|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2546 |
22.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2546
tal-10 ta’ Diċembru 2025
dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji għall-verifika tal-emissjonijiet integrati ddikjarati skont ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2023/956 jistabbilixxi l-prinċipji għall-verifika tal-emissjonijiet, fejn jiġu ddeterminati abbażi tal-valuri reali, integrati f’oġġetti importati fit-territorju doganali tal-Unjoni mill-2026 ’il quddiem. |
|
(2) |
Sabiex jiġu żgurati, fejn possibbli, l-ekwivalenza u l-koerenza mal-proċeduri applikabbli għas-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS, EU Emissions Trading System) u stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 (2), filwaqt li jitqiesu wkoll l-ispeċifiċitajiet tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM, Carbon Border Adjustment Mechanism) u jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lir-regoli rilevanti applikabbli skont l-EU ETS. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-CBAM, jenħtieġ li d-deċiżjoni tal-verifikatur li jissostitwixxi ż-żjara fiżika fuq il-post bi żjara virtwali tal-post jew li juża d-deroga miż-żjara fuq il-post ma tkunx soġġetta għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. |
|
(3) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2023/956, bħala parti mill-verifika, il-verifikaturi għandhom iwettqu żjara fiżika fuq il-post tal-installazzjoni fejn jiġu prodotti l-oġġetti rilevanti. Fl-ewwel sena soġġetta għal verifika, jenħtieġ li fil-każijiet kollha tkun meħtieġa żjara fiżika fuq il-post tal-installazzjoni. Fit-tieni sena konsekuttiva soġġetta għal verifika, sabiex jitnaqqsu l-kost u l-piż amministrattiv assoċjati ma’ żjara fuq il-post, il-verifikatur jista’ jissostitwixxi ż-żjara fiżika fuq il-post bi żjara virtwali tal-post jew juża d-deroga miż-żjara fuq il-post meta jiġu ssodisfati kriterji speċifiċi, filwaqt li jiżgura li l-affidabbiltà tal-verifika ma tkunx kompromessa. Il-verifikatur jista’ jiddeċiedi li jagħmel dan jekk il-verifikatur ikun wettaq żjara fiżika fuq il-post matul is-sena ta’ qabel. Iż-żjarat fiżiċi fuq il-post jenħtieġ li jsiru mill-inqas kull sentejn. Għal installazzjonijiet li minnhom jiġi importat l-elettriku fit-territorju doganali tal-Unjoni jew li jintużaw fil-produzzjoni tal-oġġetti, jenħtieġ li tingħata flessibbiltà addizzjonali għas-sostituzzjoni taż-żjara fiżika fuq il-post bi żjara virtwali tal-post minħabba l-kumplessità mnaqqsa ta’ verifika bħal din. |
|
(4) |
Il-verifikatur jista’ jissostitwixxi wkoll iż-żjara fiżika fuq il-post bi żjara virtwali tal-post, meta l-verifikatur ma jkunx jista’ jwettaq żjara fiżika fuq il-post minħabba ċirkostanzi serji, straordinarji u imprevedibbli. Jekk il-kundizzjonijiet applikabbli ma jiġux issodisfati, jenħtieġ li ma jkunx possibbli li titwettaq il-verifika tal-installazzjoni. |
|
(5) |
L-analiżi tas-suxxettibbiltà tad-data rrapportata għal dikjarazzjonijiet skorretti u għal nonkonformitajiet li jistgħu jkunu materjali hija parti essenzjali mill-proċess ta’ verifika. Jenħtieġ li l-verifikatur japplika approċċ ibbażat fuq ir-riskju bl-għan li jasal għal opinjoni ta’ verifika li tipprovdi aċċertament raġonevoli li l-emissjonijiet totali ma jkunux iddikjarati b’mod materjalment skorrett u li r-rapport jista’ jiġi vverifikat bħala sodisfaċenti. |
|
(6) |
