22003D0011



Official Journal L 094 , 10/04/2003 P. 0063 - 0064


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 11/2003

tal-31 ta' Jannar 2003

li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jirranġa l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,"

Billi:

(1) L-Anness VI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru No 55/2002 tal-31 ta' Mejju 2002 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiv tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nru 179 tat-18 ta' April 2000 dwar il-mudelli tal-formoli meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (E 111, E 111 B, E 113 sa E 118 u E 125 sa E 127) [2] għandha ssir parti mill-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 3.39 (Deċiżjoni Nru 153) ta' l-Anness VI tal-Ftehim:

"- 32002 D 0154: Deċiżjoni Nru 179 tat-18 ta' April 2000 (E 111, E 111 B, E 113 sa E 118 u E 125 sa E 127) (ĠU L 54, tal-25.2.2002, p. 1)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 179 fl-ilsna Islandiż u Norveġiż, li għandhom jiġu ippubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom jkunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2003, bil-kondizzjoni li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim intbagħtu lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ippubblikata fit-Taqsima ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE li jinsabu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta' Jannar 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 238, tal-5.9.2002, p. 16.

[2] ĠU L 54, tal-25.2.2002, p. 1.

[3] Ebda ħtieġijiet kostituzzjonali indikati

--------------------------------------------------