Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19)
Dispożittiv
1) Ir-Renju tal-Belġju,
– billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jittrasponi b’mod komplet u korrett l-Artikolu 1(2)(b), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu (1)(2)(ċ), u l-Artikolu 1(2)(d), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2)(13), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 17(10)(a) u (ċ), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 36(2), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 45(1) u (3)(a) u (ċ), l-Artikolu 48(1) sa (4) u (6)(ċ), it-tieni inċiż tal-Artikolu 49(2), u l-Artikolu 49(3) sa (5), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(1)(ċ), l-Artikolu 52(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1)(d) u (e), u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 57(3), kif ukoll l-Artikolu 65(2) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordisna l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, u
– billi naqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 9, 34(2), 52(3), u t-tieni sentenza tal-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2004/17,
naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont din id-direttiva.
2) Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.