Għat-tħejjija għall-verifika tar-rapport tal-operatur dwar l-emissjonijiet u sabiex tiġi sostnuta l-valutazzjoni tal-verifikatur dwar jekk dikjarazzjoni skorretta, nonkonformità jew nuqqas ta’ konformità għandux impatt materjali fuq id-data dwar l-emissjonijiet jew fuq l-aġġustament tal-allokazzjoni bla ħlas, jenħtieġ li jiġu ddeterminati livelli limitu ta’ materjalità xierqa, filwaqt li jitqies il-bilanċ bejn il-kumplessità u n-novità tal-kompiti ta’ verifika tas-CBAM u l-akkuratezza tal-kalkolu. Minħabba n-natura speċifika tas-CBAM, jenħtieġ li dawk il-livelli limitu jiġu ddeterminati fil-livell tal-oġġetti. Il-livelli ta’ materjalità jistgħu jiġu riveduti maż-żmien, filwaqt li titqies l-esperjenza prattika miksuba matul l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Sabiex jiġu ffaċilitati t-tħejjija, is-sottomissjoni, il-leġġibbiltà u r-rieżami tar-rapporti ta’ verifika, jenħtieġ li jintuża mudell elettroniku uniku li għandu jiġi żviluppat mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li r-rapport ta’ verifika jkun fih l-informazzjoni neċessarja għas-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni tas-CBAM skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2023/956 u għar-rieżami tiegħu skont l-Artikolu 19(2) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(8) |
Meta d-data personali tiġi pproċessata fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u, fejn rilevanti, ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(9) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma relatati mal-prinċipji ta’ verifika li għandhom jiġu applikati mill-verifikaturi li jwettqu attivitajiet fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rilaxxati mill-1 ta’ Jannar 2026. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2026. |
|
(10) |
B’mod parallel mal-konsultazzjonijiet tekniċi mal-Istati Membri, inkluż fil-livell tal-esperti, il-Kummissjoni Ewropea wettqet konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi r-rappreżentanti tal-industrija, biex tiġbor kontribut fit-tħejjija tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(11) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fis-17 ta’ Novembru 2025. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-CBAM, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/2551 (5) u l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2547 (6), japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“dikjarazzjoni skorretta” tfisser ommissjoni, dikjarazzjoni falza jew żball fid-data rrapportata tal-operatur, mingħajr ma titqies l-inċertezza assoċjata ma’ strumenti tal-kejl jew mal-analiżijiet tal-laboratorju; |
|
(2) |
“dikjarazzjoni skorretta materjali” tfisser dikjarazzjoni skorretta li, jew individwalment jew meta tiġi aggregata ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħra, taqbeż il-livell ta’ materjalità jew tista’, abbażi tal-ġudizzju espert tal-verifikatur, minħabba d-daqs u n-natura tagħha, għandha impatt fuq l-emissjonijiet totali rrapportati jew informazzjoni rilevanti oħra; |
|
(3) |
“livell ta’ materjalità” tfisser il-livell limitu kwantitattiv jew il-punt ta’ limitu li, jekk jinqabeż, il-verifikatur iqis li d-dikjarazzjonijiet skorretti, jew individwalment jew meta aggregati ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħra, ikunu materjali; |
|
(4) |
“nonkonformità” tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni ta’ att mill-operatur li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-pjan ta’ monitoraġġ jew tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ applikabbli għall-installazzjoni speċifika, kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547; |
|
(5) |
“nonkonformità materjali” tfisser nonkonformità li tikkawża dikjarazzjoni skorretta materjali. |
Artikolu 2
Żjarat fiżiċi fuq il-post u sostituzzjoni bi żjarat virtwali tal-post jew użu tad-deroga
1. Il-verifikatur jista’ jissostitwixxi żjara fiżika fuq il-post imsemmija fit-Taqsima 2.12 tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/2551 bi żjara virtwali tal-post meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 jew 4.
2. Il-verifikatur jista’ juża d-deroga mill-obbligu li jwettaq żjara fiżika fuq il-post imsemmi fit-Taqsima 2.12 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2025/2551 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.
3. Il-verifikatur għandu jinforma mingħajr dewmien lill-operatur bid-deċiżjoni tiegħu li jissostitwixxi ż-żjara fiżika fuq il-post bi żjara virtwali tal-post jew li juża d-deroga mill-obbligu li jwettaq żjara fiżika fuq il-post.
