29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

340


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

ta' l-14 ta' Marzu 2006

li tikkonċerna l-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew ta' Żvilupp (It-Tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2004

(2006/222/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Raba' Konvenzjoni ta' l-ACP-KE, iffirmata f'Lomé fil-15 ta' Diċembru 1989, kif emendata bil-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta' Novembru 1995,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni ta' l-ACP-KE (1) li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, it-Tmien Fond Ewropew ta' Żvilupp (It-Tmien EDF), u partikolarment l-Artikolu 33(3) ta' dak il-Ftehim,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni fl-iffinanzjar ta' l-iżvilupp taħt ir-Raba' Konvenzjoni ta' l-ACP-KE (2), u partikolarment l-Artikoli 66 sa 74 tiegħu,

Wara li eżamina il-kont tad-dħul u ta' l-infiq u l-balance sheet relatati ma' l-operazzjonijiet tat-Tmien EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2004 u r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li jikkonċerna s-sena finanzjarja 2004 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (3),

Billi skond l-Artikolu 33(3) ta' l-imsemmi Ftehim Intern, il-kwittanza għall-immaniġġar finanzjarju tat-Tmien EDF irid jingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill,

Billi l-implimentazzjoni totali mill-Kummissjoni ta' l-operazzjonijiet tat-Tmien EDF matul is-sena finanzjarja 2004 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tat-Tmien EDF għas-sena finanzjarja 2004.

Magħmul fi Brussell, nhar l-14 ta' Marzu 2006.

Ghall-Kunsill

Il-President

K.-H. GRASSER


(1)   ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(2)   ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(3)   ĠU C 301, 30.11.2005, p. 249.