<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑454/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0454</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:819">EU:C:2015:819</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20151217">17.12.2015</DATE> – KAWŻA C‑454/13</P><P>PROXIMUS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/20/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 12 u 13</KEYWORD><KEYWORD>Ħlasijiet amministrattivi</KEYWORD><KEYWORD>Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni komunali</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq l-antenni għat-telefon mobbli</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑454/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal de première instance de Brussell (il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130517">17 ta’ Mejju 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20130813">13 ta’ Awwissu 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Proximus SA</HT>, li kienet Belgacom SA,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Commune d’Etterbeek,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tat-Tieni Awla, li qed jaġixxi bħala President tat-Tielet Awla, C. Toader, D. Šváby, E. Jarašiūnas (Relatur) u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Proximus SA, li kienet Belgacom SA, minn B. Den Tandt u H. De Bauw, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-commune d’Etterbeek, minn I. Lemineur, P. Vassart u T. Swennen, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Hottiaux u L. Nicolae, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ta’ Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Proximus SA, li kienet Belgacom SA, u l-belt ta’ Etterbeek (il-Belġju) dwar taxxa fuq l-antenni għat-telefon mobbli installati fit-territorju tal-imsemmija belt.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>ta’ Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Mira u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jistabbilixxi fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għall-awtorizzazzjonijiet għall-forniment ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Tifsiriet<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi, fil-paragrafu (2)(a) tiegħu, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>awtorizzazzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> għandu jinftiehem bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>qafas legali stabbilit mill-Istat Membru li jiżgura d-drittijiet għall-forniment ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u li jistipula obbligi speċifiċi għas-settur li jistgħu japplikaw għat-tipi kollha jew għal tipi speċifiċi ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi, skond din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-imsemmija direttiva jirrigwarda l-ħlasijiet amministrattivi li l-Istati Membri huma awtorizzati li jimponu fuq impriżi li jfornu servizz jew network taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew li lilhom ikun ingħata dritt ta’ użu kif ukoll fuq il-modalitajiet tal-impożizzjoni ta’ dawn it-taxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>ta’ Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità relevanti li timponi tariffi għad-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi tar-radju jew numri jew drittijiet li jiġu stallati faċilitajiet fi, minfuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata li jirriflettu l-ħtieġa li jiġi żgurat l-aqwa użu ta’ dawn ir-riżorsi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk it-tariffi għandhom ikunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati b’relazzjoni ma’ l-iskop maħsub tagħhom u għandhom jieħdu kont tal-miri f’Artikolu 8 tad-[Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13 Vol. 29, p. 349)].<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20070226">26 ta’ Frar 2007</DATE>, il-kunsill komunali tal-belt ta’ Etterbeek adotta regolament tat-taxxa li jistabbilixxi taxxa annwali fuq l-antenni għat-telefon mobbli (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>regolament tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), applikabbli mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> sal-<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Ir-regolament tat-taxxa jispeċifika, fl-Artikolu 1 tiegħu, li din it-taxxa tapplika għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>antenni għat-telefon mobbli installati fit-territorju tal-belt ta’ Etterbeek<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> u li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>antenna għat-telefon mobbli<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> isemmi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>kull antenna li tittrasmetti jew tirċievi u tgħaddi mewġ elettromanjetiku li jippermetti t-telefon mobbli, marbut jew le ma’ stazzjon separat, fiss jew le ma’ arblu jew pilun<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament tat-taxxa jipprovdi li l-ammont tat-taxxa inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4000</FT> għal kull sena u għal kull unità, peress li l-Artikolu 3 tiegħu jispeċifika li dan l-ammont ser ikun indiċjat b’2 % kull sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament tat-taxxa, din it-taxxa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>hija dovuta <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> minn kull persuna fiżika jew ġuridika li hija proprjetarja ta’ dritt reali jew dritt ta’ sfruttament fuq antenna għat-telefon mobbli. F’każ ta’ diviżjoni jew ta’ sfruttament tal-istess antenna minn diversi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, it-taxxa hija dovuta <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> mill-ko-proprjetarji u sidien konġunti ta’ dritt reali jew dritt ta’ sfruttament<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Mill-fajl sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li Belgacom SA, li għad-drittijiet tagħha saret Proximus SA, hija l-operatur ta’ netwerk pubbliku ta’ telekomunikazzjonijiet u li hija, għalhekk, proprjetarja u operatur tal-antenni għat-telefon mobbli installati fit-territorju tal-belt ta’ Etterbeek.