Artikolu 3
Kundizzjonijiet għal żjara virtwali tal-post jew eżenzjoni mill-obbligu li titwettaq żjara fiżika fuq il-post
1. Il-verifikatur jista’ jiddeċiedi li jwettaq żjara virtwali tal-post jew li juża d-deroga mit-twettiq ta’ żjara fiżika fuq il-post dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-verifikatur ikun wettaq żjara fiżika fuq il-post matul il-perjodu ta’ rapportar li jippreċedi immedjatament il-perjodu ta’ rapportar kurrenti; |
|
(b) |
fil-każ ta’ eżenzjoni mill-obbligu li titwettaq żjara fiżika fuq il-post, verifikatur ikun wettaq żjara fiżika fuq il-post matul żewġ perjodi ta’ rapportar qabel il-perjodu ta’ rapportar attwali; |
|
(c) |
il-verifikatur ikollu fehim suffiċjenti tal-funzjonament tal-installazzjoni, tal-proċessi tal-produzzjoni u tas-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar, inkluża s-sistema ta’ kontroll tal-operatur; |
|
(d) |
il-verifikatur iqis li n-natura u l-livell ta’ kumplessità tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar tal-installazzjoni kif ukoll ir-riskji inerenti u ta’ kontroll ikunu tali li ma jeħtiġux żjara fiżika fuq il-post; |
|
(e) |
il-verifikatur ikun jista’ jikseb u jivvaluta mill-bogħod l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-verifika, inkluż dwar l-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija deskritta fil-pjan ta’ monitoraġġ, id-data rrapportata fir-rapport tal-operatur dwar l-emissjonijiet, il-proċessi tal-produzzjoni u l-prekursuri użati; |
|
(f) |
id-deċiżjoni li titwettaq żjara virtwali tal-post jew li titnuża d-deroga mit-twettiq ta’ żjara fiżika fuq il-post tkun ibbażata fuq ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju, u l-verifikatur ikun identifika u ħa l-miżuri neċessarji biex inaqqas ir-riskju ta’ verifika għal livell aċċettabbli biex jikseb aċċertament raġonevoli li r-rapport tal-operatur dwar l-emissjonijiet ikun ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali u minn nonkonformitajiet; |
|
(g) |
l-installazzjoni jew il-pjan ta’ monitoraġġ tagħha ma tkun saritlu l-ebda bidla jew modifika sinifikanti sa mill-aħħar żjara fiżika fuq il-post, inkluża kwalunkwe waħda mill-bidliet sinifikanti li ġejjin:
|
2. Il-verifikatur jista’ juża d-deroga mill-obbligu li jwettaq żjara fiżika fuq il-post tal-installazzjoni fejn jiġi prodott l-elettriku, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin kollha:
|
(a) |
l-elettriku jkun l-uniku oġġett kopert mill-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 prodott mill-installazzjoni; |
|
(b) |
l-installazzjoni ma tuża l-ebda materjal, fjuwil, jew proċess ta’ produzzjoni bil-potenzjal li tarmi gassijiet serra matul it-tħaddim normali. L-installazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala konformi ma’ dan il-kriterju:
|
|
(c) |
il-verifikatur ikun wettaq mill-inqas żjara fiżika waħda fuq il-post fl-aħħar ħames perjodi ta’ rapportar li jippreċedu immedjatament il-perjodu ta’ rapportar kurrenti; |
|
(d) |
jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (c) sa (f). |
Artikolu 4
Kundizzjonijiet għal żjara virtwali tal-post minħabba ċirkostanzi serji, straordinarji u imprevedibbli
Il-verifikatur jista’ jiddeċiedi li jwettaq żjara virtwali tal-post dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-verifikatur ma jkunx jista’ jwettaq żjara fiżika fuq il-post minħabba ċirkostanzi serji, straordinarji u imprevedibbli barra mill-kontroll tal-operatur, u dawk iċ-ċirkostanzi ma jkunux jistgħu jingħelbu bi kwalunkwe sforz raġonevoli; |
|
(b) |
id-deċiżjoni tal-verifikatur li jwettaq żjara virtwali tal-post tkun ibbażata fuq ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju; |
|
(c) |
il-verifikatur ikun identifika u ħa l-miżuri neċessarji biex inaqqas ir-riskju ta’ verifika għal livell aċċettabbli biex jikseb aċċertament raġonevoli li r-rapport tal-operatur dwar l-emissjonijiet ikun ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali. |
Artikolu 5
Livelli ta’ materjalità u parametri oħra
1. Meta jivvaluta d-dikjarazzjonijiet skorretti dwar id-data rrapportata fil-perjodu ta’ rapportar soġġett għall-verifika, il-verifikatur għandu, għal kull tunnellata tal-oġġett rilevanti, identifikat mill-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) tiegħu, japplika l-livelli ta’ materjalità li ġejjin:
|
(a) |
5 % tal-emissjonijiet integrati speċifiċi totali; |
|
(b) |
5 % tal-allokazzjoni bla ħlas integrata speċifika totali. |
2. Il-verifikatur għandu juża wkoll il-ġudizzju espert dwar jekk id-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nonkonformitajiet, individwalment jew meta jiġu aggregati ma’ dikjarazzjonijiet skorretti jew ma’ nonkonformitajiet oħra, iġġustifikati mid-daqs u min-natura tagħhom, għandhomx jitqiesu materjali, għal:
|
(a) |
dikjarazzjonijiet skorretti, individwalment jew meta jiġu aggregati ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħra, li jkunu taħt il-livell ta’ materjalità skont il-paragrafu 1; |
|
(b) |
parametri li ma humiex imsemmija fil-paragrafu 1. |
Artikolu 6
Format tar-rapport ta’ verifika
Ir-rapport ta’ verifika għandu jitħejja abbażi ta’ mudell elettroniku pprovdut mill-Kummissjoni permezz tar-Reġistru tas-CBAM.
