11.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 266/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 51/2007

tat-8 ta' Ġunju 2007

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2007 tas-27 ta' April 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1787/2006 ta' l-4 ta' Diċembru 2006 (2) li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 809/2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' l-informazzjoni li tinsab fil-pospetti kif ukoll fil-format, l-inkorporazzjoni permezz ta' referenzi u pubblikazzjoni ta' dawn il-prospetti u d-disseminazzjoni tar-reklami għandhom ikunu inkorporati f'dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 29ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004) fl-Anness IX għall-Ftehim:

“, kif emendat b'li ġej:

—

32006 R 1787: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1787/2006 ta l-4 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 337, 5.12.2006, p. 17).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1787/2006 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-9 ta' Ġunju 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 209, 9.8.2007, p. 38.

(2)   ĠU L 337, 5.12.2006, p. 17.

(*1)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.