13.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 183/2022

tal-10 ta’ Ġunju 2022

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1883]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1751 tal-1 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ formati uniformi u mudelli għan-notifiki tad-determinazzjoni tal-imprattikabbiltà tal-inklużjoni tar-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/365 tat-3 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1624 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ proċeduri u formoli u mudelli standard għall-forniment ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 19bo (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1624):

“, kif emendat minn:

—

32022 R 0365: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/365 tat-3 ta’ Marzu 2022 (ĠU L 69, 4.3.2022, p. 60).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 19bp (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/348):

“19bs.

32021 R 1751: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1751 tal-1 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ formati uniformi u mudelli għan-notifiki tad-determinazzjoni tal-imprattikabbiltà tal-inklużjoni tar-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni (ĠU L 349, 4.10.2021, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2021/1751 u (UE) 2022/365 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Ġunju 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2020 tat-12 ta’ Ġunju 2020 (3), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2022 tad-29 ta’ April 2022 (4), skont liema data tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 349, 4.10.2021, p. 5.

(2)   ĠU L 69, 4.3.2022, p. 60.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(3)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(4)   ĠU L 246, 22.9.2022, p. 104.