dwieli tal-għeneb li jittiekel

 

GRV_W

Dwieli tal-għeneb abjad li jittiekel

 

 

GRV_WSDL

Dwieli tal-għeneb abjad li jittiekel mingħajr żerriegħa

GRV_WNML

Dwieli tal-għeneb abjad li jittiekel normali

 

GRV_R

Dwieli tal-għeneb aħmar li jittiekel

 

 

GRV_RSDL

Dwieli tal-għeneb aħmar li jittiekel mingħajr żerriegħa

GRV_RNML

Dwieli tal-għeneb aħmar normali li jittiekel

AP_PE

Siġar tat-tuffieħ u tal-lanġas

PC_APC

Siġar tal-ħawħ, tan-nuċiprisk u tal-berquq

ORA_SCF_LEM

Siġar tal-larinġ, frott taċ-ċitru żgħir u siġar tal-lumi


Tabella 3

Densità tal-pjantaġġun

Kodiċi

Klassi ta' densità

Rimarka

LT140

Inqas minn 140 siġra għal kull ettaru

Siġar taż-żebbuġ

140-399

Minn 140 sa 399 siġra għal kull ettaru

Siġar taż-żebbuġ

LT250

Inqas minn 250 siġra għal kull ettaru

Siġar tal-larinġ, taċ-ċitru żgħir u tal-lumi

250-499

Minn 250 sa 499 siġra għal kull ettaru

Siġar tal-larinġ, taċ-ċitru żgħir u tal-lumi

LT400

Inqas minn 400 siġra għal kull ettaru

Siġar tat-tuffieħ u tal-lanġas

400-1599

Minn 400 sa 1 599 siġra għal kull ettaru

Siġar tat-tuffieħ u tal-lanġas

GE400

400 siġra għal kull ettaru jew aktar

Siġar taż-żebbuġ

500-749

Minn 500 sa 749 siġra għal kull ettaru

Siġar tal-larinġ, taċ-ċitru żgħir u tal-lumi

LT600

Inqas minn 600 siġra għal kull ettaru

Siġar tal-ħawħ, tan-nuċiprisk u tal-berquq

600-1199

Minn 600 sa 1 199 siġra għal kull ettaru

Siġar tal-ħawħ, tan-nuċiprisk u tal-berquq

GE750

750 siġra għal kull ettaru jew aktar

Siġar tal-larinġ, taċ-ċitru żgħir u tal-lumi

LT1000

Inqas minn 1 000 siġra għal kull ettaru

Dwieli tal-għeneb li jittiekel

1000-1499

Minn 1 000 sa 1 499 siġra għal kull ettaru

Dwieli tal-għeneb li jittiekel

GE1200

1 200 siġra għal kull ettaru jew aktar

Siġar tal-ħawħ, tan-nuċiprisk u tal-berquq

GE1500

1 500 siġra għal kull ettaru jew aktar

Dwieli tal-għeneb li jittiekel

1600-3199

Minn 1 600 sa 3 199 siġra għal kull ettaru

Siġar tat-tuffieħ u tal-lanġas

GE3200

3 200 siġra għal kull ettaru jew aktar

Siġar tat-tuffieħ u tal-lanġas


Tabella 4

Età tal-pjantaġġun

Kodiċi

Klassi ta’ età

Rimarka

Y_LT3

Inqas minn 3 snin

Dwieli tal-għeneb li jittiekel

Y3-9

Minn 3 sa 9 snin

Dwieli tal-għeneb li jittiekel

Y_LT5

Inqas minn 5 snin

Siġar tat-tuffieħ u tal-lanġas,

Siġar tal-ħawħ, tan-nuċiprisk u tal-berquq

Siġar tal-larinġ, taċ-ċitru żgħir u tal-lumi

Siġar taż-żebbuġ

Y5-11

Minn 5 sa 11-il sena

Siġar taż-żebbuġ

Y5-14

Minn 5 sa 14-il sena

Siġar tat-tuffieħ u tal-lanġas,

Siġar tal-ħawħ, tan-nuċiprisk u tal-berquq

Siġar tal-larinġ, taċ-ċitru żgħir u tal-lumi

Y10-19

Minn 10 sa 19-il sena

Dwieli tal-għeneb li jittiekel

Y12-49

Minn 12 sa 49 sena

Siġar taż-żebbuġ

Y15-24

Minn 15 sa 24 sena

Siġar tat-tuffieħ u tal-lanġas,

Siġar tal-larinġ, taċ-ċitru żgħir u tal-lumi

Y_GE15

15-il sena jew aktar

Siġar tal-ħawħ, tan-nuċiprisk u tal-berquq

Y_GE20

20 sena jew aktar

Dwieli tal-għeneb li jittiekel

Y_GE25

25 sena jew aktar

Siġar tat-tuffieħ u tal-lanġas,

Siġar tal-larinġ, taċ-ċitru żgħir u tal-lumi

Y_GE50

50 sena jew aktar

Siġar taż-żebbuġ