Il-mudell elettroniku għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/956/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2067/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data. europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/2551 tal-20 ta’ Novembru 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ akkreditament lill-verifikaturi, għall-kontroll u għas-sorveljanza ta’ verifikaturi akkreditati, għall-irtirar tal-akkreditament u għar-rikonoxximent reċiproku u għall-evalwazzjoni bejn il-pari tal-korpi tal-akkreditament (ĠU L, 2025/2551, 22.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/2551/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2547 tal-10 ta’ Diċembru 2025 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-metodi għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti (ĠU L, 2025/2547, 22.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2547/oj)..
(7) Ir-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj).
ANNESS
Mudell tar-rapport ta’ verifika
1. DATA TA’ IDENTIFIKAZZJONI ĠENERALI
1.1. Identifikazzjoni tal-operatur u tal-installazzjoni
|
(a) |
l-isem tal-operatur; |
|
(b) |
in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-korporazzjoni jew tal-attività tal-operatur; |
|
(c) |
l-indirizz sħiħ bl-Ingliż; |
|
(d) |
l-installazzjoni taħt verifika, identifikata mid-data li ġejja:
|
1.2. Identifikazzjoni tar-rapport ta’ verifika
|
(a) |
l-identifikatur uniku tar-rapport ta’ verifika; |
|
(b) |
il-perjodu ta’ rapportar applikabbli. |
1.3. Identifikazzjoni tal-verifikatur
|
(a) |
l-isem tal-verifikatur; |
|
(b) |
l-indirizz fejn huwa stabbilit il-verifikatur; |
|
(c) |
fejn il-verifikatur esternalizza l-attivitajiet ta’ verifika, l-indirizz(i) tal-uffiċċju/i tat-tim ta’ verifika; |
|
(d) |
in-numru ta’ akkreditazzjoni tal-verifikatur; |
|
(e) |
l-isem tal-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni; |
|
(f) |
il-pajjiż ta’ stabbiliment tal-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni; |
|
(g) |
id-data ta’ skadenza tal-akkreditazzjoni; |
|
(h) |
kwalunkwe ambitu tal-akkreditazzjoni rilevanti għas-CBAM. |
2. INFORMAZZJONI DWAR IL-VERIFIKA
2.1. Tim ta’ verifika
|
(a) |
l-isem tal-kap tat-tim ta’ verifika; |
|
(b) |
l-isem tal-awditur ewlieni tas-CBAM u tal-awdituri u l-esperti tekniċi kollha tas-CBAM li huma membri tat-tim ta’ verifika; |
|
(c) |
jekk applikabbli, l-isem tal-awditur ewlieni tas-CBAM, tal-awdituri tas-CBAM u tal-esperti tekniċi li jwettqu ż-żjara fiżika fuq il-post jew virtwali tal-post. |
2.2. Dettalji dwar żjarat fiżiċi u virtwali tal-post
|
(a) |
jekk applikabbli, id-data taż-żjarat fiżiċi fuq il-post u l-għadd ta’ jiem fuq il-post; |
|
(b) |
id-data tal-aħħar żjara fiżika fuq il-post; |
|
(c) |
jekk applikabbli, id-data u l-ispjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għat-twettiq ta’ żjara virtwali tal-post; |
|
(d) |
jekk applikabbli, l-ispjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għall-użu tad-deroga mit-twettiq ta’ żjara fiżika fuq il-post; |
|
(e) |
jekk applikabbli, id-data u l-post ta’ żjarat oħra relatati mal-verifika. |
2.3. Bażi tax-xogħol ta’ verifika
|
(a) |
l-objettivi tal-verifika; |
|
(b) |
l-ambitu tal-verifika; |
|