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-awtoritajiet tal-belt ta’ Etterbeek ħarġu, abbażi tar-regolament tat-taxxa, avviżi-estratti tar-rwol li jissuġġetta lil Belgacom Mobile SA għat-taxxa inkwistjoni fil-kawża prinċipali skont is-sena ta’ tassazzjoni 2009, għal ammont totali ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">108201.60</FT>. Dawn l-avviżi-estratti tar-rwol kienu s-suġġett ta’ lment quddiem il-kulleġġ tas-Sindku u l-maġistrati tal-belt ta’ Etterbeek. Peress li dan ġie miċħud, Belgacom SA ppreżentat rikors quddiem it-tribunal tal-ewwel istanza ta’ Brussell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha quddiem il-qorti tar-rinviju, Belgacom SA argumentat li l-avviżi-estratti tar-rwol inkwistjoni ma humiex kompatibbli mad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> sa fejn din id-direttiva tipprojbixxi t-taxxi kollha li għalihom huma responsabbli l-operaturi tat-telefon mobbli minbarra dawk imsemmija mill-Artikoli 12 u 13 tagħha. Fil-fehma tagħha, it-taxxa inkwistjoni fil-kawża prinċipali tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fid-dawl tal-fatt li l-antenni għat-telefon mobbli jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>riżorsi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens ta’ din id-direttiva. Madankollu, din it-taxxa ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-belt ta’ Etterbeek sostna li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> jintrabat biss mad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għan-netwerks. Fil-fehma tiegħu, it-taxxa inkwistjoni fil-kawża prinċipali la hija tariffa msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u lanqas ma hija taxxa msemmija fl-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva. Tirrigwarda taxxa fuq attività ekonomika, determinata b’riferiment għall-post ta’ antenni fit-territorju tal-belt, indipendentement minn kull awtorizzazzjoni għal installazzjoni ta’ riżorsi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet, il-qorti tar-rinviju għandha dubju fir-rigward tal-applikabbiltà tal-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ‑ċirkustanzi li t‑Tribunal de première instance de Bruxelles iddeċieda li jissospendi l‑proċeduri quddiemu u li jagħmel id‑domandi preliminari segwenti lill‑Qorti tal‑Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva [<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>ta’ Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li leġiżlazzjoni ta’ awtorità nazzjonali jew ta’ awtorità lokali tistabbilixxi, għal finijiet baġitarji, taxxa fuq l-infrastrutturi ta’ komunikazzjonijiet mobbli li jkunu stabbiliti fuq proprjetà pubblika jew privata u li jintużaw fil-kuntest tal-isfruttament ta’ attivitajiet koperti mill-awtorizzazzjoni ġenerali?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob, essenzjalment, jekk l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>ta’ Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun imposta fuq kull persuna fiżika jew ġuridika li hija proprjetarja ta’ dritt reali jew dritt ta’ sfruttament fuq antenna għat-telefon mobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, preliminarjament, li, bis-saħħa tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, din id-direttiva għandha tapplika għall-awtorizzazzjonijiet għall-forniment ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din id-direttiva ma tipprovdix biss regoli dwar il-proċeduri ta’ għoti tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali jew tad-drittijiet ta’ użu tar-radjufrekwenzi jew tan-numru jew mal-kontenut tagħhom, iżda wkoll regoli dwar in-natura, jew saħansitra mal-wisgħa, tal-ispejjeż pekunjarji, marbuta mal-imsemmija proċeduri, li l-Istati Membri jistgħu jimponu lill-impriżi fis-settur tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom u Mobistar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑256/13 u C‑264/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2149">EU:C:2014:2149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base Company,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑346/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:649">EU:C:2015:649</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>B’hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, l-Istati Membri ma jistgħux jiġbru taxxi jew tariffi oħra fuq il-provvista ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra dawk previsti minn din id-direttiva (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base Company</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑346/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:649">EU:C:2015:649</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vodafone España u France Telecom España</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑55/11, C‑57/11 u C‑58/11</NO.CASE>,<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:446">EU:C:2012:446</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom u Mobistar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑256/13 u C‑264/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2149">EU:C:2014:2149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, sabiex id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ta’ Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> japplikaw għal taxxa bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-fatt li jagħti lok għaliha għandu jkun marbut mal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ġenerali, li skont l-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>ta’ Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, tiggarantixxi d-dritt ta’ provvista ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base Company</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑346/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:649">EU:C:2015:649</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fratelli De Pra u SAIV</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑416/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:617">EU:C:2015:617</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑485/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:427">EU:C:2013:427</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vodafone Malta u Mobisle Communications</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑71/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:431">EU:C:2013:431</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret, fir-rigward tal-Artikolu 12 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, miżata, li l-fatt li jagħti lok għaliha ma jkunx marbut mal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ġenerali li permezz tagħha jista’ jinkiseb aċċess għas-suq tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu 12 (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vodafone Malta u Mobisle Communications</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑71/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:431">EU:C:2013:431</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fratelli De Pra u SAIV</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑416/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:617">EU:C:2015:617</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 13 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li din id-dispożizzjoni ma ssemmix it-tariffi kollha li għalihom huma suġġetti l-infrastrutturi li jippermettu l-provvista ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom u Mobistar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑256/13 u C‑264/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2149">EU:C:2014:2149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base Company,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑346/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:649">EU:C:2015:649</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, dan l-artikolu jikkonċerna l-modalitajiet ta’ ssuġġettar għal tariffi għad-drittijiet ta’ użu tar-radjufrekwenzi jew tan-numri jew tad-drittijiet sabiex jitqiegħdu riżorsi fuq jew taħt beni pubbliċi jew privati (sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom u Mobistar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑256/13 u C‑264/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2149">EU:C:2014:2149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base Company,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑346/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:649">EU:C:2015:649</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li t-taxxa inkwistjoni fil-kawża prinċipali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>hija dovuta <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> minn kull persuna fiżika jew ġuridika li hija proprjetarja ta’ dritt reali jew dritt ta’ sfruttament fuq antenna għat-telefon mobbli<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>kull antenna li tittrasmetti jew tirċievi u tgħaddi mewġ elettromanjetiku li jippermetti t-telefon mobbli, marbut jew le ma’ stazzjon separat, fiss jew le ma’ arblu jew pilun<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>,<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>installat fit-territorju tal-belt ta’ Etterbeek<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-osservazzjonijiet ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-fatt taxxabbli ta’ din it-taxxa, li huwa impost fuq kull persuna fiżika jew ġuridika li hija proprjetarja ta’ dritt reali jew dritt ta’ sfruttament fuq antenna għat-telefon mobbli, kemm jekk hija jew le proprjetarja ta’ awtorizzazzjoni mogħtija skont id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, ma tidhirx marbuta mal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ġenerali li tippermetti l-impriżi li jipprovdu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, li huwa madankollu l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>faċilitajiet [riżorsi]<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>installazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> użati fl-Artikolu 13 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>ta’ Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> jirreferu, rispettivament, għall-infrastruttura materjali li tippermetti l-provvista ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u l-installazzjoni materjali tagħhom fuq il-proprjetà pubblika jew privata kkonċernata (sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom u Mobistar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑256/13 u C‑264/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2149">EU:C:2014:2149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base Company,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑346/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:649">EU:C:2015:649</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>B’hekk, għalkemm it-taxxa inkwistjoni fil-kawża prinċipali tkun imposta fuq kull persuna fiżika jew ġuridika li hija proprjetarja ta’ dritt reali jew dritt ta’ sfruttament fuq antenna għat-telefon mobbli, li jikkostitwixxi infrastruttura materjali li tippermetti l-forniment ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, ma jidhirx li l-imsemmija taxxa tippreżenta l-karatteristiċi ta’ tariffa li tkun imposta fuq l-impriżi li jipprovdu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi inkambju tad-dritt li jistabbilixxu riżorsi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>ta’ Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun imposta fuq kull persuna fiżika jew ġuridika li hija proprjetarja ta’ dritt reali jew dritt ta’ sfruttament fuq antenna għat-telefon mobbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>ta’ Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun imposta fuq kull persuna fiżika jew ġuridika li hija proprjetarja ta’ dritt reali jew dritt ta’ sfruttament fuq antenna għat-telefon mobbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>