(c) |
l-ambitu tal-akkreditazzjoni meħtieġa biex titwettaq il-verifika; |
|
(d) |
id-data u n-numru tal-verżjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ użat għall-verifika; |
|
(e) |
il-kriterji użati għall-verifika tar-rapport tal-operatur; |
|
(f) |
il-livelli ta’ materjalità applikati. |
2.4. Installazzjoni u verifika tad-data
|
(a) |
is-sommarju tal-pjan ta’ monitoraġġ tal-installazzjoni, li jkun jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(b) |
il-kompilazzjoni tad-data verifikata, li tikkonsisti minn dan li ġej:
|
2.5. Verifika tad-data tal-prekursuri
|
(a) |
data dwar kull tip ta’ prekursur li ntuża mill-installazzjoni, u li għalih intużaw valuri prestabbiliti, esklużi prekursuri prodotti fil-proċess tal-produzzjoni f’konformità mal-Artikolu 4(9) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547:
|
|
(b) |
data dwar kull tip ta’ prekursur li ntuża mill-installazzjoni, u li għalih intużaw valuri attwali, esklużi prekursuri prodotti fil-proċess tal-produzzjoni f’konformità mal-Artikolu 4(9) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547:
|
|
(c) |
fejn installazzjoni, li tipproduċi oġġetti kumplessi, jirċievi minn installazzjoni oħra, prekursur taħt kodiċi NM partikolari prodott waqt perjodi ta’ rapportar different, l-emissjonijiet speċifiċi integrati (diretti u, jekk applikabbli, indiretti) li għandhom jintużaw għal dak il-prekursur f’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2547. |
|
(d) |
fejn il-proċess tal-produzzjoni ta’ oġġett kumpless juża tip ta’ prekursur li jinkiseb minn installazzjonijiet multipli, l-emissjonijiet speċifiċi integrati (diretti u, jekk applikabbli, indiretti) li għandhom jintużaw għal dak il-prekursur, ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2547. |
2.6. Dikjarazzjoni ta’ verifika
|
(a) |
id-dikjarazzjoni tal-verifikatur li tindika jekk jikkonkludix b’assigurazzjoni raġonevoli li r-rapport huwa ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali u minn nonkonformitajiet materjali; |
|
(b) |
l-informazzjoni dwar dikjarazzjonijiet skorretti materjali misjuba u kkoreġuti; |
|
(c) |
l-informazzjoni dwar nonkonformitajiet materjali misjuba u kkoreġuti; |
|
(d) |
l-informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet skorretti li jifdal li ma ġewx ikkoreġuti qabel il-ħruġ tar-rapport ta’ verifika u jekk humiex materjali; |
|
(e) |
l-informazzjoni dwar in-nonkonformitajiet li jifdal li ma ġewx ikkoreġuti qabel il-ħruġ tar-rapport ta’ verifika u jekk humiex materjali; |
|
(f) |
l-informazzjoni dwar in-nonkonformitajiet li jifdal li ma ġewx ikkoreġuti qabel il-ħruġ tar-rapport ta’ verifika u jekk humiex materjali; |
|
(g) |
ir-rakkomandazzjonijiet għal titjib, jekk applikabbli; |
|
(h) |
id-data u l-firma ta’ persuna awtorizzata f’isem il-verifikatur, inkluż ismu/isimha. |
3. ANNESS: IS-SOMMARJU TAR-RAPPORT DWAR L-EMISSJONIJIET TAL-OPERATUR SKONT L-ANNESS IV TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2025/2547
4. ADDENDUM SPEĊIFIKU GĦAD-DIKJARANT TAR-RAPPORT DWAR L-EMISSJONIJIET TAL-OPERATUR GĦALL-ELETTRIKU IMPORTAT FIT-TERRITORJU DOGANALI TAL-UNJONI
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2546/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)